Trischia Falzon | One News - Part 42

Trischia Falzon

Notifiki

Gvern innovattiv li jieħu d-deċiżjonijiet

F’sala ppakkjata fiċ-Ċentru Ċiviku tal-Mosta, b’ton ta’ kburija, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat tenna s-sodisfazzjon tiegħu li jmexxi Gvern li jieħu d-deċiżjonijiet.

“Deċiżjonijiet li wħud minnhom jintogħġbu u oħrajn le, imma tal-inqas tafu li hawn Gvern li jiddeċiedi u qatt ma jibqa’ wieqaf”, qal Joseph Muscat.

Filwaqt li elenka lista ma tintemm qatt ta’ proġetti li qed isiru, il-Mexxej Laburista nnota x-xogħol ta’ kuljum li jsir mill-Gvern immexxi minnu. Xogħol li fi kliemu jixhed id-dinamiżmu kbir ta’ dan il-Gvern, li b’entużjażmu qed jiżdied ma’ kull ġurnata.Aqra aktar

Miet b’attakk tal-qalb fil-kamra tal-banju

 

Aħbar traġika, xokkanti u surreali.

Hekk kienet deskritta minn ħafna l-mewt ta’ Daniel Damato. Raġel ta’ tlieta u tletin sena mill-Gżira li ħasad lil kulħadd meta bħal sajjetta fil-bnazzi, ħalla din id-dinja.

Il-ġisem bla ħajja tiegħu nstab fil-kamra tal-banju minn waħda mill-qraba, wara li x’aktarx tah attakk tal-qalb.

Xena xokkanti li ra quddiem għajnejh Julian Xriha – ir-raġel ta’ Stephania Xriha. Koppja li ilha ħbieb ma’ Daniel għal dawn l-aħħar ħmistax-il sena.

Aqra aktar

Tibda l-kumpilazzjoni b’rabta mal-attakki f’Pariġi f’Novembru tal-2015

Fl-ewwel seduta b’rabta mal-każ tal-attakk terroristiku f’Pariġi f’Novembru tal-2015, xehed ir-raġel li kera l-appartament tiegħu liż-żewġ aggressuri responsabbli.

Jawad Bendaoud, ta’ 31 sena, tressaq il-Qorti akkużat li wara l-attakki, ħeba lil Abdelhamid Abaaoud u lil Chakib Akrouh fl-appartament tiegħu.

L-akkużat kemm il-darba ddikjara l-innoċenza tiegħu fuq programmi televiżivi fi Franza, meta kien jgħid li ma kienx jaf li kienu terroristi.

Il-Qorti f’Pariġi issa trid tiddeċiedi jekk l-akkużat kienx kompliċi jew le.

Jekk jinstab ħati, Bendaoud qed jaffaċċja sentenza sa sitt snin priġunerija.

L-aggressur Belġjan Abaaoud kien inqatel waqt rejd li sar fl-appartament wara l-attakki mill-Pulizija, filwaqt li Akrouh li kien kompliċi miegħu sploda lilu nnifsu.

L-attakki mdemmija fil-kapitali Franċiża f’Novembru ta’ tliet snin ilu ħallew 130 persuna bla ħajja u mijiet oħra midruba.

“Save the Children” fil-mira t’attakk fl-Afganistan

Minn tal-inqas ħdax-il persuna ndarbu f’attakk fuq l-uffiċini tal-aġenzija t’għajnuna internazzjonali “Save the Children” fl-Afganistan.

L-attakk beda minn splużjoni li saret biswit il-bini tal-organizzazzjoni f’Jalalabad, fejn wara daħlu rġiel armati u qabdu jisparaw. Huwa maħsub li l-aggressuri huma militanti Talibani hekk kif mhux l-ewwel darba li Jalalabad spiċċa fil-mira tagħhom.

L-attakk seħħ ġranet biss wara li militanti Talibani armati daħlu f’lukanda lussuża f’Kabul u qatlu minn tal-inqas tnejn u għoxrin persuna.

Sewwieq ta’ mutur jindarab gravi wara ħabta f’Birżebbuġa

Sewwieq ta’ mutur ta’ 42 sena minn Marsaskala qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku.

L-inċident seħħ it-Tnejn filgħaxija għall-ħabta tas-18:15 fi Triq San Filippu f’Birżebbuġa.

Stħarriġ preliminari wera li seħħet ħabta bejn mutur tat-tip Piaggo Dna misjuq minn raġel ta’ 42 sena minn Marsaskala u karozza tat-tip Peugeot Partner misjuqa minn anzjan ta’ 64 sena minn Birżebbuġa.

Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

BIL-FILMAT: Il-PM jitkellem dwar għeluq sninu

F’jum għeluq sninu, il-Prim Ministru Joseph Muscat jidher li sabha diffiċli jisraq dik is-siegħa mistrieħ.

Dan għaliex mhux biss ried ilaħħaq max-xogħol tas-soltu, iżda ried iwieġeb il-mijiet ta’ imejls u messaġġi t’awguri li daħlulu mingħand mijiet ta’ persuni.Aqra aktar

Send this to a friend