Trischia Falzon | One News - Part 11

Trischia Falzon

Notifiki

Il-marda li qed tifred lil Anġlu minn Kemmuna tliet darbiet fil-ġimgħa

Anġlu Vella huwa fost it-tmintax-il persuna morda bil-kliewi li jattendu regolarmanet għad-dijaliżi fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex.

Ta’ tnejn u sebgħin sena, Anġlu  huwa wieħed mit-tliet persuni li għadhom jgħixu f’Kemmuna.

Fil-Jum Dinji tal-Mard tal-Kliewi, ONE News bakkar fil-gżira Għawdxija, fejn segwa l-proċess li jgħaddi minnu Anġlu darbtejn jew tliet darbiet fil-ġimgħa biex jingħata l-kura.Aqra aktar

Malti b’missjoni ma’ morda fil-Libja

Kull missjoni ta’ volontarjat hija differenti, u tvarja skont l-istorja, il-politika u l-kultura tal-pajjiż.

Iżda li wieħed ipoġġi ħajtu fil-periklu biex jgħin lil dawk inqas ixxurtjati minnu, huwa tabilħaqq xempju tal-altruwiżmu u jkun qed jgħix il-proprju valur tal-volontarjat.

Gesmond Micallef huwa d-Deputy Charge Nurse taċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid, u għandu esperjenza ta’ għexieren ta’ snin fl-emerġenza.

Gesmond wasal Malta din il-ġimgħa wara tnax-il jum f’missjoni ta’ volontarjat fil-Libja bħala parti minn inizjattiva Franċiża – li rat lilu flimkien ma’ tliet Franċiżi u Spanjol itwettqu pjan t’għajnuna għas-servizzi ta’ Emerġenza fl-Isptar ta’ Benghazi. Aqra aktar

Il-PN se jappoġġja n-nomina ta’ George Vella – il-PL jilqa’ l-pożizzjoni

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, ħabbar f’laqgħa politika fil-Mosta li l-Partit Nazzjonalista se jkun qed jappoġġja n-nomina ta’ George Vella għall-President tar-Repubblika. Huwa ħabbar din id-deċiżjoni fi tmiem laqgħa tal-grupp parlamentari tal-Partit Nazzjonalista li ddiskutiet in-nomina ta’ Vella bħala l-għaxar President ta’ Malta.

Fuq Twitter, il-Prim Ministru Joseph Muscat laqa’ d-deċiżjoni tal-Oppożizzjoni li tivvota favur in-nominazzjoni ta’ George Vella, u qal li m’għandux dubju li huwa l-persuna idonea għal din il-kariga u li se jkompli jgħaqqad lill-pajjiż.Aqra aktar

Send this to a friend