Trischia Falzon | One News - Part 44

Trischia Falzon

Notifiki

Marlene Mizzi b’ċans li tirbaħ il-Premju tal-MPE tas-Sena

Għat-tieni darba, l-Ewroparlamenti Maltija Marlene Mizzi ġiet innominata għall-Premju tal-Membru tal-Parlament Ewropew tas-Sena għal ħidmietha fil-kwistjonijiet tas-suq intern u l-protezzjoni tal-konsumatur.

Is-sena l-oħra, Mizzi kienet nominata għall-ħidma tagħha fuq kwistjonijiet tal-benessere tal-annimali.

Marlene Mizzi hija l-unika MPE Maltija li ġiet innominata għall-Premji tal-MPE 2018. Iż-żewġ Membri tal-PE li ġew innominati fil-kategorija tagħha huma mir-Renju Unit u r-Rumanija.Aqra aktar

Malta se tiftaħ Kummissjoni Għolja fil-Ghana

Malta se tiftaħ Kummissjoni Għolja fil-Ghana. Ħabbar dan il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ Carmelo Abela, li nnota kif din se tkun l-ewwel rappreżentazzjoni diplomatika li l-Gvern Malti qed jiftaħ fl-Afrika fin-Nofsinhar tas-Saħara.

Ir-relazzjonijiet diplomatiċi bejn Malta u l-Ghana ġew stabbiliti fi Frar tal-1974 u baqgħu jissaħħu matul is-snin.Aqra aktar

REKORD TA’ 2.3 MILJUN TURIST FL-2017

Żieda rekord fin-numru ta’ turisti li ġew Malta dan hekk l-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika żvela li matul is-sena elfejn u sbatax kien hemm total ta’ żewġ miljun u tlett mitt elf turist li għażlu lill-pajjiżna bħala destinazzjoni turistika.  Dan ifisser żieda ta’ sittax fil-mija meta mqabbel mas-sena ta’ qabel.

Dan ir-riżultat irrifletta tajjeb fuq l-ekonomija Maltija hekk kif waqt il-btala tagħhom it-turisti nefqu u ħallew f’pajjiżna madwar żewġ biljun ewro; li jfisser żieda ta’ kważi erbatax fil-mija.

L-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika nnota li matul l-istess perjodu, kien hemm żieda ta’ għaxra punt tlieta fil-mija fin-numru ta’ ljieli li t-turisti qattgħu f’pajjiżna- dan hekk kif bejn Jannar u Diċembru tas-sena li għaddiet, kien hemm total ta’ sittax punt ħames miljun lejl.

B’rabta ma’ din il-kisba importanti l-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi rrimarka li l-Gvern huwa impenjat li jkompli jaħdem f’dan is-settur.  Huwa semma li ser jiddaħħlu destinazzjonijiet ġodda fosthom Casablanka, San Pietruburgu, kif ukoll pajjiżi fl-Afrika ta’ Fuq; apparti minn hekk ser ikun hemm żieda fit-titjiriet kif ukoll ser ikun hemm  aktar investiment fl-infrastruttura.

Saħaq li t-turiżmu huwa kunċett importanti ħafna għall-pajjiżna għall-fatt li minnu jinħolqu bosta opportunitajiet.

 

Is-settur turistiku huwa sors importanti għall-ekonomija ta’ pajjiżna; iċ-Chairman tal-Awtorita Maltija għat-Turiżmu saħaq dwar l-importanza li tkompli titwettaq din il-ħidma li qed issir sabiex b’hekk aktar turisti iqattgħu l-btajjel tagħhom hawn Malta:

 

Fl-elfejn u sbatax, l-akbar ammont ta’ turisti li ġew f’Malta kienu mir-Renju Unit b’total ta’ madwar ħames mija u sittin elf u kważi disa mitt turist, u mill-Italja b’aktar minn tlett mija tlieta u sittin elf.

Gvern innovattiv li jieħu d-deċiżjonijiet

F’sala ppakkjata fiċ-Ċentru Ċiviku tal-Mosta, b’ton ta’ kburija, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat tenna s-sodisfazzjon tiegħu li jmexxi Gvern li jieħu d-deċiżjonijiet.

“Deċiżjonijiet li wħud minnhom jintogħġbu u oħrajn le, imma tal-inqas tafu li hawn Gvern li jiddeċiedi u qatt ma jibqa’ wieqaf”, qal Joseph Muscat.

Filwaqt li elenka lista ma tintemm qatt ta’ proġetti li qed isiru, il-Mexxej Laburista nnota x-xogħol ta’ kuljum li jsir mill-Gvern immexxi minnu. Xogħol li fi kliemu jixhed id-dinamiżmu kbir ta’ dan il-Gvern, li b’entużjażmu qed jiżdied ma’ kull ġurnata.Aqra aktar

Miet b’attakk tal-qalb fil-kamra tal-banju

 

Aħbar traġika, xokkanti u surreali.

Hekk kienet deskritta minn ħafna l-mewt ta’ Daniel Damato. Raġel ta’ tlieta u tletin sena mill-Gżira li ħasad lil kulħadd meta bħal sajjetta fil-bnazzi, ħalla din id-dinja.

Il-ġisem bla ħajja tiegħu nstab fil-kamra tal-banju minn waħda mill-qraba, wara li x’aktarx tah attakk tal-qalb.

Xena xokkanti li ra quddiem għajnejh Julian Xriha – ir-raġel ta’ Stephania Xriha. Koppja li ilha ħbieb ma’ Daniel għal dawn l-aħħar ħmistax-il sena.

Aqra aktar

Send this to a friend