Trischia Falzon – Page 64 – One News

Trischia Falzon

Notifiki

4 destinazzjonijiet ġodda għall-Air Malta

St. Petersburg fir-Russja, Casablanca fil-Marokk, Lisbona fil-Portugall, u Venezja fl-Italja huma erba’ destinazzjonijiet ġodda li l-Air Malta se tibda ttir lejhom mis-Sajf li ġej.

Ħabbar dan il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi, fl-istess ġimgħa li kienu kkonfermati żewġ destinazzjonijiet ġodda oħra għal-linja nazzjonali tal-ajru, Kjiv fl-Ukrajna u Comiso fi Sqallija, li wkoll se jibdew titjiriet skedati fix-xhur li ġejjin.

 

Turist mejjet wara li waqgħet ġebla ta’ Knisja fuqu

Spanjol ta’ tnejn u ħamsin sena minn Barċellona li kien l-Italja fuq btala, inqatel meta waqgħet ġebla kbira fuqu minn Knisja f’Firenze.

Il-ġebla – li kienet qed iżżomm kolonna, kellha dijametru ta’ ħmistax il-ċentimetru, u waqgħet għoli t’għoxrin metru.

Wara l-inċident ingħalqet il-Basilika ta’ Santa Croce; fejn hemm midfuna l-artist Michelangelo, l-astronomu Galileo u l-filosfu Machiavelli.

Rappreżentanta tal-Knisja kienet kkwotata tgħid li tinsab ixxukjata bl-aħbar u ma tistax temmen b’dak li ġara, filwaqt li tat il-kondoljanzi tagħha għall-familjari tal-vittma.

Il-Basilika li fiha seħħ l-inċident hija l-Knisja Franġiskana prinċipali fil-belt Taljana, u waħda mill-iktar siti popolari mat-turisti.

Raġel li ssakkar fuq il-bejt jitlef ħajtu wara li waqa’ f’xaft

Raġel ta’ 45 sena minn Bormla tilef ħajtu traġikament wara li ftit qabel is-19:30 tal-Ħamis filgħaxija waqa’ f’shaft.

L-inċident seħħ fi blokka fi Triq tal-Mensija f’San Ġwann, u investigazzjonijiet preliminari wrew li r-raġel waqa’ fix-shaft wara li ngħalaq fuq il-bejt. X’aktar pprova jiddendel biex jidħol minn tieqa t’uffiċċju li hemm fl-istess shaft u ma rnexxilux bil-kawża li tilef ħajtu.

Fuq il-post issejħu l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili flimkien ma’ tim mediku mill-Isptar Mater Dei, iżda sfortunatament il-vittma kien iċċertifikat mejjet fuq il-post.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin, u nfetħet inkjesta Maġisterjali dwar iż-żewġ każijiet.

BIL-FILMAT: Il-Prim Ministru fi Brussell għal summit ta’ jumejn

Il-Prim Ministru Joseph Muscat jinsab fi Brussell għal summit ta’ jumejn mal-Mexxejja Ewropej.

Meta mistoqsi minn ġurnalisti t’aġenziji tal-aħbarijiet internazzjonali mal-wasla tiegħu fil-Parlament Ewropew, il-Prim Ministru Malti reġà tenna l-bżonn li pajjiżna jingħaqad f’mument tant delikat, u sostna mal-ġurnalisti li mhux se jistrieħ qabel ma jinkixfu l-imħuħ wara d-delitt u l-każ ikun solvut.

Aqra aktar

“Adrian Delia m’għandux triq oħra ħlief li jitlob inkjesta”

Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia, m’għandux triq oħra għajr li jitlob inkjesta maġisterjali biex issir magħrufa l-verità b’rabta mal-allegazzjonijiet li saru dwaru fl-aħħar xhur. Anke għax issa li rtira l-libelli l-verità hemm inqas ċans li toħroġ.

Qal dan il-Partit Laburista f’konferenza tal-aħbarijiet tad-Deputat Prim Ministru, Chris Fearne u d-deputat Robert Abela. Dan l-għada li fil-Parlament kien il-Prim Ministru Joseph Muscat li għamel din l-isfida lill-Kap tal-Oppożizzjoni.

Il-Partit Laburista rreaġixxa għad-diskorsi taż-żewġ mexxejja fil-Parlament f’dik li kella tkun reazzjoni għall-baġit; iżda li l-kuntest kellu jinbidel minħabba ċ-ċirkostanza traġika li jinsab fiha pajjiżna.

Fiċ-Ċentru Laburista fil-Ħamrun, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne tkellem dwar żewġ żbalji li fil-fehma tiegħu għamel il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia.

L-ewwel żball huwa wieħed strateġiku, fejn Delia mhux jagħraf is-sinifikat tal-mument, u kemm verament hawn bżonn li pajjiżna jkollu front magħqud.
Aqra aktar

Il-PM b’appell għall-għaqda nazzjonali

F’mument delikat għall-pajjiżna, il-Prim Ministru Joseph Muscat appella għall-għaqda nazzjonali u ddefenda l-istituzzjonjiet kollha ta’ pajjiżna.

Huwa u jwieġeb għad-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni Dr Muscat qal li l-Kap Nazzjonalista lbieraħ tilef iċ-ċans li jgħid dak li jemmen fih u ħa l-okkażjoni biex jipprova jifred flok jgħaqqad.

F’diskors ta’ statista anke minkejja bosta interruzzjonijiet min-naħa tal-Oppożizzjoni, Dr Muscat innota kif filwaqt li ħaddieħor qed jipprova jifred, huwa qed jipprova jgħaqqad.

Fid-diskors tiegħu, il-Prim Ministru sfida wkoll lill-kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia biex wara li lbieraħ rtira l-libelli kontra Caruana Galiza, jitlob inkjesta kif talab hu waqt li sfidah biex jirriżenja jekk jinstab xi ħaġa fuqu kif implikat hi.

Diskors t’għaqda nazzjonali huwa l-aħjar mod li bih jista’ jkun deskritt kliem il-Prim Ministru Joseph Muscat l-Erbgħa filgħaxija fil-Parlament.

Diskors iddominat mill-bżonn ta’ front magħqud li jimla’ lil dak li jkun b’kuraġġ, li ra lill-Prim Ministru jitkellem dwar l-irwol tiegħu f’dal-mument tant delikat.

Muscat qal “Il-poplu mdejjaq u jrid jisma l-kelma mill-mexxejja tiegħu. Ilbieraħ ħaddieħor tilef iċ-ċans li jgħid what he stands for. Ħa l-okkażjoni biex jipprova jifred minflok jgħaqqad. Jien illum se nagħmel bil-maqlub. Se nipprova ngħaqqad minflok nifred.”Aqra aktar

JGĦID LI BOMBI “NEQSIN” MINN GARAXX JAF INTUŻAW FIL-QTIL TA’ DAPHNE CARUANA GALIZIA

Wieħed mill-irġiel akkużati bil-qtil ta’ Matthew Zahra f’Awwissu ta’ ħames snin ilu, allega fil-Qorti li kien hemm splussivi neqsin fil-garaxx tal-vittma; li jista’ jkun li ntużaw fil-qtil tal-blogger Daphne Caruana Galizia.

Jason Galea – ta’ wieħed u erbgħin sena minn Birżebbuġa, u Ronald Urry – ta’ disgħa u erbgħin sena minn Raħal Ġdid, jinsabu mixlija li f’Awwissu tal-elfejn u tnax, sparaw u qatlu lix-xufier tat-taxi Matthew Zahra. Galea kien qal li l-vittma kien qed jheddu b’ritratt li kien se jkissirlu ż-żwieġ.Aqra aktar

Iż-żieda għal dawk bil-paga minima spjegata

L-impjegati li ilhom sena bil-paga minima mhux biss se jgawdu miż-żieda maqbula fil-ftehim iffirmat bejn il-Gvern u l-imsieħba soċjali f’April, iżda se jgawdu wkoll miż-żieda tal-aġġustament għall-għoli tal-ħajja, u s-suppliment għall-paga minima.

Biex b’hekk, kull impjegat bil-paga minima li għandu minn tal-inqas tmintax-il sena u ilu iżjed minn tnax-il xahar fl-istess impjieg, se jiżdied b’ewro u ħamsa u sebgħin ċenteżmu fil-ġimgħa tal-COLA, ewro ieħor fil-ġimgħa suppliment skont il-ftehim maqbul dwar il-paga minima, u tliet ewro oħra skont kif maqbul mal-imsieħba soċjali fit-tmienja u għoxrin t’April li għadda.

Aqra aktar

Send this to a friend