Trischia Falzon | One News - Part 51

Trischia Falzon

Notifiki

Il-Belt ippakkjata bin-nies għax-xiri tal-Milied

Kif jixhdu r-ritratti mehmużin, kienu mijiet dawk li għażlu Jum ir-Repubblika biex jerħulha lejn il-belt kapitali u jagħmlu x-xiri tal-Milied.

Triq ir-Repubblika kienet ippakkjata bin-nies sa minn kmieni filgħodu.

Għalkemm festa pubblika, bil-ħwienet miftuħa u bid-dekorazzjonijiet spettakolari li hemm il-Belt din is-sena, mawra sal-Belt Valletta malajr iddaħħal lil dak li jkun fl-atmosfera tal-Milied u tħajru biex jixtri xi rigal jew tnejn għal dawk l-aktar qrib. Kif jidher li ġara llum.

RitrattiAlex Borg

Wissa lil Trump fuq Facebook

Ir-raġel li qed jaffaċċja akkużi ta’ terroriżmu wara l-isplużjoni fi New York it-Tnejn li għadda, ippubblika messaġġ ta’ twissija ndirizzat lill-President Amerikan Donald Trump fuq Facebook, mumenti qabel l-attakk.

Il-messaġġ ta’ Akayed Ullah – is-suspettat ewlieni ta’ sebgħa u għoxrin sena mill-Bangladesh, kien jgħid hekk : “Trump, you failed to protect your nation” – fallejt milli tipproteġi lil pajjiżek.

Dal-messaġġ ġie żvelat fl-akkużi li ppreżentat il-Prosekuzzjoni, li żiedet kif l-immigrant kien ispirat mill-grupp tal-Militanti Iżlamiċi meta wettaq l-attakk.

Attakk li fih indarab gravi hu stess, u weġġa’ tliet persuni oħra.

Il-Prim Ministru jsellem lil Malta Repubblika

Bi tqegħid ta’ fjuri fuq il-monument tar-Repubblika, fit-triq li ġġib isem id-data ta’ din il-kisba importanti għal pajjiżna, il-Partit Laburista sellem lil Malta Repubblika.

Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Joseph Muscat, fakkar kif illum qed niċċelebraw it-43 sena minn dan il-pass storiku importanti u m’għandniex inħarsu biss lejn iċ-ċelebrazzjonijiet u t-tifkiriet. Iżda, għandna nħarsu ‘l quddiem biex il-pajjiż jiġġedded b’tibdil kostitizzjonali. Tibdil li l-Prim Ministru hu impenjat li jara li jitwettaq tul din il-leġiżlatura.

Il-Prim Ministru kien akkumpanjat minn membri tal-amministrazzjoni tal-Partit Laburista, membri tal-grupp parlamentari, membri tal-kunsill lokali tal-Marsa u attivisti oħrajn.

AĠĠORNAT: Raġel ferut fi sparatura fin-Naxxar

Raġel ta’ 43 sena minn Raħal Ġdid indarab waqt sparatura li seħħet tard it-Tlieta filgħaxija għall-ħabta tal-23:30.

Il-każ seħħ fi Triq Burmarrad fin-Naxxar meta nqala’ argument bejn tlett irġiel u wieħed minnhom ħareġ arma tan-nar u spara tiri lejn iż-żewġ persuni l-oħra, bil-konsegwenza li l-vittma ntlaqat minn xi tiri f’sidru.

L-aggressur ħarab minn fuq il-post b’vettura.

Ambulanza li marret fuq il-post ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa, għalkemm skont informazzjoni li għandu ONE News jidher li r-raġel ma weġġax gravi.

Sorsi qrib il-Pulizija qalu ma’ ONE News li qed jinżammu żewġ persuni arrestati b’rabta ma’ dan il-każ u mhux eskluż li jitressqu l-Qorti fis-sigħat li ġejjin.

Dwar il-każ infetħet Inkjesta Maġisterjali mmexxija minn Caroline Farrugia Frendo li ħatret diversi esperti biex jassistuha.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Jinġabru iktar minn €500,000

Siegħa u nofs qabel ma tintemm il-Maratona Ġbir ta’ Fondi tal-Partit Laburista, u fil-preżenza tal-Prim Ministru Joseph Muscat, martu Michelle, u l-amministrazzjoni tal-Partit, l-amont miġbur qabeż in-nofs miljun ewro.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat irringrazzja lil dawk kollha li daru bieb bieb fil-lokalitajiet u għenu biex jinġabru l-flus u ddedikaw ħinhom għall-Partit Laburista.

Irringrazzja wkoll liż-żgħażagħ tal-Forum Żgħażagħ Laburisti u lill-parteċipanti tal-programm LEAD, li wkoll taw ħinhom f’din il-Maratona.

Ulied il-koppja Muscat, iċ-ċkejknin Etoile u Soleil ukoll taw sehemhom fil-Maratona, hekk kif qed iwieġbu t-telefonati li deħlin bid-donazzjonijiet.

Il-Maratona qed tixxandar b’mod dirett fuq l-istazzjon ONE u fuq il-paġna uffiċjali tal-Partit Laburista fuq Facebook.

 

 

Spjegati l-frażijiet legali b’rabta mal-każ ta’ DCG

“Ir-regola tat-48 siegħa”, “Police Bail”, “Inkjesta Maġisterjali”, “Interrogazzjoni”, “Avukat tal-Għajnuna Legali”, “Kumpilazzjoni” u “Ħelsien mill-Arrest jew Bail”.

Dawn kienu wħud mit-termini legali li ssemmew ħafna fl-aħħar jiem b’rabta mal-arrest ta’ diversi persuni suspettati bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.Aqra aktar

Il-flakka illegali mill-ġimgħa d-dieħla

Permezz t’Avviż Legali li mistenni jkun ippubblikat il-ġimgħa d-dieħla, id-droga sintetika flakka u drogi oħra simili se jsiru illegali f’pajjiżna.

Filfatt, is-sustanza alpha PVP li hija magħrufa fit-triq bħala flakka, se ssir illegali b’dan l-Avviż Legali.

Minbarra l-alpha PVP, dan l-Avviż Legali se jagħmel illegali wkoll żewġ sustanzi oħra – l-4,4-DMAR u l-methoxetamine.Aqra aktar

Send this to a friend