Trischia Falzon – Page 68 – One News

Trischia Falzon

Notifiki

GO b’investiment infrastrutturali ta’ €100 miljun

Il-kumpanija GO plc ħabbret investiment ta’ €100 miljun fuq medda ta’ 5 snin.

Investiment f’infrastruttura li tassigura li s-sistemi tal-kumpanija f’Malta, ikunu jirriflettu l-iżviluppi teknoloġiċi li jsiru, fl-istess waqt li jinqdew it-talbiet, li kulma jmur qed jiżdiedu, tal-komunità Maltija.Aqra aktar

Tibda ż-żjara statali tal-President tal-Botswana f’Malta

Mal-għodwa ta’ ġimgħa ġdida, ingħata bidu għaż-żjara statali ta’ jumejn tal-President tal-Botswana f’pajjiżna.

Din hija l-ewwel żjara statali f’Malta ta’ President tal-Botswana – pajjiż fin-nofsinhar tal-Afrika li jmiss mal-Afrika t’Isfel u ż-Żimbabwe, fost l-oħrajn.

Ċerimonja uffiċjali fil-Palazz tal-President fil-Belt Valletta t-Tnejn filgħodu, immarkat il-bidu tal-impenji tal-President Khama f’pajjiżna, meta ntlaqa’ fil-bitħa tal-Palazz mill-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca.Aqra aktar

AĠĠORNAT : Sajjetta tolqot it-torri tal-kontroll u taffettwa għadd ta’ titjiriet

Ftit tal-ħin ilu, it-torri tal-Malta Air Traffic Services ġie milqut b’sajjetta li kkawżat ħsarat tekniċi fl-apparat tal-kumpanija.

Għaldaqstant bħala prekawzjoni, twaqqaf b’mod temporanju l-operat tal-ajruplani li jgħaddu minn fuq l-Airspace Maltija sakemm issolviet il-problema.

Is-sistemi tal-Malta Air Traffic Services reġgħu lura għan-normal.

Intant, il-maltemp li qed jiddomina l-gżejjer Maltin affetwa numru ta’ titjiriet.

Numru ta’ titjiriet li kellhom jitilqu minn Malta ttardjaw, fosthom titjiriet tal-Air Malta lejn Gatwick f’Londra u Munich fil-Ġermanja, u tar-Ryanair lejn Ruma fl-Italja.Aqra aktar

Iżżewġet l-ewwel koppja omosesswali fil-Ġermanja

Karl Kreile u Bodo Mende huma l-ismijiet ta’ żewġt’irġiel li isimhom se jibqa’ mnaqqax fl-istorja bħala l-ewwel koppja omosesswali li żżewġet fil-Ġermanja.

F’Berlin, iż-żewġt’irġiel – li ilhom flimkien 38 sena, wiegħdu mħabbithom lejn xulxin proprju fil-ġurnata li ż-żwieġ ugwali sar legali fil-pajjiż.Aqra aktar

Aktar minn 760 midruba fi Spanja

Aktar minn 760 persuna ndarbu fi Spanja waqt ġlied m’uffiċjali tal-Pulizija li ppruvaw iwaqqfuhom milli jivvutaw fir-referndum dwar l-indipendenza ta’ Katalunja minn Spanja.

Il-Gvern Spanjol kien wiegħed li jwaqqaf il-votazzjoni wara li kienet iddikjarata illegali mill-Qorti Kostituzzjonali tal-pajjiż, iżda l-Katalani sfidaw din id-deċiżjoni u xorta għamlu r-referendum.Aqra aktar

Eluf isemmgħu leħinhom dwar l-abort fl-Irlanda

Għexieren t’eluf ta’ persuni ħadu sehem f’dimostrazzjoni fil-kapitali Irlandiża biex isemmgħu leħinhom għall-bidla fil-liġijiet tal-abort.

The March for Choice” hija l-ewwel dimostrazzjoni li qed issir f’Dublin minn meta l-Prim Ministru Irlandiż qal li jrid jagħmel referendum dwar l-abort fis-Sajf li ġej.

Il-liġijiet tal-abort fl-Irlanda huma fost l-iżjed stretti fl-Ewropa; bit-terminazzjoni ssir biss f’każijiet meta ħajjet l-omm tkun f’riskju.

Madanakollu huma eluf in-nisa li kull sena jsiefru barra mill-pajjiż biex jagħmlu abort, u l-piena massima t’abort illegali fl-Irlanda hija t’14 –il sena ħabs.

L-anzjani attivi maż-żgħażagħ

Mal-100 anzjan u anzjana li jgħixu fir-Residenza San Vinċenz de Paule, ġrew ġirja ta’ kilometru mad-dawra tal-istess residenza.

Dan bl-għajnuna tal-familjari tagħhom u carers, li lkoll ħadu sehem f’attività organizzata fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali għall-Anzjani; fl-istess waqt li ġie mfakkar il-125 anniversarju mill-ftuħ tal-Faċilità għal Kura fit-Tul f’San Vinċenz.

Magħhom ħadu sehem numru t’atleti żgħażagħ u adulti, li ġrew ġirja ta’ ħames kilometri mat-toroq tal-madwar; fosthom Ħal Luqa, il-Marsa u Ħal Qormi.

Iċ-ċkejknin kienu dawk li taw bidu għall-ġirja, bl-anzjani jsegwu, u wara ftit minuti waslet lura l-ewwel koppja : l-anzjana Doris, u l-carer Oliver.

Hekk kif l-anzjani kollha waslu lura, ingħataw medalja ta’ parteċipazzjoni bħala tifkira ta’ ġurnata li f’temp mill-isbaħ u f’arja friska, xprunat l-anzjanità attiva.

Barack Obama u l-Prinċep Harry b’sorpriża waqt l-“Invictus Games”

L-eks President Amerikan Barack Obama ngħaqad mal-Prinċep Harry, biex flimkien taw sorpriża bil-preżenza tagħhom f’waħda mill-aħħar logħbiet tal-Invictus f’Toronto.

Flimkien żaru t-tim Amerikan tal-basketball magħmul kollu minn persuni f’siġġijiet tar-roti qabel il-logħba kontra Franza.

Barack Obama u Harry, akkumpanjati mill-eks Viċi-President Joe Biden u martu Jill, raw lit-tim jirbaħ bl-iskor ta’ 28 kontra 6.Aqra aktar

Send this to a friend