Trischia Falzon | One News - Part 6

Trischia Falzon

Notifiki

Theresa May tibqa’ tittama fil-ftehim tagħha – se tipprova tressqu għar-raba’ darba

Il-Prim Ministru Ingliż Theresa May u l-Kabinett ta’ Ministri tagħha qed jaħdmu biex għar-raba’ darba jippruvaw jiksbu l-appoġġ tal-Membri Parlamentari dwar il-ftehim ta’ ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.

May qalet li r-Renju Unit se jkollu bżonn “triq alternattiva ’l quddiem” wara li l-pjan tagħha sfaxxa fix-xejn il-Ġimgħa meta l-ftehim ġie mwarrab mill-membri tal-Parmanet Ingliż għat-tielet darba.

L-aġenzija tal-aħbarijiet BBC kkwotat sorsi minn Downing Street li indikaw li l-Prim Ministru Ingliż se tibqa’ tfittex appoġġ fil-House of Commons.

Omm u bint irrapurtati nieqsa

Marija Lourdes Bonnici u binta Angele Bonnici, kienu rrappurtata nieqsa lill-
Pulizija.
Huma dehru l-aħħar nhar it-Tlieta 26 ta’ Marzu għall-ħabta tas-07:00 fir-residenza tagħhom f’Ħal Għaxaq.
Kull min għandu xi informazzjoni dwar Marija u Angele, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali, fuq in-numri ġenerali tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21224001 jew 119.
L-informazzjoni tista’ tiġi mgħoddija wkoll fl-Għassa tal-Pulizija taż-Żejtun.

Jużaw il-futbol biex jgħallmu s-suġġetti tal-iskola lit-tfal

Il-klabb tal-futbol Fgura United FC qed jilqa’ applikazzjonijiet għal programm li jorganizza wara l-ħin tal-iskola
Tfal li twieldu fl-2008 u fl-2009 jistgħu japplikaw għal dan il-programm, li matulu jkollhom il-possibilità li jiltaqgħu wara l-ħin tal-iskola, jieklu flimkien, jagħmlu x-xogħol tad-dar taħt is-superviżjoni ta’ edukatur kwalifikat u jingħataw xogħol akademiku permezz ta’ suġġetti relatati mal-futbol. Wara dan kollu jkollhom sessjoni ta’ taħriġ tal-futbol.
Dan kollu jsir fil-kumpless sportiv tal-Fgura United Football Club.
Dan il-programm huwa parti minn sensiela ta’ attivitajiet organizzati mil-Fgura United Football Club bil-għan li l-futbol jixpruna l-iżvilupp soċjali u edukattiv lit-tfal u ż-żgħażagħ fil-lokalità tal-Fgura u l-madwar.
Għal aktar informazzjoni, wieħed jista’ jibgħat email fuq [email protected].

Il-Benna bi prodott ġdid għat-tfal b’taħlita ta’ frott u ħaxix

Il-kumpanija Malta Dairy Products – produtturi tal-Benna u prodotti oħra magħmulin mill-ħalib frisk, ħabbret prodott ġdid u innovattiv immirat speċifikament għat-tfal.

Il-“Yummy Kids Yogurt” huwa ideali għal tfal li għandhom aktar minn sena.

Dawn il-yogurts se jkunu tal-ewwel fis-suq għax magħmulin minn taħlita ta’ frott u ħaxix, bil-Vitamina D3 miżjuda. Huwa sors tajjeb ta’ kalċju li jgħin biex iċ-ċkejknin ikollhom għadam b’saħħtu.

Element importanti ħafna huwa li dawn il-yogurts għandhom kontenut baxx ta’ zokkor u b’hekk huma konformi mal-linja gwida tal-Awtoritajiet tas-Saħħa lokali u jħarsu l-linji gwida maħruġa mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa.

Dawn il-yogurts m’għandhomx kuluri artifiċjali, preservattivi jew sweeteners, u qed jinbiegħu fi tliet togħmiet differenti : Banana&Kale, Strawberry&Carrot, Apricot&Pumpkin.Aqra aktar

Klabb tal-kickboxing Malti b’opportunitajiet internazzjonali għall-membri tiegħu

Il-klabb tal-kickboxing Malti “Wushuky” ġie mistieden biex jipparteċipa fi Praga f’Mejju li ġej.
Permezz tas-sħubija tal-klabb fil-WUMA – World United Martial Arts – l-opportunitajiet internazzjonali huma kontinwi.
F’Ottubru li għadda, żewġ klabbs lokali ingħaqdu u rrappreżentaw lil Malta f’kompetizzjoni ta’ World Championship f’Worcester.

Aqra aktar

Send this to a friend