Stefan Bajada – Page 6 – One News

Stefan Bajada

Notifiki

Raġel ta’ 36 sena bi ġrieħi gravi wara ħabta bejn karozza u mutur f’Santa Venera

Raġel ta’ 36 sena residenti San Pawl il-Baħar qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident stradali fi Triq il-Kbira San Ġużepp, Santa Venera.

L-inċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tad-20:40, wara li seħħet ħabta bejn vettura ta’ tip Vauchall Zafira misjuqa minn Ingliż ta’ 23 sena residenti l-Għargħur u mutur ta’ tip Harley Davidson Roadster misjuqa mill-vittma ta’ 36 sena.

Aqra aktar

Inawgurat xogħol ta’ restawr fuq 14-il pittura fil-Bażilika tar-Rotunda tal-Mosta permezz ta’ fondi Ewropej

B’investiment ta’ €100,000 mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, ġie inawgurat ix-xogħol ta’ restawr li sar fuq 14-il pittura tas-seklu 17, fosthom sebgħa ta’ Giuseppe Calí u erbgħa ta’ Stefano Erardi, li jiddekoraw il-Bażilika tar-Rotunda tal-Mosta. Magħhom tnieda wkoll dokumentarju qasir li sar permezz tal-istess fondi Ewropej u li jippreżenta l-istorja tar-Rotunda tal-Mosta.

Aqra aktar

Għada jiftħu n-nomini għall-mexxej tal-Partit Laburista

Minn għada se jkunu qed jintlaqgħu n-nomini għall-Mexxej tal-Partit Laburista. In-nomini, li jintlaqgħu mill-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Laburista, jagħlqu l-Erbgħa filgħaxija. L-elezzjoni għall-ħatra ta’ Mexxej tal-Partit Laburista hija regolata mill-istatut u l-Kummissjoni Elettorali tilqa’ nominazzjonijiet minn fost il-membri kollha tal-Partit. Il-proponent u s-sekondant għal dik in-nomina jridu jkunu Delegati tal-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista.

Jekk ikun hemm iktar minn żewġ nomini allura titlaqqa’ konferenza ġenerali bil-għan li d-delegati jniżżlu n-numru ta’ kandidati għal tnejn, filwaqt li jekk ikun hemm żewġ kandidati biss allura l-votazzjoni ssir mill-ewwel fil-Kungress tal-Partit Laburista li fost oħrajn huwa magħmul ukoll mill-membri tal-Partit Laburista. Dejjem skont l-istatut, jekk ikun hemm kontestant wieħed ikun jeħtieġlu l-vot tal-Konferenza Ġenerali.

Din il-konferma jkun jeħtieġ li jkollha l-appoġġ ta’ 50%+1 tal-voti validi mixħuta. Minn tagħrif li għandha l-gazzetta KullĦadd jirriżulta li hemm 776 delegat tal-Konferenza Ġenerali. Filwaqt li hemm madwar 10,000 membru li diġà huma eleġibbli li jivvutaw għall-mexxej f’każ ta’ żewġ kontestanti jew iktar. Dan għax ilhom ħames snin konsekuttivi mħallsa. Hemm membri li mhumiex regolari b’dan il-mod iżda li għandhom ċans jirregolaw il-pożizzjoni tagħhom skont l-istatut.

Potenzjalment dan jista’ jtella’ n-numru għal madwar 20,000. Dan il-proċess kien meħtieġ wara li nhar il-Ħadd li għadda, f’messaġġ lin-nazzjon, il-Prim Ministru ħabbar li kiteb lill-President tal-Partit Laburista bil-għan li jinbeda proċess li għandu jwassal għal ħatra ta’ mexxej ġdid. Joseph Muscat qal: “Kif kont għedt minn qabel sirt Mexxej tal-Partit Laburista, nemmen li Prim Ministru m’għandux jagħmel iktar minn żewġ leġiżlaturi. Issa wasal dak iż-żmien li nipprattika anki din il-parti ta’ li nemmen. Fiżżmien li ġej se nkunu qed intellqu proċess biex pajjiżna jkollu Prim Ministru ġdid.” Joseph Muscat tkellem dwar kif bħala Prim Ministru u bħala Malti u Għawdxi, ħabb pajjiżu.

“Naf li l-maġġoranza l-kbira tal-poplu Malti u Għawdxi kienet u għadha tafda fija. Ta’ dan nirringrazzjakom minn qalbi. Minħabba din il-fiduċja kien hemm min staqsieni għaliex issa. It-tweġiba tiegħi hi li hekk hemm bżonn,” qal Joseph Muscat li tkellem dwar il-bżonn li nippriservaw legat ta’ ġid ekonomiku u ġustizzja soċjali mingħajr preċedent.

Ara: Is-suċċess ta’ Malta f’ħames figuri

Il-Gażżetta Kullħadd pubblikat kif l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika ħareġ pubblikazzjoni Malta in Figures li tiġbor fiha statistika fuq kull aspett tal-ħajja f’pajjiżna. Is-suċċess ta’ pajjiżna f’dawn l-aħħar snin joħroġ ċar minn din il-pubblikazzjoni. Hawn se niffukaw fuq ħames figuri partikolari minn fost il-ħafna li ġew ippubblikati.

Aqra aktar

BIL-FILMAT: Ara x’qal il-Prim Ministru fit-tliet lokalitajiet li żar illum

Fin-Naxxar: “l-aħna hija l-akbar mill-jien”

Folla numeruża nġabret fil-pjazza tan-Naxxar sabiex tagħti merħba lill-Prim Ministru Joseph Muscat għall-aħħar darba.

Fl-indirizz lill-folla il-Prim Ministru, flimkien ma’ martu Michelle, saħaq li qed idur il-lokalitajiet biex issa jirringrazzja lill-poplu għas-sapport li tah tul dan l-aħħar snin. Qal li “l-aħna hija akbar mill-jien” u li d-deċiżjoni li ħa hija l-aħjar għall-pajjiż u qed jagħmel dan kollu b’serenità.

Il-Prim Ministru qal li dan il-moviment la beda miegħu u lanqas issa ser jispiċċa miegħu jew meta jilħaq mexxej ġdid fit-tnax ta’ Jannar, iżda ser ikompli jissaħħaħ minn dik il-ġurnata u jkompli jħaddan dak kollu li wettaq tul dawn is-snin.

Tkellem dwar il-kwalità tal-persuni ta’ Robert Abela u Chris Fearne u qal li għandhom il-kwalitajiet tajbin biex imexxu u jkomplu jgħaqdu sabiex jibqa’ jkollna l-maġġoranza tal-poplu.

Qal li huwa jwiegħed lealtà assoluta lejn il-mexxej il-ġdid. Huwa qal li sentejn oħra se jkun minn ta’ quddiem sabiex jara lil dan il-moviment jerġgħa jirbaħ l-elezzjoni.

F’Ħaż Żebbuġ: “Allavolja mhux ser nibqa’ kaptan iżda ser nibqa’ baħri leali”

Il-Prim Ministru, flimkien ma’ martu Michelle Muscat, issa ndirizza lill-folla oħra numeruża li sab tistenih f’Ħaż Żebbuġ.

Huwa reġgħa tenna li ser ikun “baħri” mija fil-mija leali għall-“kaptan il-ġdid li ser ikun qed jieħu postu”.

Qal li huwa ċert li bit-tmexxija l-ġdida tal-Partit Laburista ser jibqa’ maqgħud warajjhom. Qal li dan il-moviment għadu ġej minn għaxar rebħiet elettorali u li żgur ser ikompli jżid f’dawn in-numri.

F’Raħal Ġdid: “Inżommu l-għaqda fil-Moviment Laburista”

Il-Prim Ministru ndirizza lin-nies fit-tielet u l-aħħar lokalità għal-lum, dik ta’ Raħal ġdid, fejn għal darb’oħra sab folla ferm numeruża tistennih.

Flimkien ma’ martu Michelle Muscat huwa rringrazzja lill-folla għall-imhabba u rispett li tawh għal dawn it-tnax -il sena li ilu jmexxi il-Partit Laburista.

Qal kif jemmen li Prim Ministru m’għandux jagħmel aktar minn żewġ termini.

Qal kif issa qed issir ġustizzja fil-każ ta’ Daphne Caruana Galizia hekk kif inqabad l-allegat mandata wara dan il-qtil. Il-Prim Ministru tenna kif dan il-partit ma jħares lejn wiċċ ħadd.

Qal li kien hemm bżonn li huwa jitlaq ħalli tibda paġna ġdida u minn jiġi warjah ikun jistgħa jibni fuq it-tajjeb li għamlu flimkien, filwaqt li “l-iżbalji li saru jew setgħu saru dawk nitgħabba bihom jien”.

Reġgħa tenna biex inżommu l-għaqda fil-Partit Laburista hekk kif il-Gvern Laburista għandu mandat ċar.

Sostna li filwaqt li ħaddieħor hu koalizzjoni għall-poter il-Partit Laburista huwa maqgħud wara l-prinċipji tal-Partit, u li l-għażla għall-mexxej ġdid ser tgħaqqad aktar lill-moviment Laburista.

Huwa wiegħed il-lealtà lill-mexxej il-ġdid u appella biex l-għaqda tibqa’ tirrenja f’dan il-moviment.

Qal li jrid jara lil dan il-pajjiż jibqa’ miexi l-quddiem fix-xogħol, drittijiet ċivili u liberta tal-espressjoni.

Il-Prim Ministru qal li ser ikun l-iċken wieħed li ser jgħin fejn ikun hemm bżonn li jgħin.

Ħeġġeġ biex in-nies jisimgħu l-ideat u d-direzzjoni tal-kandidati għall-mexxej ġdid.

Huwa saħaq li rridu nisimgħu u nifhmu lil xulxin u li t-12 ta’ Jannar hu biss bidla u li wara rridu nimxu wara l-kap il-ġdid billi nagħtu l-appoġġ u nifmuh.

Irringrazzja lil martu Michelle u wliedu għax mingħajrhom ma kienx jasal fejn jasal.


BIL-FILMAT: “Allavolja mhux ser nibqa’ kaptan iżda ser nibqa’ baħri leali” -il-PM

Il-Prim Ministru, flimkien ma’ martu Michelle Muscat, issa ndirizza lill-folla oħra numeruża li sab tistenih f’Ħaż Żebbuġ.

Huwa reġgħa tenna li ser ikun “baħri” mija fil-mija leali għall-“kaptan il-ġdid li ser ikun qed jieħu postu”.

Qal li huwa ċert li bit-tmexxija l-ġdida tal-Partit Laburista ser jibqa’ maqgħud warajjhom. Qal li dan il-moviment għadu ġej minn għaxar rebħiet elettorali u li żgur ser ikompli jżid f’dawn in-numri.

BIL-FILMAT: Folla numeruża tilqa’ lill-Prim Ministru fil-pjazza tan-Naxxar

Folla numeruża nġabret fil-pjazza tan-Naxxar sabiex tagħti merħba lill-Prim Ministru Joseph Muscat għall-aħħar darba.

Fl-indirizz lill-folla il-Prim Ministru, flimkien ma’ martu Michelle, saħaq li qed idur il-lokalitajiet biex issa jirringrazzja lill-poplu għas-sapport li tah tul dan l-aħħar snin. Qal li “l-aħna hija akbar mill-jien” u li d-deċiżjoni li ħa hija l-aħjar għall-pajjiż u qed jagħmel dan kollu b’serenità.

Aqra aktar

Il-Prim Ministru dalgħodu mistenni jiltaqa’ man-nies fi 3 lokalitajiet differenti

Dalgħodu l-Prim Ministru Joseph Muscat flimkien mal-familja tiegħu mistenni jinżel fi 3 irħula jiltaqa’ man-nies.

Il-Prim Ministru mistenni jmur in-Naxxar għall-ħabta tal-10:00, f’Ħaż Żebbuġ għall-ħabta tal-10:45 u f’Raħal Ġdid għall-ħabta tal-11:30.

Din ser tkun l-aħħar darba tiegħu qabel ma jirriżenja minn Prim Ministru ta’ Malta.

 

Send this to a friend