Trischia Falzon | One News - Part 52

Trischia Falzon

Notifiki

Miss Buġibba tirbaħ Miss Malta 2017

Yanika Azzopardi – li fl-aħħar ġimgħat irrapreżentat il-lokalità ta’ Buġibba fit-tellieqa ta’ kompetizzjoni nazzjonali ta’ sbuħija, rebħet it-titlu ta’ Miss Malta 2017.

Fit-tieni post segwiet Miss Naxxar bit-titlu Miss Republic of Malta.

Ir-rebbieħa żagħżugħa ta’ 21 sena, li ġiet inkurunata fl-aħħar tas-serata minn Christie Refalo – Miss Malta 2016, se tirrapreżenta lil pajjiżna fil-kompetizzjoni internazzjonali Miss Earth is-sena d-dieħla.

Nirien f’lukanda fil-Ġorġja jħallu l-vittmi

Nirien f’lukanda fil-Ġorġja ħallew 11-il persuna mejta u 21 oħra midruba. Il-vittmi mietu minħabba li belgħu duħħan fil-lukanda ta’ 22 sular.

Il-kawża tan-nirien – li damu sigħat biex intfew, għadha mhix magħrufa. Aktar minn 100 persuna ġew evakwati mil-lukanda.

L-identifikazzjoni tal-vittmi għadha mhix uffiċjali, għalkemm il-Ministeru tal-Intern qal li fost dawk mejta kien hemm Iranjan u 10 Ġorġjani.

Fl-istqarrija ntqal ukoll li dawk midruba ttieħdu l-Isptar u l-kundizzjoni tagħhom hija stabbli.

Il-Pulizija Ingliża tfittex żewġt irġiel b’rabta mal-inċident f’Oxford Street

Il-Pulizija Ingliża ppubblikat ritratti ta’ żewġt irġiel li qed ikunu mfittxija b’rabta mal-kommossjoni li nqalgħet il-Ġimgħa filgħaxija f’Oxford Street.

Kommossjoni li kawża tagħha, sittax-il persuna sofrew xi ġrieħi wara rapporti li nstemgħu tiri minn arma tan-nar. Rapporti li ġew miċħuda mill-Pulizija.

L-Uffiċjali Ingliżi qed ikelmu lil kull minn kien fl-istazzjon tal-ferrovija t’Oxford Circus fil-ħin li saret l-evakwazzjoni.

Għal xi ħin, l-istazzjonijiet ta’ Oxford Circus u Bond Street kienu magħluqin għall-pubbliku, u n-nies f’Oxford Street kienu ordnati jsibu kenn fil-ħwienet u ma joħorġux minn djarhom.

Ir-rispons tal-Pulizija l-Ġimgħa filgħaxija kien immedjat u daqslikieku l-inċident kien wieħed terroristiku.

Il-President Eġizzjan dwar l-attakk imdemmi fil-Moskea

Il-President tal-Eġittu Abdul Fattah al-Sisi wiegħed li se jirrispondi bl-“ikbar forza” possibbli għall-attakk f’Moskea l-Ġimgħa wara nofsinhar li ħalla aktar minn mitejn u tletin persuna bla ħajja.

Huwa qal li l-Forzi Armati u l-Pulizija tal-pajjiż se jaħdmu biex fil-pajjiż iġibu lura s-sigurtà u l-istabbiltà.

L-attakk seħħ f’Moskea fil-ħin li mijiet kienu qed jitolbu bħalma jagħmlu kull nhar ta’ Ġimgħa.

Ħadd għadu ma refa’ r-responsabbiltà għall-aktar attakk imdemmi fl-istorja riċenti tal-Eġittu.

Imut David Cassidy

Fl-età ta’ 67, l-attur u kantant Amerikan David Cassidy ħalla din id-dinja.

Cassidy jista’ jitqies bħala idolu tal-mużika pop tas-sebgħinijiet.

Stqarrija maħruġa mill-familja tal-kantant qalet li Cassidy miet imdawwar b’nies li ħabb u ħabbewh, u meħlus mill-uġigħ li ħakmu għal tant żmien.

Aktar kmieni din is-sena l-kantant kien qal li għandu d-dimensja u kien se jieqaf mit-tours biex fi kliemu “igawdi l-ħajja”.

Cassidy twieled fi New York f’familja li diġà kienet midħla sew tal-industrija tad-divertiment, hekk kif missieru bħalu kien kantant u attur u ommu kienet attriċi.

F’karriera ta’ suċċess kemm fil-mużika kif ukoll fir-reċtar, David Cassidy irċieva diversi nomini tal-Grammy u biegħ aktar minn tletin miljun record madwar id-dinja.

Ir-riżoluzzjoni dwar Malta nkitbet mill-PPE

Ir-riżoluzzjoni dwar is-saltna tad-dritt f’Malta li tressqet fil-Parlament Ewropew, ma nkitbitx mill-grupp tal-komunisti iżda mill-grupp tal-Partit Popolari Ewropew – li tiegħu huwa membru l-Partit Nazzjonalista.

Innota dan Cyrus Engerer meta ta ħarsa lejn id-dettalji tad-dokument li ntuża biex inkitbet din l-istess riżoluzzjoni.

Aqra aktar

David Casa se jibqa’ Brussell biex jaħdem kontra Malta

Il-Partit Laburista nnota li qed jirriżulta b’mod ċar li David Casa se jibqa’ Brussell biex ikompli jaħdem kontra Malta. Xhieda ta’ dan l-istqarrija ppubblikata llum mimlija allegazzjonijiet u gideb.

David Casa prova jippolitiċizza każ fejn il-Qorti ħarġet mandat ta’ arrest ewropew u internazzjonali. Kif jistgħu jgħidulu sħabu avukati fil-Partit Nazzjonalista, din hi deċiżjoni li tieħu l-Qorti fil-libertà kollha bħala istituzzjoni indipendenti. Dan kif inhu mistenni fi stat li jħaddan ir-rule of law.

Casa għamel stqarrija jitkellem dwar il-gidba Egrant meta l-każ li hemm quddiem il-qorti seħħ qabel saru dawn l-allegazzjonijiet.

Peró għal David Casa, bħal oħrajn fil-Partit Nazzjonalista, ir-rule of law għandha tkun rispettata biss meta l-istituzzjonijiet jaġixxu kif jgħoġob lilhom.

Fuq kollox il-fatt li David Casa bena l-istqarrija tiegħu fuq fatti foloz u gideb juri li m’għandux għajr interess iħammeġ lil Malta. Kif wara kollox għamel fl-aħħar jiem meta fil-Parlament Ewropew attakka lil pajjiżu filwaqt ma’ sħabu l-MEPs tal-PN kien qed jaqbeż għal Ungerija; temmet tgħid l-istqarrija tal-Partit Laburista.

AĠĠORNAT: “Malta wriet kif l-istituzzjonijiet fi ħdanha qed jaħdmu sew”

“Malta wriet kif l-istituzzjonijiet fi ħdanha qed jaħdmu u qed jaħdmu sew, u qed jirrispondu għall-isfidi li ġab miegħu l-att barbarbu tal-qtil tal-blogger Daphne Caruana Galizia”.
Qal dan il-Ministru Estonjan Matti Maasikas, li fetaħ id-dibattitu fil-Parlament Ewropew fi Strasburgu li ddiskuta l-mozzjoni dwar is-saltna tad-dritt f’Malta.Aqra aktar

Pulse tirbaħ l-elezzjoni fil-Junior College

L-għaqda studenteska PULSE reġgħet għal sena oħra rebħet l-elezzjonijiet tal-Kunsill Studenti Junior College.

Mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li l-PULSE rebħet dawn l-elezzjonijiet b’distakk ta’ madwar 130 vot.

Ir-riżultat tal-elezzjoni ntlaqa’ b’ewforija kbira barra l-bibien tal-Junior College; b’mijiet ta’ studenti jiċċelebraw din ir-rebħa mistħoqqa.

Għajnuna lil Pulizija li jiltaqgħu mal-mewt

F’dawn l-aħħar seba’ xhur, minn meta twaqqaf uffiċjalment il-Police Counseling Unit, aktar minn mija u għoxrin uffiċjal tal-Pulizija ingħataw għajnuna psikoloġika.

Dan minħabba li għaddew minn trawmiet kemm fil-ħajja personali tagħhom u anki fuq il-post tax-xogħol.

Din it-taqsima twaqqfet f’April wara riċerka li għamel il-Korp, fejn inħasset il-ħtieġa li tingħata għajnuna psikoloġika lill-membri fil-Korp li jkunu ntlaqtu fil-laħam il-ħaj minn xi trawma traġika waqt il-qadi ta’ dmirijiethom.

L-Ispettur Edward Zammit li jmexxi din it-taqsima spjega ma’ ONE NEWS x’tip ta’ għajnuna qed joffru lill-pulizija biex jilqgħu għal dawn it-trawmi.Aqra aktar

Send this to a friend