Trischia Falzon | One News - Part 39

Trischia Falzon

Notifiki

BFA JINSISTI LI JŻOMM POSTU U JATTAKKA

 

Id-deputat Nazzjonlista Beppe Fenech Adami ddeċieda li jibqa’ marbut mas-siġġu taċ-chairman tal-Kumitat parlamentari tal-kontijiet pubbliċi.

Dan jumejn wara li l-Maltatoday żvelat sittin paġna ta’ emails skandalużi fejn ħareġ fil-beraħ kif kien hemm indħil dirett min-numru ta’ eks Ministri u Deputati Nazzjonalisti biex jiddaħħlu l-kostitwenti tagħhom fil-Wasteserv.

Fenech Adami ftaħar bir-rakkomandazzjonijiet li kien jagħmel biex jiddaħħlu n-nies fil-Wasteserv u ddikjara ċar daqs il-kristall li hu għandu l-barka tal-Kap Nazzjonalsita Adrian Delia.

 

Id-deputat Nazzjonalsita Beppe Fenech Adami żamm postu u għażel li ma jitlaqx minn chairman tal-Kumitat għall-kontijiet Pubbliċi li qed jinvestiga l-ingaġġ ta’ persuni fi ħdan il-Wastserv.

Dan jumejn wara li l-Maltatoday żvelat emails dwar kif fost l-oħrajn Beppe Fenech Adami għamel pressjoni biex fi żmien Gvern Nazzjonalista jiddaħħlu nies fil-kostitwenza tiegħu jaħdmu mal-Wasteserv.

Aqra aktar

“Malta pajjiż interessanti li għandu ħafna x’joffri” – Edward Scicluna

F’konferenza b’reazzjoni għat-titjib fit-tbassir ta’ żewġ aġenziji ta’ kreditu internazzjonali dwar pajjiżna, il-Ministru tal-Finanzi l-Professur Edward Scicluna, tkellem dwar żewġ fatturi li wasslu biex l-aġenziji għollew ir-rating tal-ekonomija ta’ pajjiżna.

Il-Ministru nnota kif pajjiżna wiret mażra m’għonqu minħabba d-dejn u l-garanziji tal-Gvern li ħalliet warajha amministrazzjoni preċedenti.

Mażra li iżda, bit-tkabbir ekonomiku u l-għaqal fit-tmexxija tal-Gvern, kull ma jmur qed tonqos; biex il-pajjiż ikun jista’ jimxi ’l quddiem b’kunfidenza.Aqra aktar

DISTAKK TA’ 25% BEJN MUSCAT U DELIA

Disa’ xhur wara l-elezzjoni ġenerali u r-rebħa storika tal-Partit Laburista, u ħames xhur minn meta Adrian Delia ħa t-tmun tal-Partit Nazzjonalista f’idejh, id-distakk bejn iż-żewġ partiti politiċi huwa dak ta’ 18.4%.

Dan skont stħarriġ li sar mill-gazzetta “It-Torċa” li wera kif kważi 50% ta’ dawk intervistati qalu li, li kieku kellha ssir elezzjoni għada, jivvutaw lill-Partit Laburista. Kienu 28% li qalu li jivvutaw lill-Partit Nazzjonalista, filwaqt li l-oħrajn qalu li jivvutaw lil xi partit ieħor jew ma jivvutawx.

L-istħarriġ ħares ukoll lejn l-aktar mexxej fdat f’pajjiżna.

47% ta’ dawk intervistati qali li jafdaw lil Joseph Muscat, filwaqt li 22% qalu li jafdaw lil Adrian Delia.

Jirriżulta li fost il-votanti tal-Partit Laburista, Joseph Muscat għandu mija fil-mija tal-fiduċja. Mentri fost il-votanti Nazzjonalisti, Adrian Delia għandu tnejn u sebgħin fil-mija tal-fiduċja, hekk kif l-oħrajn qalu li jafdaw lil Joseph Muscat, irrifjutaw li jwieġbu jew qalu li huma indeċiżi.

Meta mistoqsija min hu l-aqwa mexxej f’Malta biex ikun Prim Ministru, 47.5% għażlu lil Joseph Muscat, u 22.6% għażlu lil Adrian Delia.

L-istħarriġ sar bejn it-12 u l-20 ta’ Frar fost 600 persuna li għandhom ’il fuq minn 18-il sena.

Tliet persuni arrestati wara rejd f’garaxx f’Ħal Qormi

Ħidma mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga matul il-jum tas-Sibt wasslet għall-arrest ta’ tliet persuni.

Waqt rejd li sar f’residenza u garaxx f’Ħal Qormi, instabu sustanzi suspettati raża tal-kannabis, ħaxixa tal-kannabis, kokaina u eroina. Waqt it-tfittxija insabu wkoll flus, armi u affarijiet oħra relatati mal-abbuż u t-traffikar tad-droga fosthom miżien elettroniku u boroż. 

Il-persuni, li huma żewġt irġiel u mara li l-età tagħhom tvarja bejn it-23 sena u l-35 sena, huma residenti Ħal Qormi, il-Floriana u San Ġiljan.

It-tlieta qed jinżammu mill-Pulizija biex jgħinuha fl-investigazzjonijiet.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Natasha Galea Sciberras li ħatret diversi esperti sabiex jassistu fl-inkjesta li ġiet appuntata.

“XTRAT IL-BILJETT TAL-MEWT”

 

Fl-iskola Primarja ta’ Birżebbuġa tiddomina ħemda siekta li ttarrax aktar mit-tgemgim u l-għajjat tat-tfal li jpassu mill-kurituri b’entużjażmu ta’ kuljum.

Dan erbat ijiem wara li tħabbret il-mewt ta’ Doreen Pulis, waħda mill-purtinara tal-iskola, li tilfet ħajjitha f’inċident tat-traffiku waqt dik li kellha tkun btala li matulha, flimkien ma’ żewġha, terġa’ tingħaqad ma’ ħuha wara għexieren ta’ snin.

Minflok, tilfu ħajjithom it-tlieta li huma.

Doriette Farrugia, li l-ħbiberija tagħha ma’ Doreen tmur lura ħafna u ħafna snin, qasmet ma’ ONE News l-aħħar memorja tal-persuna li dejjem kienet hemm għaliha fl-aktar żminijiet diffiċli.

Farrugia qalet “L-aħħar qabel telqu ġiet bil-cards, urietna l-card għax Lorry kellu jkollu l-birthday l-Awstralja, u ġabet il-card qaltilna issa din ħa nurihielu l-Awstralja għax ħa nagħmillu surprise hemmhekk, u ġabet il-card ta’ dawk li kellhom ikunu tat-tieġ.”Aqra aktar

Send this to a friend