Trischia Falzon | One News - Part 46

Trischia Falzon

Notifiki

Minn jum mal-anzjani jispiċċa “jwelled” tarbija f’dar fl-Imtarfa

“Emozzjonanti għax qatt ma bsarna li ħa niġu ġurnata xogħol mal-anzjani u ħa nibdew il-ġurnata ma’ persuna li ħa tibda d-dinja.”

Viżibbilment emozzjonat, hekk iddeskriva dak li ġara l-Ġimgħa filgħodu l-infermier fid-dar tal-anzjani tal-Imtarfa, Kevin Borg. Dan meta f’dik li kellha tkun ġurnata xogħol bħall-oħrajn mal-anzjani, inbidlet f’ġurnata li fiha spiċċa protagonist biex għen isalva żewġ ħajjiet.Aqra aktar

Ċelebrazzjonijiet kbar fil-Belt Valletta li jsellmu lill-2017 u jagħtu merħba lill-2018

Jumejn qabel ma tintemm is-sena, ingħataw dettalji dwar l-ispettaklu li se jkun għaddej fil-belt kapitali fl-aħħar jum tal-elfejn u sbatax.

Biex kollox jindika li l-aħħar tokki ta’ din is-sena, u l-ewwel ftit tal-elfejn u tmintax, se jintlaqgħu bil-kbir fil-Belt Valletta; bis-sena l-ġdida tkun dik li matulha, il-kapitali Maltija se tkun il-belt kapitali Ewropea tal-Kultura.Aqra aktar

Maltempata bis-silġ tikser rekord li kien ilu rreġistrat mill-1956

Maltempata kbira fil-belt Amerikana Erie kissret ir-rekord tal-amont ta’ silġ u borra li ksew lill-istess belt f’Jum il-Milied.

Rekord li saħansitra wassal biex ikun iddikjarat stat ta’ emerġenza.

B’kollox 86 ċentimentru ta’ silġ, jew 34 pulzier, kesa lill-belt u liż-żoni tal-madwar fl-istat ta’ Pennsylvania.

L-istess temp ippersista f’Boxing Day, bil-meteoroloġisti rreġistraw total ta’ 60 pulzier ta’ silġ fuq perjodu ta’ jumejn.

Biex b’hekk inkiser rekord għal Jum il-Milied li kien ilu rreġistrat mill-1956.

Mietet l-istilla f'”The Sound of Music” Heather Menzies-Urich

Fl-età ta’ 68 sena, mietet l-attriċi u stilla ta’ “The Sound of Music” Heather Menzies-Urich – li fil-film kellha l-irwol ta’ Louise Von Trapp.

L-attriċi u mudella Kanadiża kienet iddijanjostikata b’kanċer f’rasha erba’ ġimgħat ilu, u ħalliet din id-dinja lejlet il-Milied.

Binha kien kkwotat jgħid li ommu “kienet attriċi, ballerina u kienet tħobb il-ħajja”.Aqra aktar

Il-Belt ippakkjata bin-nies għax-xiri tal-Milied

Kif jixhdu r-ritratti mehmużin, kienu mijiet dawk li għażlu Jum ir-Repubblika biex jerħulha lejn il-belt kapitali u jagħmlu x-xiri tal-Milied.

Triq ir-Repubblika kienet ippakkjata bin-nies sa minn kmieni filgħodu.

Għalkemm festa pubblika, bil-ħwienet miftuħa u bid-dekorazzjonijiet spettakolari li hemm il-Belt din is-sena, mawra sal-Belt Valletta malajr iddaħħal lil dak li jkun fl-atmosfera tal-Milied u tħajru biex jixtri xi rigal jew tnejn għal dawk l-aktar qrib. Kif jidher li ġara llum.

RitrattiAlex Borg

Wissa lil Trump fuq Facebook

Ir-raġel li qed jaffaċċja akkużi ta’ terroriżmu wara l-isplużjoni fi New York it-Tnejn li għadda, ippubblika messaġġ ta’ twissija ndirizzat lill-President Amerikan Donald Trump fuq Facebook, mumenti qabel l-attakk.

Il-messaġġ ta’ Akayed Ullah – is-suspettat ewlieni ta’ sebgħa u għoxrin sena mill-Bangladesh, kien jgħid hekk : “Trump, you failed to protect your nation” – fallejt milli tipproteġi lil pajjiżek.

Dal-messaġġ ġie żvelat fl-akkużi li ppreżentat il-Prosekuzzjoni, li żiedet kif l-immigrant kien ispirat mill-grupp tal-Militanti Iżlamiċi meta wettaq l-attakk.

Attakk li fih indarab gravi hu stess, u weġġa’ tliet persuni oħra.

Send this to a friend