Trischia Falzon | One News - Part 14

Trischia Falzon

Notifiki

It-talent tat-tfal fuq il-kartolini tal-Prim Ministru


Id-disinji fuq il-faċċati tal-kartolini tal-Milied li se jintbagħtu mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru din is-sena, huma frott it-talent artistiku ta’ sitt studenti li jattendu l-Kulleġġ San Tumas Moore.

B’għajnejhom jixegħlu u b’entużjażmu liema bħalu, iċ-ċkejknin kollha li ħadu sehem fil-kompetizzjoni ingħataw ċertifikat għall-parteċipazzjoni tagħhom.
Aqra aktar

“Issa qiegħda f’idejk. Ħu ħsiebha.” – omm li tilfet lil bintha ta’ sentejn lil infermiera fl-Emerġenza

“Issa qiegħda f’idejk. Ħu ħsiebha.” Kliem omm li f’Settembru li għadda tilfet lil bintha ta’ sentejn u għaddiet il-ġisem bla ħajja taċ-ċkejkna minn idejha għal idejn infermiera fl-Emerġenza tat-Tfal biex twassalha għall-aħħar vjaġġ lejn il-kamra mortwarja.

Dan il-mument emozzjonanti qasmitu magħna ċ-charge nurse Lucienne Brincat, meta tkellimna magħha u ma’ pedjatra dwar ix-xogħol f’dan id-Dipartiment f’Mater Dei – li nfetaħ tliet snin ilu u żaruh kważi 53 elf tifel u tifla.

Ċifri li kiseb ONE News fix-xahar li jimmarka tliet snin mill-ftuħ ta’ dan id-Dipartiment, juru kif minn dawn, ħdax-il elf inżammu l-isptar u tnejn u erbgħin elf intbagħtu d-dar.

Il-pedjatra Alexandra Camilleri Warne spjegat li huma kwart tal-każijiet li jkollhom bżonn jinżammu l-isptar għal aktar kura.

Qalet li għalkemm numru sostanzjali ta’ ġenituri jużaw is-servizz ħażin u jonqsu milli jirrikorru fiċ-ċentri tas-saħħa, hemm ukoll servizzi ġodda offruti fid-Dipartiment.

Spjegat kif “Bdejna noffru dak li ngħidulu PERC Clinic jiġifieri jekk tifel rajnih illum, tajnih il-kura, imma qed jinkwetana, naħsbu li m’għandux bżonn jibqa’ l-isptar imma aħjar nerġgħu narawh, noffrulu l-opportunità biex nagħmlulu dak li ngħidulu review jiġifieri jkollu appuntament biex jerġa’ jiġi Mater Dei l-għada.” Aqra aktar

“Aħbar li tikkonferma l-konfużjoni fil-PN” – opinjonisti

Huwa fatt interessanti li gazzetta li għal snin twal serviet bħala tarka għall-Partit Nazzjonalista, ippubblikat storja fuq il-faċċata dwar investigazzjoni fil-konfront tal-Kap Nazzjonalista Adrian Delia. Investigazzjoni minħabba allegat involviment tal-Kap tal-Oppożizzjoni ma’ ċirku ta’ prostituzzjoni bbażat f’Londra.

Qal dan l-editur Maniġerjali tal-MediaToday Saviour Balzan waqt il-programm Arena.Aqra aktar

Malta tirreġistra żieda ta’ 18% fl-ivvjaġġar bl-ajru fl-2017

L-2017 immarkat rekord Ewropew fl-ammont ta’ vjaġġi bl-ajru li saru fl-Unjoni Ewropea.

Statistika tal-Eurostat uriet li matul is-sena li għaddiet, kienu aktar minn biljun persuna li vjaġġaw bl-ajru fl-Unjoni Ewropea. Wieħed u sebgħin miljun persuna aktar mis-sena ta’ qabel.

L-ikbar ammont ta’ passiġġieri li vvjaġġaw bl-ajru kien irreġistrat fir-Renju Unit, b’mitejn u ħamsa u sittin miljun passiġġier. Dan segwit mill-Ġermanja, Spanja, Franza u l-Italja, rispettivament.Aqra aktar

BIL-FILMAT: “Le Grazzi, se nsuq”

“No thanks, I’m driving”. “Le grazzi, se nsuq.” Messaġġ skjett iżda ċar ta’ kampanja kontra x-xorb u s-sewqan.

F’konferenza tal-aħbarijiet fil-bidu ta’ xahar li matulu jiżdiedu l-okkażjonijiet tax-xorb minħabba l-festi, ġiet ikkwotata statistika li turi kif is-sena li għaddiet, f’pajjiżna mietu sbatax-il persuna f’ inċidenti tat-traffiku.Aqra aktar

“Ir-rapport tal-Awditur dwar il-power station hu wieħed pożittiv” – il-PM

Waqt id-diskors tiegħu f’attività politika fl-Isla, il-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem dwar ir-rapport tal-Awditur Ġenerali fir-rigward tal-kuntratt dwar il-power station il-ġdida li ħareġ aktar kmieni din il-ġimgħa.

Innota li dan huwa rapport pożittiv u tajjeb dwar dak li huwa l-ikbar proġett infrastrutturali li kellu sa issa l-pajjiż.Aqra aktar

L-ajruplan Indoneżjan li ġġarraf u ħalla 189 persuna mejta ma kienx fi stat li jopera titjiriet

Investigaturi Indoneżjani qalu li l-ajruplan tal-linja tal-ajru Lion Air li ġġarraf ix-xahar li għadda u ħalla mejta 189 persuna, ma kienx fi stat li jopera titjiriet.

Rapport preliminari sab li kienu ġew irrappurtati problemi tekniċi dwar dan l-ajruplan f’numru ta’ titjiriet oħra.
Irrimarka li jidher li l-linja tal-ajru ddeċidiet li tkompli topera t-titjiriet b’dan l-ajruplan minkejja li kienet taf li kellu xi problemi.

L-ajruplan tat-tip Boeing 737 Max iġġarraf fil-baħar Java fid-disgħa u għoxrin t’Ottubru ftit wara li telaq minn Jakarta.

Send this to a friend