Trischia Falzon – Page 74 – One News

Trischia Falzon

Notifiki

“Ikolli ma’ min nitkellem…nagħmel ħbieb ġodda”

Il-Premju Ewropew għaċ-Ċittadin tnieda mill-Parlament Ewropew fl-2008, bil-għan li jiġu rikonoxxuti organizzazzjonijiet Ewropej. Sena wara sena f’Malta rajna organinazzjonijiet jingħataw ħajr għax-xogħol siewi li jwettqu fid-diversi spettri tas-soċjetà.

Iltqajna ma’ Duncan Fenech, raġel b’diżabilità li ilu għal dawn l-aħħar tliet snin jattendi s-servizzi ta’ respite f’Dar il-Kaptan. Kliem Duncan huwa ta’ kuraġġ għal persuni b’diżabilità, kif tistgħu issegwu hawn.

Aqra aktar

Romeo: il-kelb fortunat f’nofs it-tifrik

Romeo: il-kelb ta’ lewn id-deheb li seraq bosta qlub, għaliex għaxart’ijiem wara t-terremot li heżżeż l-Italja, inħareġ ħaj mit-tifrik qawwi u sħiħ.

Filmat maħruġ mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili Taljan juri numru ta’ pumpiera joħorġu l-golden retreiver minn qalb binja mfarrka f’Amatrice.

Ħiereġ mit-tifrik iferfer denbu, Romeo xorob l-ilma għall-ewwel darba f’madwar mitejn u tletin siegħa, u ġie kkonfermat li jinsab f’qagħda tajba u f’saħħtu.

Aqra aktar

Mistenni iktar roħs ta’ mediċini

Fl-aħħar sentejn raħas il-prezz ta’ 114-il mediċina u l-Ministru għad-Drittijiet tal-Konsumatur, Helena Dalli, spjegat ma’ ONE NEWS li dan mhuwiex biżżejjed. Qalet li l-gvern huwa impenjat li permezz ta’ mekkaniżmu serju jara li l-konsumatur ikollu l-aħjar prezzijiet tal-mediċini. “Minn hawn u ftit ieħor se nħabbru roħs ieħor fil-prezz tal-mediċina,” żvelat il-Ministru Dalli f’rapport dettaljat li analizza kif il-konsumatur qed igawdi minn dawn id-deċiżjonijiet. Iktar dettalji fil-filmat.  Aqra aktar

Malti telaq mix-xogħol biex idur id-dinja

“Selfie” b’kukkudrill fl-isfond immarka l-233 ġurnata minn meta Klejofa Agius, Malti ta’ 30 sena min-Naxxar, imbarka fuq il-vjaġġ tiegħu madwar id-dinja.

Huwa telaq l-impjieg tiegħu biex iwettaq ħolma li kienet ilha tberren f’moħħu għal diversi snin.
Beda mill-Italja fl-Ewropa, u mexa għall-kontinent Ażjatiku, fejn fost l-oħrajn żar it-Tajlandna, il-Myanmar, Laos, il-Kambodja, il-Vjetnam u l-Indoneżja.

Aqra aktar

St Peter’s Pool mogħnija bit-turisti

Il-baħar ċar kristall fil-pixxina naturali ta’ St. Peter’s Pool f’Delimara qed jiġbed ’l għajn ta’ bosta, speċjalment turisti, biex illum –il ġurnata din il-bajja qed tkun mogħnija bin-nies.

Forsi qabel is-sajf li għadda ftit kienu dawk li jafu biha, iżda filmat li xxerred online ta’ qabża ta’ kelba sinkronizzata ma’ dik ta’ sidha ġibed l-attenzjoni u l-ammirazzjoni ta’ bosta, u żgur li ta promozzjoni kbira u ta’ bla ħsieb lil pajjiżna.Aqra aktar

Send this to a friend