Trischia Falzon | One News - Part 5

Trischia Falzon

Notifiki

“Noħolqu x-xogħol mhux il-firda”

Il-Partit Laburista nieda l-aħħar billboard tiegħu fit-toroq madwar Malta u Għawdex bil-messaġġ pożittiv “Noħolqu x-xogħol mhux il-firda”.

Messaġġ imsejjes fuq id-diskors li għamel fi Pjazza Kastilja l-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat nhar Jum il-Ħaddiem, li matulu tkellem dwar il-ħidma tal-Gvern fl-aħħar sitt snin li wasslet biex pajjiżna għandu fost l-inqas rata ta’ qgħad fl-Unjoni Ewropea.

BIL-FILMAT: Għażla importanti kontra min jagħmel il-bsaten fir-roti lill-pajjiż – Il-PL

L-għażla fil-25 ta’ Mejju li ġej hija ċara. Hija għażla bejn min ma jitlifx okkażjoni biex jagħmel il-ħsara lill-pajjiż, u min kontinwament jaħdem għall-benefiċċju tal-poplu.

Dan kien is-sentiment komuni fost tliet kelliema li indirizzaw konferenza tal-aħbarijiet tal-Partit Laburista, l-għada li l-Prim Ministru Joseph Muscat indirizza folla ddominata mill-abjad u l-aħmar fi Pjazza Kastilja fl-okkażjoni ta’ Jum il-Ħaddiem.

Aqra aktar

DIRETT: Xandira speċjali ta’ PJAZZA fuq ONE

Għaddejjin ġmielhom it-tħejjijiet biex illum waranofisnhar il-poplu Malti u Għawdxi jiċċelebra l-festa ta’ Jum il-Ħaddiem li din is-sena se jiġi ċċelebrat fl-isfond ta’ żewġ appuntamenti elettorali importanti.

B’rabta ma’ dan l-avveniment, ONE se jtella’ xandira speċjali fi programm li jibda fid-09:00 u jibqa’ għaddej sat-15:30.
Aqra aktar

Iċ-ċkejken Thomas jitlef il-battalja kontra l-mewt

Wara sena u ħdax-il xahar jiġġieled, u ġej u sejjer barra minn pajjiżna għall-kura minħabba l-kundizzjoni li twieled biha cerebral palsy, iċ-ċkejken Thomas Spinoche tilef il-battalja mal-mewt.

Ħmistax-il jum qabel iċċelebra għeluq sninu, Thomas ħa l-aħħar nifsijiet ta’ ħajtu fl-Isptar Mater Dei.

Qraba u ħbieb taċ-ċkejken qalu ma’ one.com.mt li fl-aħħar xhur, Thomas kien qed ibati ħafna, u issa qed jistrieħ.Aqra aktar

BIL-FILMAT: Jinqered l-Ark tal-Festa fil-Furjana

Dawn kienu l-mumenti ta’ kaos u paniku li ddominaw il-lejl ta’ bejn il-Ġimgħa u s-Sibt fil-Floriana, wara li l-Ark tal-festa nħakem minn fjammi kbar tan-nar u nqered għalkollox.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-siegħa u nofs tas-Sibt filgħodu fi Triq San Publiju maġenb il-Knisja tal-Furjana.

Aqra aktar

Il-Prim Ministru jżur investiment ta’ €100 miljun għal internet aħjar fid-djar tal-Maltin u l-Għawdxin

“Malta has a very business friendly environment, the rule of law is exceptionally strong, so as a business investor I am quite confident working in Malta.”

Kliem il-Kap Eżekuttiv ta’ GO, meta l-Ħamis filgħodu dawwar lill-Prim Ministru Joseph Muscat mat-toroq ta’ Santa Luċija biex ġie spjegat dettalji dwar investiment ta’ €100 miljun għal konnettività aħjar fid-djar tal-Maltin u l-Għawdxin.

Nikhil Patil stqarr ma’ one.com.mt li karatteristiċi bħal dawn jagħmlu lil Malta ċentru Mediterranju fid-dinja teknoloġika.

Aqra aktar

“Pajjiżna huwa punt ta’ referenza biex pajjiżi jiltaqgħu, jiddiskutu u joħorġu b’soluzzjonijiet” – il-PM

Fis-sena li timmarka l-ħmistax-il anniversarju mid-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, il-Prim Ministru Joseph Muscat iddeskriva lil pajjiżna bħala punt ta’ referenza biex ilaqqa’ pajjiżi flimkien ħalli taħt l-istess saqaf jiddiskutu u joħorġu b’soluzzjonijiet.

Huwa qal dan waqt laqgħa ta’ livell għoli bejn ħamsa u għoxrin pajjiż Għarbi u Ewropew li qed issir għall-ewwel darba fl-istorja biex f’pajjiżna jiddiskutu l-bżonnijiet u d-drittijiet tal-persuni b’diżabilità.

Aqra aktar

Inawgurat Wellbeing Hub fl-MCAST

Ġie inawgurat l-MCAST Wellbeing Hub – ċentru li bil-kontribut ta’ diversi professjonisti, se joffri servizzi varji ta’ prevenzjoni lill-istudenti żgħażagħ bil-għan li jwittilhom it-triq għal ħajja b’saħħitha.

Iċ-ċentru se jagħti importanza kbira lis-servizzi ta’ saħħa mentali, fi sfond li żewġ terzi ta’ problemi psikjatriċi serji jibdew fiż-żgħożija.

Aqra aktar

Send this to a friend