Trischia Falzon | One News - Part 18

Trischia Falzon

Notifiki

Jakkuża lill-Gvern Sawdi bil-qtil ta’ Khashoggi

Il-President Tork Recep Tayyip Erdogan akkuża lill-Gvern tal-Arabja Sawdija bil-qtil tal-ġurnalist Jamal Khashoggi.

F’artiklu fil-ġurnal Washington Post, kiteb li jaf li l-ordni biex jinqatel il-ġurnalist, saret mill-ogħla awtoritajiet tal-Gvern Sawdi. Madanakollu fl-isfond tar-relazzjoni ta’ ħbiberija bejn it-Turkija u l-Arabja Sawdija, żied jgħid li jemmen li r-Re Salman ma kienx involut.

Il-ġurnalist inqatel fil-konsulat Sawdi f’Istanbul ix-xahar li għadda. Għalkemm il-ġisem tiegħu għadu ma nstabx, qed jingħad li ntefa’ fl-aċtu biex ma jitħallewx traċċi.

Inawgurata l-itwal statwa fid-dinja

L-Indja inawgurat l-itwal statwa fid-dinja, li swiet $430 miljun  biex tinbena. L-istruttura tal-bronż hija twila 188 metru  u ġiet disinjata minn skultur Indjan, tinsab fl-istat ta’ Gujarat. Hija tfakkar il-memorja tal-mexxej indipendenti Sardar Vallabhbhai Patel.Aqra aktar

€685 miljun għall-proġetti fis-settur tas-saħħa fl-2019

Il-baġit għas-sena d-dieħla juri bil-fatti kemm is-saħħa hija priorità għal Gvern Laburista.

Biex jitwettqu aktar proġetti fis-settur, u jinqeda aħjar il-pazjent, il-Gvern alloka €685 miljun, jiġifieri €75 miljun aktar mill-baġit għal din is-sena, u kważi d-doppju tal-ammont allokat lill-Ministeru tas-Saħħa fl-aħħar sena ta’ amministrazzjoni Nazzjonalista.Aqra aktar

Send this to a friend