Trischia Falzon | One News - Part 19

Trischia Falzon

Notifiki

Il-baġit se jkompli jtejjeb l-infrastruttura

Fost il-166 miżura fil-baġit għas-sena d-dieħla, hemm uħud li se jkomplu jtejbu l-infrastruttura tal-pajjiż.

Fi Triq il-Kunvent f’Ħaż-Żabbar, waħda mit-toroq li tlestiet dan l-aħħar bħala parti mill-proġett ta’ €700 miljun, il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Ian Borg tkellem dwar il-miżuri li se jkomplu jindirizzaw l-isfidi fit-toroq Maltin u Għawdxin. Aqra aktar

“Tinsinix”- 1,888 tifel u tifla vulnerabbli b’xewqa speċjali għal dan il-Milied

Xahrejn qabel Jum il-Milied, tnediet il-kampanja Children’s Dreams, li sitt snin ilu bdiet b’ 100 ħolma u llum qed tara x-xewqa ta’ 1,888 tifel u tifla meqjusa vulnerabbli.

Din hija kampanja li tappella għall-ġenerożità tal-kumpaniji u individwi biex jaqtgħu x-xewqa tal-Milied tat-tfal li qegħdin taħt il-ħarsien tal-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali, l-FSWS.Aqra aktar

ARA: Il-Unjins pożittivi għat-tieni baġit bla taxxi

‘Ippjanar ekonomiku għat-tisħiħ tas-soċjetà.’

Hekk iddeskriva l-mod kif ġie ppjanat il-baġit għall-2019, is-Segretarju Ġenerali tal-General Workers Union Josef Bugeja li saħaq kemm permezz ta’ dan il-baġit, il-Gvern qed juri kemm huwa verament qrib il-ħaddiema:

“Diversi miżuri li qed jgħinu lil diversi faxex tan-nies. Għandek il-housing soċjali, il-kirjiet, il-pensjonanti, pensjoni tad-diżabilità, allowances, għajnuna medika lil min ma jiflaħx iħallas, edukazzjoni, estensjoni ta’ trasport b’xejn. Diversi miżuri biex ħadd ma jibqa’ lura fis-soċjetà tagħna”.

Aqra aktar

ARA: L-Imsieħba soċjali sodisfatti bil-baġit għall-2019

Il-baġit għall-2019 intlaqa’ tajjeb ħafna minn diversi msieħba soċjali, u kulħadd ikkummenta dwar dak li l-aktar laqat lilu.

Il-Prisdent tal-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi Maltin apprezza l-fatt li l-Gvern sema’ u laqa’ bosta proposti li saru mill-MDA; b’mod partikolari fejn tidħol l-akkomodazzjoni affordabbli.

Aqra aktar

Mammogram isalvalha ħajjitha darbtejn

Tliet snin u disa’ xhur ilu nstab li kellha kanċer f’sidirha. Għamlet operazzjoni u fieqet. Sitt ġimgħat ilu ħasset uġigħ f’sidirha u marret għand it-tabib. Bagħatha tagħmel mammogram u minnu rriżulta li l-kanċer reġà trabba.

Din hija l-istorja ta’ Tessie Camilleri – mara li għaddiet mill-esperjenza qarsa li jġib miegħu l-kanċer darbtejn, u li spjegat kif li kieku ma kienx għall-mammogram, is-sitwazzjoni llum kienet tkun differenti.

Qalet li “Wara erbat ijiem li ħadt il-mammogram kelli mmur fit-10th biex nara r-riżultat u bagħtu għalija qalli reġa trabba u naraw kif nagħmlu.” Aqra aktar

Ash, il-kelb abbandunat wara xhur marbut b’ċinga

Ash – kelb iswed tar-razza pitbull li sa ftit tal-jiem ilu lanqas kien jiflaħ jimxi, iżda li llum qed jingħata mħabba bla qies mill-ħaddiema tal-Animal Welfare f’Ħal Farruġ – fejn qed jistenna familja biex tadottah.

Il-kelb mans ta’ madwar erba’ snin instab abbandunat f’Ħal Qormi nhar it-Tnejn, u bħal f’ħafna każijiet, kienu nies li rawh mitluq kważi bla ħajja, li ċemplu u rrappurtaw.

Id-Direttur tal-Animal Welfare Noel Montebello fisser l-istat imwiegħri li nstab fih dan il-kelb; li kien mejjet bil-ġuħ bil-kustilji mqabbżin ’il barra.

Montebello spjega li “Għandu body score baxxa ħafna. Meta wieħed jgħid body score ifisser li jkun malnourished – ma jkunx ħa ikel u sibnih abbdunat. Dak intellgħuh l-Isptar tal-annimali, fejn jiġi ċċekjat u jgħaddi għandna u jibda proċess ta’ recovery fejn anki nippruvaw nadottawh.” Aqra aktar

Tibda tingħata t-tilqima tal-influwenza

Fl-ewwel sagħtejn li bdiet tingħata t-tilqima bla ħlas tal-influwenza fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana, tlaqqmu aktar minn 250 persuna.

Ħabbar dan id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne meta t-Tnejn, l-anzjani, it-tfal u nies b’mard kroniku – meqjusa bħala l-aktar vulnerabbli f’pajjiżna, bdew jingħataw din it-tilqima b’xejn fiċ-Ċentri tas-Saħħa kollha f’Malta u Għawdex. Aqra aktar

Send this to a friend