Trischia Falzon | One News - Part 12

Trischia Falzon

Notifiki

Kesħa qattiela taħkem l-Istati Uniti

Minn tal-inqas seba’ persuni mietu fl-Istati Uniti f’diversi stati li jinsabu ddominati minn kesħa qattiela xxoqq il-għadam li qed tissejjaħ bħala polar vortex.

L-Istati Uniti qed tesperjenza rekord ta’ kesħa u borra, u l-kesħa f’ċertu stati hija iktar minn dik fl-Antarctica. It-temperaturi jlaħħqu taħt it-tletin grad celcius f’Chicago u taħt is-sebgħa u tletin grad celcius f’North Dakota.
Din il-mewġa ta’ kesħa qed taffettwa madwar mitejn u ħamsin miljun Amerikan, filwaqt li disgħin miljun oħra qed jesperjenzaw temperaturi ta’ taħt is-sbatax-il grad celcius.

Fuq Twitter, il-President Amerikan Donald Trump wissa lil dawk kollha fl-Istati Uniti biex jieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa, u tefa’ botta ironika li hemm bżonn bidla fil-klima.

Żewġ persuni mejta wara attakk f’Korsika

L-aggressur t’attakk li ħalla persuna mejta u ħamsa oħra midruba fil-gżira Franċiża ta’ Korsika, qatel lilu nnifsu.
Il-Ministru għall-Intern Franċiż Christophe Castaner qal li l-ġisem bla ħajja tiegħu nstab waqt rejd tal-Pulizija.

Ir-raġel, li kellu madwar 60 sena, qabad jispara bl-addoċċ f’waħda mit-toroq ewlenin fl-inħawi ta’ Montesoro.
Fost il-midruba hemm tliet nisa u uffiċjal tal-Pulizija.

Il-mottiv wara l-attakk għadu mhux magħruf, għalkemm rapporti fuq il-midja qalu li mhux marbut mat-terroriżmu.

Filmat: Splużjoni fi New York toħloq spettaklu fis-sema

Splużjoni f’powerstation fi New York inbidlet fi spettaklu ta’ bla ħsieb, hekk kif is-sema bdiet tiddi b’kulur turkważ. Xi ħaġa li ħolqot spekulazzjoni sħiħa fuq il-midja soċjali, b’bosta jiddiskutu jekk waslux l-aljeni, oħrajn jgħidu li kienet xi ħaġa sopranaturali, filwaqt li kien hemm min ħaseb li Ġesù Bambin reġà twieled u kien fi New York.Aqra aktar

Send this to a friend