Trischia Falzon | One News - Part 38

Trischia Falzon

Notifiki

Bżonn ta’ 200 spiżjar f’Malta

Domanda li kull ma jmur qed tiżdied; xprunata mill-opportunitajiet li qed jinħolqu minn BREXIT u t-tkabbir ekonomiku fost l-oħrajn.

Fl-ewwel jum tal-Pharmacy Symposium, li jsir kull sena, il-Kap tad-Dipartiment tal-Farmaċija fl-Università ta’ Malta, il-Professur Lilian Azzopardi, tkellmet dwar il-fatturi ewlenin li qed iwasslu għal dawn il-postijiet vakanti fis-settur tal-farmaċija.Aqra aktar

Tfajla ta’ 19 taqa’ żewġ sulari

Tfajla ta’ 19 mill-Islovakkja qed issofri minn ġrieħi gravi wara li kmieni dalgħodu waqgħet għoli ta’ madwar żewġ sulari.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-04:45 fi Triq Sant’Andrija f’San Ġiljan, meta t-tfajla waqgħet żewġ sulari ġo xaft ta’ blokka ta’ appartamenti.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-Isptar Mater Dei u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex jassistu lill-vittma. It-tfajla ttieħdet immedjatament l-Isptar Mater Dei biex tingħata l-kura meħtieġa fejn aktar tard ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi serji.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Il-Kaptan li miet bil-gass kien għadu kif rebaħ il-battalja mal-kanċer

 

Meta l-warda twaqqa’ l-petali tal-ħajja u jibqalha biss ix-xewk tal-imrar, huma biss il-memorji li jfarrġu lil dawk li tant kienu jitgħaxxqu bil-ġmiel tagħha.

Ġmiel li kien rifless fil-persuna ta’ Paul Muscat, kaptan tal-Gozo Channel, li l-ġisem bla ħajja tiegħu nstab f’kamra fil-bajja ta’ Imġarr ix-Xini matul il-jum tal-Ġimgħa.

Deskritt bħala bniedem pożittiv li dejjem ħares lejn il-ħajja b’entużjażmu, Paul kien ukoll bniedem dedikat f’xogħlu, li dejjem xammar il-kmiem, ħadem u qatt ma kaxkar saqajh.

Dan skont dak li qal il-kollega u Kaptan Norbert Spagnol, li ilu jaħdem miegħu mill-elf disa’ mija disgħa u disgħin.Aqra aktar

Lorry u Doreen Pulis jingħataw l-aħħar tislima

 

“F’din id-dinja dejjem għextu ħajjitkom flimkien u qatt ma kontu toqogħdu mingħajr xulxin. Għalkemm ma xtaqtx li ninfirdu b’dal-mod, lill-Mulej nirringrazzjah li issa qed tgħixu l-ħajja ta’ dejjem flimkien ferħanin bħalma dejjem xtaqtu.”

Kliem mill-aktar emozzjonanti minn fomm Charlo, bin Lorry u Doreen Pulis – ir-raġel u l-mara li ħallew din id-dinja id f’id f’inċident mill-aktar traġiku fl-Awstralja.

Fi Knisja ppakkjata, b’żewġ twiebet biswit xulxin, f’xena ta’ qsim il-qalb, kienu ħafna li nġabru biex jagħtu l-aħħar tislima lil żewġ persuni maħbubin ferm f’Birżebbuġa.Aqra aktar

Tirriżenja persuna oħra viċin Donald Trump

Hope Hicks, waħda mill-aktar konsulenti li servew fit-tul lill-President Amerikan, se tirriżenja minn direttur tal-komunikazzjoni tal-White House.

L-eks mudella ta’ disgħa u għoxrin sena ilha taħdem għal Donald Trump snin, minn ferm qabel ħa t-tmun ta’ President tal-pajjiż.

Hicks hija r-raba’ persuna li serviet bħala kap tal-komunikazzjoni fl-amministrazzjoni ta’ Trump.

Kelliema għall-White House qalet li għadu mhux magħruf meta Hicks se ttemm il-kariga tagħha.

Biex kull ma jmur qed tkompli tiżdied il-lista ta’ persuni qrib Trump li qed jagħżlu li jirriżenjaw.

AĠĠORNAT: Taljan midrub gravi wara li ttajjar fil-Gżira

Raġel Taljan indarab gravi wara li ttajjar minn vettura fil-Gżira.

L-inċident seħħ illum, għall-ħabta tas-sitta u nofs ta’ filgħodu fi Triq ix-Xatt, il-Gżira minħabba li kien għadu kemm seħħ inċident tat-traffiku.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li raġel Taljan ta’ 29 sena, għal xi raġuni safa’ milqut minn vettura tat-tip Toyota Ractis li kienet qed tinstaq fid-direzzjoni lejn l-Imsida, minn raġel ta’ 63 sena li joqgħod Tas-Sliema.

Aqra aktar

Ta’ 103 snin u għadha tgħanni!

B’nostalġiji li jqanqlu l-isbaħ emozzjonijiet u b’esperjenzi li jisbqu l-aqwa dottorat, din hija l-istorja ta’ Katerina Abdilla, li għalqet mija u tliet snin.

L-anzjana Żurriqija hija omm ta’ sittax-il tifel u tifla, nanna ta’ tlieta u għoxrin, u bużnanna ta’ ħamsa u għoxrin.Aqra aktar

Send this to a friend