Trischia Falzon | One News - Part 17

Trischia Falzon

Notifiki

489 persuna jużaw is-servizzi tad-Diabetic Foot Ward


Kważi sena mill-ftuħ tad-Diabetic Foot Ward fl-Isptar Mater Dei, sal-aħħar t’Ottubru, il-professjonisti f’din is-sala raw u kkuraw xejn inqas minn erba’ mija u disgħa u tmenin pazjent – li qattgħu medja ta’ għaxart ijiem rikoverati fiha.

Pazjent li jidħol f’din is-sala jiġi eżaminat minn speċjalisti f’oqsma diversi li jagħtuh informazzjoni, gwida u għajnuna ta’ kif għandu jieħu ħsieb saqajh.

Ħafna minn dawn il-pazjenti jiġu bżonn amputazzjonijiet minuri, hekk kif dawk maġġuri naqsu drastikament matul is-snin.

Iżda l-appell dejjem jibqa’ biex dak li jkun jippreveni dan milli jseħħ għaliex kif jgħid il-Malti “bniedem avżat nofsu armat” u għalhekk din is-sala hija impenjata li twassal messaġġi ta’ edukazzjoni u għarfien lill-pubbliku.Aqra aktar

ARA: L-invervent tal-qtugħ tas-swaba’ minħabba d-dijabete

Fl-2012 kienu madwar mija u ħamsin il-persuni li tilfu saqajhom minħabba l-kumplikazzjonijiet marbuta mad-dijabete.

Is-sena li għaddiet, dan in-numru naqas drastikament għal madwar ħamsin.

Iżda minkejja li inqas persuni qed jitilfu riġlejhom, mijiet oħra qed jitilfu s-swaba’.

Fil-Jum Dinji tad-Dijabete, ONE News segwa mill-qrib operazzjoni maġġuri li ħadet madwar erba’ sigħat, u li matulha l-pazjent salva saqajh iżda tilef żewġt iswaba’.

Il-Professur u Kirurgu Kevin Cassar spjega li f’dan il-każ – bħal f’ħafna oħrajn, kollox beda minn saba’ kkankrat – li wassal biex instaddu l-arterji fil-koxxa u ż-żaqq tal-pazjent.

Matul l-intervent, li sewa lill-Isptar Mater Dei mill-inqas €30,000, infetħet is-sieq tal-pazjent biex saret dik imsejħa bypass – fejn intużat vina mill-koxxa tal-pazjent biex inħolqot arterja ġdida li tkun tista’ tieħu post dik li tkun instaddet.

B’tim magħqud magħmul minn anestetisti, infermieri u radjologi – fost l-oħrajn, saret operazzjoni li b’visti regolari għand il-podoloġisti setgħet tkun evitata.Aqra aktar

Imfakkra l-memorja ta’ uffiċjal tal-Pulizija li nqatel waqt il-qadi ta’ dmirijietu

Kienu bosta li fuq il-midja soċjali fakkru l-memorja tal-Kuntistabbli Roger Debattista – missier ta’ żewġt itfal li sbatax-il sena ilu kien inqatel waqt il-qadi ta’ dmirijietu.

Il-każ seħħ fit-12 ta’ Novembru tal-2001, meta l-uffiċjal kien xogħol ma’ bank f’Ħal Qormi, ra tliet ħallelin armati mexjin lejn l-entratura, u meta pprova jsakkar il-bieb biex jipproteġi u jiddefendi lill-klijenti u l-ħaddiema tal-bank li kien hemm ġewwa, wieħed mill-ħallelin spara tir fid-direzzjoni tiegħu.Aqra aktar

Sifirna aktar dan is-sajf!

Statistika tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika wriet li matul dan is-sajf, il-Maltin siefru aktar. Dan meta mqabbel mal-perjodu ta’ bejn Lulju u Settembru tas-sena l-oħra.

Kienu kważi 200,000 dawk li ħallew il-gżejjer Maltin matul it-tielet kwart tas-sena. Żieda ta’ 16.2% meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2017.Aqra aktar

ARA: Malta bid-disa’ l-aqwa sistema tas-saħħa fid-dinja – The Lancet

B’79 punt, Malta klassifikat fid-disa’ post fost mija u ħamsa u disgħin pajjiż fil-qasam tas-saħħa.

Dan fil-ġurnal internazzjonali magħruf kemm ma jħares lejn wiċċ ħadd “The Lancet” – li jispeċjalizza fuq is-saħħa.

F’analiżi dettaljata ta’ tmienja u erbgħin paġna, “The Lancet” ħares lejn wieħed u erbgħin indikatur fil-qasam tas-saħħa.

Malta kisbet punti massimi f’għaxar indikaturi – fosthom fejn jidħol il-mard li jittieħed, l-iżvilupp tat-tfal, u t-tniġġis fl-arja.Aqra aktar

Send this to a friend