Trischia Falzon | One News - Part 13

Trischia Falzon

Notifiki

Żewġ nisa l-isptar wara inċident f’San Ġiljan

Żewġ nisa ndarbu f’inċident tat-traffiku li seħħ matul il-lejl li għadda għall-ħabta tas-siegħa u nofs ta’ filgħodu fi Triq Mikiel Anton Vassalli f’San Ġiljan.

L-inċident seħħ meta kien hemm impatt bejn vettura tat-tip Ford Fiesta misjuqa minn Rumen ta’ tletin sena li joqgħod il-Belt, u vettura tat-tip BMW misjuqa minn raġel ta’ erbgħa u sebgħin sena li joqgħod Ħ’Attard.Aqra aktar

“Mhux faċli…nibki mal-pazjenti u ġieli anki waħdi” – infermiera li ilha taħdem 36 sena ma’ nies bil-kanċer

Mhuwiex xogħol faċli. Ikun hemm mumenti meta nibki mal-pazjenti, u ġieli anki waħdi, u jkolli bżonn nirrifletti fuq it-tbatija li jkunu għaddejjin minnha l-pazjenti.

Hekk stqarret ma’ ONE News Helen Attard Bason – infermiera fl-Isptar tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo, li fl-aħħar xhur bdiet tagħti servizz speċjalizzat lil madwar mija u għaxar pazjenti li għandhom kanċer fil-prostata u huwa aktar komuni fost l-irġiel.

Iddeskriviet l-irwol tagħha bħala mixja mal-pazjent, u qalet li l-aħbar innifisha li jingħataw dawn in-nies tkun xokk, u meta jisimgħu l-kelma “kanċer”, jaħsbu mill-ewwel fil-mewt.

Attard bason qalet li “Kull individwu li jingħata din l-aħbar ikun jixtieq aktar informazzjoni. X’se jsir minni? Jingħataw kemm jista’ jkun sapport psikoloġiku, informazzjoni, gwida, u jiena nassigura lill-pazjent flimkien mal-familja tiegħu li mhumhiex se jkunu waħedhom.” Aqra aktar

Send this to a friend