Trischia Falzon | One News - Part 48

Trischia Falzon

Notifiki

Żieda ta’ 15.8% ta’ passiġġieri fl-Ajruport f’Novembru

F’Novembru għaddew 405,724 passiġġier mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Żieda ta’ 55,000 jew 15.8% fuq l-istess xahar tas-sena li għaddiet.

Dan jagħmel lil Novembru l-erbatax-il xahar konsekuttiv li rreġistra tkabbir b’żewġ ċifri fejn jidħol in-numru ta’ passiġġieri li għaddew mill-Ajruport.

Dan in-numru rekord ta’ passiġġieri għal Novembru kien osservat b’mod parallel ma’ żieda ta’ 18.1% fil-movimenti tal-ajruplani u titjib ta’ 19.2% fil-postijiet disponibbli fuq it-titjiriet.

L-aqwa ħames swieq għal dan ix-xahar kienu responsabbli għal aktar minn nofs it-total tal-movimenti tal-passiġġieri għal Novembru. B’aktar minn 100,000 moviment tal-passiġġieri, ir-Renju Unit kien fil-quċċata tal-lista, segwit mill-Italja, il-Ġermanja, Franza u l-Belġju. L-ewwel erbat iswieq kollha rreġistraw tkabbir meta mqabbel ma’ Novembru tal-2016.

L-akbar żieda ta’ passiġġieri f’Novembru ġiet mis-suq Pollakk, li kiber b’76.3% fuq is-sena ta’ qabel. Din iż-żieda qawwija rriżultat minn bosta fatturi fosthom żieda fin-numru ta’ titjiriet fuq ir-rotot ta’ Gdansk, Krakow u Wroclaw. Swieq oħrajn li esperjenzaw titjib notevoli li rriżulta minn skeda ta’ titjiriet imtejba u allokazzjoni ta’ aktar kapaċità jinkludu t-Turkija, l-Awstrija u l-Olanda.

Għaddej ġmielu x-xogħol fuq it-telgħa tal-Imtaħleb

Sal-bidu tas-sena d-dieħla mistenni jkun lest ix-xogħol infrastrutturali fuq it-telgħa tal-Imtaħleb fir-Rabat.

Biex b’investiment ta’ nofs miljun ewro, qed titwettaq wegħda elettorali oħra ta’ Gvern Laburista.

Din it-triq mhux biss tintuża mir-raħħala u l-bdiewa, iżda wkoll mill-mijiet ta’ dilettanti tal-karozzi f’pajjiżna, fejn kull sena ssir it-tellieqa bil-karozzi tal-hill climb.

Ix-xogħlijiet qed isiru minn Transport Malta, fejn it-triq qed tingħata wiċċ ġdid bl-iskop li ssir triq għat-telgħa b’livelli tajbin għall-użu ta’ motor sports kompetittivi.Aqra aktar

L-AĦĦAR DAQQA GĦAĊ-ĊMIENI FIL-MARSA

L-Enemalta qed tħott l-aħħar żewġ ċmieni tal-konkos li għad baqa’ fis-sit fejn kien hemm il-Power Station tal-Marsa.

Strutturi li nbnew fl-1970, u fl-1986. Ċumnija minnhom twila 81 metru ’l fuq mill-art u b’ħames metri wisa’ hi l-itwal struttura li kien hemm f’dan il-post.

Biċ-ċumnija l-oħra hi twila 42 metru u li kienet tagħmel parti minn struttura li kienet tinkludi żewġ boilers u żewġ turbini ta’ 30 megawatt kull waħda.Aqra aktar

Sewwieq ta’ mutur fil-periklu tal-mewt wara li ħabat ma’ bankina u tilef il-kontroll

Sewwieq ta’ mutur ta’ tmienja u għoxrin sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li kien involut f’inċident tat-traffiku matul il-lejl li għadda għall-ħabta tal-kwarta.

L-inċident seħħ fi Triq Ġorġ Borg Olivier f’San Ġiljan.

Stħarriġ preliminari wera li r-raġel mis-Serbja kien qed isuq il-mutur fid-direzzjoni lejn il-Balluta, meta ħabat mal-bankina u tilef il-kontroll.

Ambulanza li marret fuq il-post ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr. Natasha Galea Sciberras li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti biex jassistuha. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Eżerċizzju ta’ simulazzjoni f’każ ta’ diżastru nazzjonali

Matul il-lejl li għadda, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili mmexxi mid-Direttur is-Sur Emanuel Psaila żamm eżerċizzju ta’ simulazzjoni spontanju sabiex jiġu evalwati l-availabilty u r-response time tad-Dipartiment f’każijiet ta’ diżastri.

Dan bil-għan li l-pajjiż ikun iktar preparat għal dawn l-eventwalitajiet.

F’dan l-eżerċizzju kienu involuti l-membri kollha tal-Forza tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, b’kollaborazzjoni mal-Forzi Armati ta’ Malta, il-Korp tal-Pulizija, id-Dipartiment tas-Saħħa kif ukoll Transport Malta.Aqra aktar

Michelle Muscat il-“Voluntier tas-Sena” fl-2017

Mart il-Prim Ministru Michelle Muscat, ġiet ppremjata bħala l-Voluntier tas-Sena.

Ħabbar dan il-Prim Ministru Joseph Muscat fuq Facebook, fejn feraħ lil martu għat-titlu ta’ “Volunteer of the Year 2017”.

Dan il-premju, li jingħata kull sena, għandu l-għan li jirrikonoxxi servizzi volontarji li jingħataw fil-pajjiż, fl-istess waqt li joħloq aktar kuxjenza ta’ valuri eżemplari mingħand persuni li jistgħu jservu ta’ mudell għaż-żgħażagħ u s-soċjetà inġenerali.

Aqra aktar

IMNEDIJA L-ISTRATEĠIJA GĦAL GĦAWDEX

Bil-għan li l-gżira ta’ tliet għoljiet tibbenefika aħjar minn Fondi Ewropej, tnediet għall-konsultazzjoni pubblika l-istrateġija għal Għawdex.
Strateġija li msejsa fuq erba’ pilastri tħares lejn it-tkabbir tal-ekonomija, il-prosperita’ soċjali, l-aċċessibilita’ u l-ħolqien ta’ impjiegi ġodda u aħjar f’Għawdex.
Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana saħqet fuq l-importanza li Għawdex ikollu sehem ikbar fit-teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ liema proġetti għandhom jibbenefikaw mill-Fondi Ewropej.

Aqra aktar

L-Air Malta se tibda ttir lejn Lisbona minn Marzu li ġej

Mill-25 ta’ Marzu tal-2018, l-Air Malta se tibda ttir lejn Lisbona – il-belt kapitali kostali tal-Portugall.

Il-linja tal-ajru se tibda ttir lejn l-ajruport Porteli ta’ Lisbona darbtejn fil-ġimgħa b’titjiriet li joperaw kull nhar ta’ Ħamis u nhar ta’ Ħadd.

Ir-ritorn tal-Air Malta lejn Lisbona se jsir wara assenza ta’ aktar minn għaxar snin, u l-linja nazzjonali tal-ajru qed tippjana li ġġorr mal-10,000 passiġġier fl-ewwel sena tal-operat.

Lisbona hija l-akbar belt fil-Portugall u hija meqjusa bħala waħda mill-aqwa bliet madwar id-dinja. Dan primarjament minħabba l-monumenti spettakolari u l-klima moderata tagħha. Affarijiet li jagħmluha s-7 belt bl-akbar numru ta’ żjarat fin-Nofsinhar tal-Ewropa.

Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jżur is-sit tal-Air Malta www.airmalta.com, jew iċemplu liċ-Ċentru tal-Assistenza tal-Air Malta fuq 21662211.

 

Send this to a friend