Trischia Falzon – Page 66 – One News

Trischia Falzon

Notifiki

Jerome Frendo jingħata l-aħħar tislima

Fi Knisja ppakjata b’nies lebsin ħwejjeġ kull kulur, l-aktar il-kulur abjad, Jerome Frendo – iż-żagħżugħ t’20 sena li ħa l-aħħar nifsijiet ta’ ħajtu nhar il-Ġimgħa 6 t’Ottubru, ingħata l-aħħar tislima.

Jerome se jibqa’ mfakkar għat-tbissima ħelwa tiegħu u l-attitudni pożittiva li biha affaċċja l-marda li kkawżatlu ħajtu.

Huwa ried ikun parti mill-ġlieda ta’ ħaddieħor kontra l-kanċer u jgħin b’kull mod li jista’ lil dawk mifluġa b’din il-marda iżda ma kellux ikun hekk kif jumejn ilu ħalla din id-dinja wara battalja li ħadet ftit anqas minn erba’ snin. Minkejja t-tbatijiet li għadda minnhom, Jerome dejjem kellu fidi kbira u kien lest li jibqa’ jagħmel il-ġid, ikun xi jkun id-destin tiegħu.

Il-funeral sar illum fit-15:00 fil-Knisja tad-Dumnikani fir-Rabat, u l-filmati flimkien ma’ siltiet mill-omelija li saret waqt il-Quddiesa, se jkunu fil-bulettin ewlieni tal-lejla fis-19:30.

 

 

Il-Ministru għall-Finanzi b’messaġġ sigħat qabel il-baġit

Sigħat qabel il-preżentazzjoni tal-baġit għas-sena d-dieħla, li se jkun l-ewwel wieħed f’35 sena maħdum fi sfond ta’ surplus, il-Ministru għall-Finanzi l-Professur Edward Scicluna wassal il-messaġġ tiegħu fuq Facebook.

Fih tkellem dwar numru ta’ sfidi li l-Gvern se jkun qed jaffaċċja fis-snin li ġejjin, fosthom it-toroq u t-traffiku, u l-proprjetà.

Tista’ ssegwi l-messaġġ tal-Ministru Scicluna hawn taħt.

 

Surplus li jmur għand in-nies

Meta tkellem dwar il-baġit li se jitressaq għada, il-Prim Ministru sostna kif il-gvern qed jimmira li anke s-sena dieħla jerġa’ jikseb surplus.  Joseph Muscat qal dan waqt attività politika f’Ħal Għaxaq meta spjega kif sezzjonijiet differenti tas-soċjetà qed igawdu minn dan is-surplus.

Bit-tema “Ġenerazzjoni li jmiss”, il-Prim Ministru Joseph Muscat indirizza attività politika fil-każin Laburista ta’ Ħal Għaxaq biex tenna l-għatx tal-Partit li jmexxi hu li jkompli jtejjeb il-pajjiż.

Għatx li ma spiċċax erba’ xhur ilu meta nkiseb riżultat elettorali storiku, iżda żdiet biex Gvern Laburista jkompli jwassal aktar riżultati u aktar ġid.

Lejlet il-baġit, l-ewwel wieħed ta’ din il-leġislatura, il-Prim Ministru fakkar li l-poplu mdorri b’baġits li jissikkaw iċ-ċinturin, speċjalment wieħed wara elezzjoni ġenerali.Aqra aktar

Etoile Ella u Soleil Sophie jagħlqu 10 snin!

Ulied il-Prim Ministru Joseph Muscat u s-Sinjura Michelle Muscat, it-tewmin Etoile Ella u Soleil Sophie, illum iċċelebraw għeluq sninhom.

F’ritratt li tella’ l-Prim Ministru fuq Instagram, awgura lil uliedu f’għeluq l-10 snin mit-twelid tagħhom.

 

#happybirthday to our 10year old twins Etoile Ella and Soleil Sophie -JM

A post shared by Joseph Muscat (@josephmuscat_jm) on

Anzjan iweġġa’ fuq il-post tax-xogħol

Anzjan ta’ 60 sena mill-Fgura qed isofri ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident fuq il-post tax-xogħol fiż-Żejtun.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-erbgħa u kwart ta’ wara nofsinhar, meta r-raġel sofra ġrieħi f’idejh ma’ magna waqt li kien qed jaħdem f’fabbrika fiż-Żona Industrijali ta’ Bulebel fiż-Żejtun.

Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

GO b’investiment infrastrutturali ta’ €100 miljun

Il-kumpanija GO plc ħabbret investiment ta’ €100 miljun fuq medda ta’ 5 snin.

Investiment f’infrastruttura li tassigura li s-sistemi tal-kumpanija f’Malta, ikunu jirriflettu l-iżviluppi teknoloġiċi li jsiru, fl-istess waqt li jinqdew it-talbiet, li kulma jmur qed jiżdiedu, tal-komunità Maltija.Aqra aktar

Tibda ż-żjara statali tal-President tal-Botswana f’Malta

Mal-għodwa ta’ ġimgħa ġdida, ingħata bidu għaż-żjara statali ta’ jumejn tal-President tal-Botswana f’pajjiżna.

Din hija l-ewwel żjara statali f’Malta ta’ President tal-Botswana – pajjiż fin-nofsinhar tal-Afrika li jmiss mal-Afrika t’Isfel u ż-Żimbabwe, fost l-oħrajn.

Ċerimonja uffiċjali fil-Palazz tal-President fil-Belt Valletta t-Tnejn filgħodu, immarkat il-bidu tal-impenji tal-President Khama f’pajjiżna, meta ntlaqa’ fil-bitħa tal-Palazz mill-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca.Aqra aktar

AĠĠORNAT : Sajjetta tolqot it-torri tal-kontroll u taffettwa għadd ta’ titjiriet

Ftit tal-ħin ilu, it-torri tal-Malta Air Traffic Services ġie milqut b’sajjetta li kkawżat ħsarat tekniċi fl-apparat tal-kumpanija.

Għaldaqstant bħala prekawzjoni, twaqqaf b’mod temporanju l-operat tal-ajruplani li jgħaddu minn fuq l-Airspace Maltija sakemm issolviet il-problema.

Is-sistemi tal-Malta Air Traffic Services reġgħu lura għan-normal.

Intant, il-maltemp li qed jiddomina l-gżejjer Maltin affetwa numru ta’ titjiriet.

Numru ta’ titjiriet li kellhom jitilqu minn Malta ttardjaw, fosthom titjiriet tal-Air Malta lejn Gatwick f’Londra u Munich fil-Ġermanja, u tar-Ryanair lejn Ruma fl-Italja.Aqra aktar

Iżżewġet l-ewwel koppja omosesswali fil-Ġermanja

Karl Kreile u Bodo Mende huma l-ismijiet ta’ żewġt’irġiel li isimhom se jibqa’ mnaqqax fl-istorja bħala l-ewwel koppja omosesswali li żżewġet fil-Ġermanja.

F’Berlin, iż-żewġt’irġiel – li ilhom flimkien 38 sena, wiegħdu mħabbithom lejn xulxin proprju fil-ġurnata li ż-żwieġ ugwali sar legali fil-pajjiż.Aqra aktar

Send this to a friend