Trischia Falzon | One News - Part 49

Trischia Falzon

Notifiki

“Sodisfatti li għenna f’din l-investigazzjoni importanti” – id-Direttur tal-Europol

Id-Direttur tal-Europol Rob Wainwright esprima s-sodisfazzjon tiegħu għall-aħbar t’arrest ta’ għaxar persuni b’rabta mal-qtil tal-blogger Daphne Caruana Galizia.

Fuq twitter, id-Direttur tal-Pulizija Internazzjonali Ewropea esprima s-sodisfazzjon tiegħu għall-għajnuna li ngħatat f’din l-investigazzjoni importanti.Aqra aktar

L-arresti b’rabta mal-qtil ta’ DCG iduru d-dinja

Mumenti wara li ħarġet l-aħbar li l-Pulizija Maltija għandha f’idejha tmien Maltin b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, kienu bosta l-aġenziji tal-aħbarijiet minn madwar id-dinja li rrapportaw dwar dan.

Rapporti li saru bi prominenza, li kkwotaw lill-Prim Ministru Joseph Muscat f’dak li qal f’Kastilja u nnotaw il-ħidma tal-Pulizija Maltija u l-impenn tal-Gvern Malti biex isolvi dan il-każ.Aqra aktar

Tifla Maltija tirbaħ konkors tal-kant fil-Ġermanja

Minn fost 70 kantant u kantanta ta’ bejn l-10 u l-25 sena, kienet iċ-ċkejkna Maltija Ela Mangion, li serqet l-attenzjoni tal-ġurija waqt il-konkors tal-kant fil-Ġermanja, EuroPop.

Fl-età ta’ 11-il sena, Ela marret fil-kapitali Ġermaniża biex tirrapreżenta lil pajjiżna f’konkors li qabel din is-sena, Malta kienet ħadet sehem fih darbtejn.

Iċ-ċkejkna Maltija kantat żewġ diski : “Golden” ta’ Brooke Borg, u “Don’t you worry about a thing” ta’ Stevie Wonder; b’din tal-aħħar kienet id-diska li tellgħet isem pajjiżna fil-quċċata ta’ dan il-konkors.

Din l-opportunità kienet possibbli bl-għajnuna ta’ Erseb Productions.

 

 

 

 

 

 

 

 

Rekord nazzjonali ġdid għal Birżebbuġa

Ir-residenti ta’ Birżebbuġa kisru r-rekord nazzjonali tal-akbar struttura ta’ siġar tal-Milied bl-aktar amont ta’ bozoz u dawl sinkronizzat.

Ilbieraħ filgħaxija, il-pjazza tal-lokalità nbidlet f’villaġġ tal-Milied, b’24 siġra armati għoljin 40 metru, b’6.8 kilometru ta’ dawl u 68,000 bozza. L-istrutturi tal-ħadid inħadmu mill-għaqda tal-armar tal-Parroċċa bil-kontribuzzjoni u d-dedikazzjoni t’għexieren ta’ voluntiera.

Dawn is-siġar se jkomplu jpaxxu l-għajn ta’ min iżur il-pjazza ta’ Birżebbuġa llejla, fejn hemm ukoll żona ddedikata għat-tfal fejn ikunu jistgħu, fost l-oħrajn, jitgħallmu jagħmlu l-pasturi. Se jkun hemm ukoll spettaklu ta’ mużika u kant f’attivitajiet maħsuba għall-familja kollha.

Dan ir-rekord isegwi s-suċċess tas-sena li għaddiet li rnexxielhom jiksbu r-residenti tal-istess lokalità, meta ramaw l-itwal siġra tal-Milied f’Malta b’għoli ta’ 7 sulari.

 

RIEDU LIL DELIA QUDDIEM IL-PANA

Numru ta’ Membri Parlamentari Nazzjonalisti riedu lill-Kap Adrian Delia jissejjaħ quddiem il-Kumitat PANA meta kien Malta l-Ħamis u l-Ġimgħa.

Iżda l-Membru Parlamentari Ewropew Nazzjonalista David Casa, qalilhom li għalkemm ukoll xtaq li jiġri dan, ma kienx se jimbotta din l-idea fil-Popolari Ewropej u fil-Kumitat għaliex kien jinkixef, u tenna li jrid jibża’ għal ġildu.Aqra aktar

Inċident fuq il-baħar fil-Korea t’Isfel iħalli l-vittmi

Minn tal-inqas 13-il persuna tilfu ħajjithom meta dgħajsa tas-sajd baqgħet dieħla f’tanker ta’ 336 tunnellata ftit ’il barra mill-kosta tal-Korea t’Isfel.

Bħalissa għaddejja operazzjoni ta’ tfittxija u salvataġġ bis-sehem ta’ ħelikopters tal-flotta Navali u għexieren ta’ vapuri hekk kif hemm xi persuni rrapurtati nieqsa.

Fil-ħin tal-inċident, id-dgħajsa tas-sajd kienet qed iġġorr 20 passiġġier u żewġ membri tal-ekwipaġġ.

Il-kawża tal-inċident għadha mhix magħrufa.

Apparat suspettuż viċin suq tal-Milied fil-Ġermanja

Il-Pulizija Ġermaniża qed tinvestiga apparat suspettuż li nstab viċin suq tal-Milied f’Potsdam.

L-apparat kellu fih imsiemer, batteriji u wajers, u ntbagħat lil spiżerija fil-kapitali Berlin.

Fil-bidu, il-Pulizija qalet li fl-apparat kien hemm tliet splussivi, iżda mbagħad iċċarat li ma kienx hemm detonatur li seta jattiva l-istess splussivi. Madanakollu bħala prekawzjoni, iż-żoni ta’ madwar is-suq ġew evakwati.

L-apparat instab f’Brandenburgerstrasse fiċ-ċentru ta’ Potsdam, li bħal bliet oħra fil-Ġermanja wkoll hija magħrufa għas-swieq tal-Milied.

Il-Ministru għall-Intern ta’ Brandenburg, Karl-Heinz Schröter, qal li l-Pulizija Ġermaniża għaddejja bi tfittxija fl-inħawi biex tara jekk hemmx xi apparat simili.

Bħalissa fil-Ġermanja hemm aktar minn 2,600 suq tal-Milied, li fid-dawl tal-attakk terroristiku f’Berlin is-sena l-oħra, qed jaraw żieda sostanzjali fil-preżenza t’Uffiċjali tal-Pulizija.

F’Diċembru tas-sena l-oħra kienu mietu 11-il persuna f’attakk terroristiku f’Berlin, meta vann kien saq fuq in-nies f’suq tal-Milied.

 

Waqa’ l-ġebel ta’ gallarija fuqu u spiċċa l-Isptar

Taljan ta’ 34 sena li joqgħod is-Swieqi qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa’ fuqu ġebel ta’ gallarija.

L-inċident seħħ matul il-lejl li għadda għall-ħabta tas-02:00, meta r-raġel allegatament ixxabbat ma’ gallarija baxxa fi Triq il-Gejża fis-Swieqi biex jikseb aċċess għall-appartament tiegħu wara li ssakkar barra.

Jidher li l-ġebel tal-istess gallarija ċeda, waqa’ u ġie fuq ir-raġel.

Il-vittma ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.

Send this to a friend