Trischia Falzon | One News - Part 70

Trischia Falzon

Notifiki

Il-bidla minn għajn Malti Awstraljan

“Inħossni turist f’pajjiżi”. Hekk iddeskriva lilu nnifsu u l-btala ta’ tliet ġimgħat tiegħu f’Malta, Anthony Spiteri. Malti mwieled Ħal Kirkop li ilu jgħix l-Awstralja għal dawn l-aħħar tnax –il sena.

Iltqajna miegħu fid-dar tal-ġenituri tiegħu, meta qalilna kemm jinsab mistagħġeb bil-bidlet pożittivi li ra f’pajjiżna.

L-aktar li impressjonawh, kienu l-Birgu u l-Belt Valletta.Aqra aktar

Madonna li nstabitilha parti minn idha fil-Mellieħa

Tliet snin xogħol ta’ restawr fuq ix-xbieha tal-Madonna fis-Santwarju tal-Mellieħa, wassal għal numru ta’ skoperti.

Bħal ngħidu aħna l-id il-leminija tal-Madonna u s-saba’ l-kbir, minkejja li  l-kumplament tal-id kienet mitlufa. Biss dan is-saba’ misjub juri li l-Madonna kienet qiegħda tipponta lejn Ġesu.

Aqra aktar

Studenti tal-ITS iħallu xtutna biex jistudjaw

In-numru rekord ta’ 193 student mill-Istitut għall-Istudji Turistiċi, bdew vjaġġ ta’ sena li eventwalment għandu jwassalhom għal karriera fl-industrija tat-turiżmu u l-ospitalità.

Dan meta ftit ħin ilu qabdu ajruplan li se jimmarka l-bidu ta’ internship internazzjonali ta’ tnax –il xahar f’pajjiżi differenti madwar id-dinja.

L-istudenti għal din l-ischolarship, bl-iżgħar wieħed ikollu tmintax –il sena, qegħdin f’fażi li jiffinalizzaw id-Diplomas f’dixxiplini differenti fis-settur turistiku fl-ITS.Aqra aktar

L-obeżità minn ta’ quddiem fil-Presidenza

F’laqgħa bejn il-Kummissarju Ewropew għas-Saħħa u s-Sigurtà tal-Ikel Vytenis Andriukaitis u l-Ministru għas-Saħħa Malti Chris Fearne, qed tiġi diskussa fost l-oħrajn l-obeżità, b’mod partikolari fost it-tfal.

Il-Ministru Chris Fearne tkellem dwar il-prioritajiet ta’ Malta fil-qasam tas-saħħa għall-ewwel sitt xhur tal-2017 proprju meta Malta se jkollha f’idejha l-Presidenza Ewropea.

Il-Ministru jittama li l-Presidenza sservi ta’ sisien biex din il-problema tkompli tkun indirizzata.Aqra aktar

Il-preparamenti mal-bakketta tas-surmast

F’Robert Sammut Hall fil-Furjana, għaddejjin ġmielhom il-preparamenti biex nhar is-Sibt, f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, jittella’ kunċert klassiku organizzat mill-Orkestra Filarmonika ta’ Malta.

Kunċert li se jagħlaq l-istaġun tal-istess Orkestra b’differenza, fejn il-mużiċisti se joffru spettaklu partikolari.Aqra aktar

Malta Champions Ewropej

It-tim Malti kompost minn Brian Cini u Alex Borg tellgħu isem Malta fil-quċċata fil-Finali tal-Kampjonat Ewropew tat-Timijiet tal-iSnooker, li qed jintlgħab f’Vilnius fil-Litwanja.

Dan hekk kif rebħu lill-Irlanda bl-iskor ta’ 5-3.

Aktar informazzjoni dwar dan il-Kampjonat tista’ tinkiseb minn fuq is-sit elettroniku www.ebsa.tv.

L-aħħar sfida għat-tim Malti

It-tim Malti kompost minn Brian Cini u Alex Borg kisbu post fil-Finali tal-Kampjonat Ewropew tas-Snooker tat-Timijiet li qed jintlgħab f’Vilnius fil-Litwanja.

Huma għelbu lill-Belġju fis-Semi Finali bl-iskor t’4-1, biex issa Malta se tilgħab fil-Finali kontra l-Irlanda.

Aktar informazzjoni dwar dan il-Kampjonat tista’ tinkiseb minn fuq is-sit elettroniku www.ebsa.tv.

503 immigrant irregolari lejn l-Istati Uniti

 

Bejn Marzu tas-sena li għaddiet, u Marzu ta’ din is-sena, ġew risistemati ftit aktar minn ħames mitt immigrant irregolari lejn l-Istati Uniti.

Ħabbar dan il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela fi tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari.Aqra aktar

L-Għammieri fetaħ il-bibien f’Jum l-Ambjent

Bit-tema “Go Wild for Life”, iċ-Ċentru tal-Biedja fl-Għammieri fetaħ il-bibien tiegħu għall-pubbliku.

Dan matul il-jum tal-Ħadd, f’Jum l-Ambjent: riflessjoni ta’ kif is-soċjetà qed tikkollabora man-natura u l-biodiversità.

Fl-Għammieri ttellgħu diversi attivitajiet dwar dawn l-annimali, u dan bir-raġun, hekk kif fl-istess post jinsabu annimali uniċi f’Malta, li forsi ftit huma li jafu bihom.Aqra aktar

Send this to a friend