Trischia Falzon | One News

Trischia Falzon

Notifiki

Tibda tingħata t-tilqima tal-influwenza

Fl-ewwel sagħtejn li bdiet tingħata t-tilqima bla ħlas tal-influwenza fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana, tlaqqmu aktar minn 250 persuna.

Ħabbar dan id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne meta t-Tnejn, l-anzjani, it-tfal u nies b’mard kroniku – meqjusa bħala l-aktar vulnerabbli f’pajjiżna, bdew jingħataw din it-tilqima b’xejn fiċ-Ċentri tas-Saħħa kollha f’Malta u Għawdex. Aqra aktar

BIL-FILMAT: Kabinett man-nies fl-Isptar Mater Dei

Minflok poġġew madwar mejda f’Kastilja għal-laqgħa ta’ kull nhar ta’ Tlieta, l-erbatax-il Ministru u għaxar Segretarji Parlamentari ltaqgħu madwar mejda fl-Isptar Mater Dei.

Dan għal laqgħa tal-Kabinett li b’differenza għal ġranet oħra ma saritx fil-Berġa ta’ Kastilja.Aqra aktar

97 immigrant salvati mill-Forzi Armati ta’ Malta

Fi stqarrija ngħad li l-Forzi Armati ta’ Malta salvaw 97 immigrant li kienu jinsabu mal-44 mil nawtiku ‘l bogħod minn Malta.

Dan wara li d-dinghy li kienu fuqu beda jidħollu l-ilma.

L-immigranti se jiddaħħlu Malta llejla abbord il-bastiment tal-Forzi Armati ta’ Malta.

 

Se jitħabbru regoli ġodda fil-qasam tal-Inteliġenza Artifiċjali

Fi tmiem ġimgħa importanti ħafna għal pajjiżna – li matulha sar summit dwar it-teknoloġija blockchain li laqqa’ taħt saqaf wieħed mal-4,000 persuna minn kull rokna tad-dinja, il-Prim Ministru Joseph Muscat spjega kif dan il-Gvern qed ikun innovattiv u qed iħejji lil pajjiżna għall-futur.

Dr. Muscat qal li “Qed nagħmlu pjan għal dawk it-tfal li għada sejrin l-iskola, li għadhom qegħdin fis-sekondarja, li meta joħorġu biex jaħdmu ħames snin, għaxar snin oħra, ħa jkollhom quddiemhom għażla ġdida.”

Is-settur tal-blockchain huwa biss l-ewwel pass, hekk kif dan il-Gvern diġà qed iħares lejn setturi oħra – bħal dak tal-intelliġenza artifiċjali. Filfatt, il-Prim Ministru qal li Malta se tkun qed taħdem fuq regoli ġodda li se jpoġġu lil pajjiżna fuq quddiem f’dan is-settur ukoll.Aqra aktar

“Gvern umli u Oppożizzjoni mingħajr kredibilità” – il-PM

Lejlet ġurnata skola bħall-oħrajn, wara li nstabet soluzzjoni u mhux se jsir l-ebda strajk mill-għalliema, il-Prim Ministru Joseph Muscat wera d-dispjaċir tiegħu għall-mod kif l-għalliema kienu fil-mira ta’ abbuż fl-aħħar jiem.

Bil-għan li titjieb is-sitwazzjoni għall-għalliema, għall-ġenituri u fuq kollox għall-istudenti, il-Mexxej Labursita qal li jittama li fil-ġimgħat li ġejjin ikun hemm diskussjonijiet li jħallu l-frott biex mhux biss jintlaħaq ftehim dwar it-tliet abbozzi ta’ liġi, imma dwar kwistjonijiet oħra li jista’ jkun li qed idejqu lill-edukaturi.
Aqra aktar

Bil-blockchain pazjent se jkollu aċċess għar-rekord mediku tiegħu

Meta kien qed jindirizza d-Delta Summit dalgħodu, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne nnota kif il-blockchain se tkun qed tibdel il-mod kif titħaddem is-sistema tas-saħħa, u dan mhux biss f’pajjiżna imma mal-Ewropa u d-dinja kollha.

Imsejsa fuq viżjoni li Malta tkun blockchain island u fuq quddiem li tmexxi dan il-qasam, Fearne qal li l-iżjed ħaġa importanti f’dan ir-rigward fis-settur tas-saħħa, huwa li r-rekords mediċi tal-pazjenti se jkunu direttament tal-pazjenti.Aqra aktar

Sodisfatti bis-servizzi mogħtija fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Ħal Kirkop

Sodisfatti b’servizz aktar aċċessibbli u effiċjenti.

Hekk nistgħu ngħidu li ħassewhom uħud mit-tmien mitt pazjent li rrikorrew fiċ-Ċentru tas-Saħħa l-ġdid f’Ħal Kirkop fl-ewwel ġimgħa mill-ftuħ tiegħu.

Dan meta tkellimna magħhom wara li ngħataw xi wieħed mis-sbatax-il servizz li qed joffri dan l-istess ċentru.

Il-bżonn għal dan iċ-ċentru – li jkopri madwar tmienja u għoxrin elf persuna minn Ħal Far, Ħal Farruġ, Ħal Kirkop, Ħal Safi, Ħal Luqa, l-Imqabba, il-Qrendi u ż-Żurrieq, kien ilu jinħass is-snin, bħalma qalu f’kummenti ma’ ONE News is-Sindki ta’ Ħal Luqa u taż-Żurrieq.Aqra aktar

Dipartiment f’Mater Dei isalva l-ħajja ta’ għexieren ta’ bugħaddasa

B’aktar minn tletin inċident waqt l-għadds, l-istaġun tas-sajf ta’ din is-sena kien l-aktar wieħed impenjattiv f’dawn l-aħħar tletin sena għall-Hyperbaric Unit fl-Isptar Mater Dei.

Dipartiment li jinsab żewġ sulari taħt l-Emerġenza, u li b’erba’ kompressuri li jiffiltraw l-arja, jagħti l-ossiġnu lill-pazjenti. Barra dawn l-istess dipartiment li jinsab Għawdex ra aktar minn 20 każ ieħor.

Il-konsulent mediku Stephen Muscat spjega li l-Hyperbaric Unit jitratta sitwazzjonijiet ta’ pazjenti li minuti jagħmlu d-differenza bejn ħajja u mewt.

F’każi ta’ inċidenti fil-baħar, spjega li l-bugħaddasa jiddaħħlu f’chamber fejn jingħataw l-ossiġnu. Trattament li jdum medja ta’ bejn sitt u tmien sigħat – skont il-kundizzjoni li jkun fiha l-vittma meta jiddaħħal l-Emerġenza.

Muscat qal “L-iktar komuni huwa d-decompression sickness min idum ħafna fil-qiegħ u ma jagħmilx l-istops li suppost jew inkella għax jogħdos iktar minn darba. L-iktar li jkollna turisti għax jiġu għal żmien qasir u jdaħħlu d-doppju ta’ dives u jagħmlu tnejn jew tlieta kuljum.”Aqra aktar

Send this to a friend