Trischia Falzon | One News - Part 3

Trischia Falzon

Notifiki

Ġustizzja mar-raħħala li għal snin twal twiegħdu fondi biex isaħħu l-infrastruttura

Wara snin ta’ wegħdi fiergħa minn amministrazzjoni Nazzjonalista, ħamsa u erbgħin raħħal ingħataw fondi li twiegħdu lilhom biex isaħħu l-infrastruttura tagħhom: partikolarment it-tined.

Ħabbar dan is-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri, li spjega kif il-Gvern temm proċess importanti mar-raħħala tal-baqar li kienu ilhom tnax-il sena jistennew dawn il-fondi.Aqra aktar

Għaddej ix-xogħol fuq sala ġdida f’Monte Carmeli għal nisa bil-vizzju tad-droga

Jinsab fi stadju avvanzat ix-xogħol fuq sala ġdida fl-Isptar Monte Carmeli għal nisa bil-vizzju tad-droga.

Fid-dawl li din il-problema kulma jmur qed tiżdied, inħass il-bżonn li dawn in-nisa jingħataw l-għajnuna meħtieġa f’ambjent akbar, aktar komdu, imdawwal u bl-għajnuna ta’ professjonisti speċjalizzati u mħarrġa skont l-aktar riċerka riċenti.

Id-Direttur tan-Nursing f’Monte Carmeli, Vicky Sultana, spjegat li l-kobor ta’ din is-sala se jippermetti biex jiżdiedu żewġ sodod għal total ta’ tnax – biex nisa li jkollhom bżonn għajnuna aktar urġenti, jingħataw attenzjoni speċjalizzata.

Spjegat kif “Hawnhekk l-infermiera jħeġġuhom u jagħmlulhom il-kuraġġ biex imorru programmi ta’ rijabilitazzjoni jiġifieri qisha waiting area sakemm jagħmlu l-kuraġġ biex jibdlu r-rotta li kienu qabdu fiha u joħorġu b’saħħithom aktar wara l-programm.” Aqra aktar

Jinstab katavru viċin Kemmuna… x’aktarx anzjan li kien qed jistad

Ilbieraħ għall-ħabta tal-10:50, il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm intlemaħ ġisem ta’ persuna fil-baħar viċin is-Sikka ta’ Kemmuna.

Il-Pulizija mid-Distrett t’Għawdex infurmat lill-Forzi Armati ta’ Malta li bdew it-tfittxijiet fl-inħawi ta’ fejn intlemaħ il-ġisem permezz ta’ patrol boat u ħelikopter.

Minn investigazzjonijiet li saru irriżulta li l-ġisem x’aktarx huwa ta’ raġel ta’ 67 mill-Mosta li aktar kmieni kien qed jistad.

Wara diversi tfittxijiet, illum għall-ħabta tal-10:00 instab il-katavru tar-raġel.

Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr. Paul Coppini li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Iħossu fiduċjuż li jkompli jinvesti f’Malta

F’Awwissu li ġej, il-kumpanija tal-logħob diġitali “4A Games” tagħlaq ħames snin mindu waqqfet l-istudjo prinċipali tagħha f’pajjiżna.

Ħames snin li matulhom investiet u żiedet l-impjegati minn ħamsin għal ħamsa u sittin, u qed tippjana biex tkompli tikber u timraħ għal li ġej.Aqra aktar

L-2018 sena rekord għall-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta

L-2018 kienet id-disa’ sena konsekuttiva li fiha nkiser ir-rekord ta’ passiġġieri li għaddew mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta – meta mill-Ajruport Malti għaddew 6.8 miljun passiġġier.

Fil-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, ingħad li d-dħul totali tal-ajruport laħħaq it-92.2 miljun.Aqra aktar

Se jiżdiedu t-testijiet tad-demm speċjalizzati li jistgħu jsiru fil-Laboratorji tal-Patoloġija f’Għawdex


Aktar servizzi mediċi għall-Għawdxin, f’Għawdex stess.

F’inqas minn ġimgħa mindu ġew inawgurati swali ġodda tal-ortopedija fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex – li minnhom se jibbenefikaw pazjenti li jkollhom bżonn operazzjoni fl-għadam, b’investiment ta’ miljun u mitejn elf ewro, ġew inawgurati l-Laboratorji tal-Patoloġija fl-Isptar t’Għawdex.

B’dan l-investiment issa mhux biss hemm spazju ikbar, iktar komdu u modern minn fejn il-professjonisti se jaħdmu, iżda żdiedu wkoll bi tnax, it-testijiet tad-demm li se jsiru f’Għawdex – fosthom testijiet speċjalizzati tal-kanċer, tat-thyroid, u tal-HIV.Aqra aktar

Il-BOV u l-MDB bi skema ta’ €50 miljun għal intrapriżi żgħar u medji

B’investiment ta’ €50 miljun, il-Bank of Valletta – b’kollaborazzjoni mal-Bank Malti għall-Iżvilupp – nieda l-iskema “SME Invest”, immirata lejn intrapriżi żgħar u medji li qed jippjanaw proġetti ġodda ta’ investiment kapitali.

Din l-iskema tipprovdi aċċess aktar faċli għall-finanzjament tal-SMEs permezz ta’ rekwiżiti mnaqqsa għall-garanziji u inqas spejjeż ta’ finanzjament.

Aqra aktar

Send this to a friend