Trischia Falzon – Page 7 – One News

Trischia Falzon

Notifiki

L-operazzjoni ta’ seba’ sigħat fuq iċ-ċkejkna Ellie lesta u issa għandha fwied ġdid

L-iżgħar pazjenta Maltija fl-appartamenti ta’ Puttinu Cares fl-Ingilterra li kienet qiegħda tistenna trapjant tal-fwied, ingħatat ċans għal ħajja ġdida.

Dan hekk kif wara li ilha kważi mindu twieldet l-isptar tistenna trapjant ta’ fwied, it-Tlieta filgħaxija waslilha l-organu li tant għandha bżonn, kif spjegatilna omm iċ-ċkejkna.

Omm Ellie, qaltilna Jeclohan Gilford “Ċemplulna minn ġewwa King’s College London u qalulna li aktarx sibnilkom donor”.

Minnufih marret l-ambulanza u ħadithom l-isptar biex isiru t-testijiet meħtieġ ħalli jaraw jekk il-fwied tad-donatur, huwiex kompatibbli maċ-ċkejkna Maltija; f’mumenti ta’ tensjoni kbira għall-ġenituri tagħha.

Hija sostniet li “Inti tkun eċitata, qalbek maqtugħa jekk hux ħa jaqbel jew le, imma għall-grazzja tal-ħanin Alla, kollox qabel”.

Lill-ġenituri ta’ Ellie tkellimna magħhom mumenti wara li binthom temmet l-operazzjoni ta’ xejn inqas minn seba’ sigħat b’suċċess, b’omm iċ-ċkejkna tispjega li issa t-tifla qed tikrupra fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

L-omm tenniet: “Nirringrazzja lill-familja tad-donor li sibt għax ilna sentejn hawnhekk nistennew, nirringrazzjahom ħafna u grazzi Mulej.”

B’leħinha miksur – b’dieqa li l-ewwel u l-unika bint tagħha kellha tgħaddi minn dan l-imrar fi ċkunitha, iżda ferħana li issa għandha ċans għal ħajja normali – omm Ellie appellat għat-talb biex bintha tirkupra u tibda tgawdi l-ħajja bħal tfal oħra.

Omm Ellie temmiet tgħid “Nitlob il-poplu jgħini fit-talb ħalli jkollha recovery tajjeb u ħajja aħjar, u nfittxu niġu Malta.”

 

 

Instab fwied għal Ellie u bħalissa għaddejja l-operazzjoni!

Wara sentejn stennija nstab fwied għaċ-ċkejkna Ellie – l-iżgħar pazjenta Maltija fl-appartamenti ta’ Puttinu Cares f’Londra li kienet qed tistenna trapjant tal-fwied.

L-aħbar pożittiva wassalha missierha Ray, li kmieni l-Erbgħa filgħodu kiteb fuq Facebook kif wara sentejn stennija għat-trapjant tal-fwied, il-Mulej qalalhom grazzja, u Ellie qed tiġi operata.Aqra aktar

Żagħżugħ ta’ 17-il sena ta’ kuraġġ għal ħaddieħor wara li fieq mill-kanċer

Tliet xhur qabel jagħlaq tmintax-il sena, Ramiro Mallia dieħel għall-ħajja adulta b’ċertu apprezzament lejn il-ħajja, u qal li se jiċċelebra għeluq sninu darbtejn.

Iż-żagħżugħ qasam l-esperjenza tiegħu dwar il-marda tal-kanċer, li ħakmitu meta kellu biss sentejn u disa’ xhur.

Qal li “Meta kont nieħu l-injections kienu jiġu n-nurses kollha jżommuni, ommi u missieri dejjem ħdejja, u l-agħar ħaġa meta qaxxruli xagħri. Kellhom iqaxxruh qraba u ħbieb miegħi biex jagħmluli kuraġġ.” Aqra aktar

Aktar minn elf omm fis-sena jfittxu servizzi ta’ saħħa mentali f’Mater Dei

Aktar minn elf omm fis-sena, ifittxu servizzi ta’ saħħa mentali fl-Isptar Mater Dei qabel, waqt u wara t-tqala.

Numru ekwivalenti għal madwar għoxrin fil-mija tal-ommijiet li jwelldu kull sena fl-isptar.

Dawn is-servizzi – magħrufa bħala Perinatal Mental Health Services – jissarrfu f’kura psikjatrika u psikoterapewtika, flimkien ma’ għajnuna soċjali biex jiġu indirizzati l-isfidi li jaffaċċjaw il-ġenituri.Aqra aktar

Send this to a friend