Stefan Bajada – Page 5 – One News

Stefan Bajada

Notifiki

Żewġt irġiel ippruvaw iweġġgħu lilhom infushom fid-Depot tal-Pulizija

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li llum, għall-ħabta tas-13:45 u s-18:45 żewġ irġiel ta’ 30 u 26 sena, ta’ nazzjonalita’ Eġizzjana u Palestinjana, waqt li kienu qegħdin jinżammu taħt arrest ġewwa l-Lock-up fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, huma ppruvaw iweġġgħu lilhom infushom, f’żewġ każijiet separati waqt li kienu fiċ-ċellel rispettivi.

Grazzi għall-intervent f’waqtu tal-Pulizija, iż-żewġt irġiel ma ġarbu l-ebdaġrieħi.

Minkejja dan, il-Pulizija qalet li iż-żewġt irġiel xorta waħda ittieħdu iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana sabiex jiġu invistati.

Il-pjazza ta’ Ħal Għaxaq ser tinbidel f’Villaġġ tal-Milied

Fl-14 u l-15 ta’ Diċembru, se jiġi organizzat Villaġġ tal-Milied bl-isem ‘L-Għaxqa tal-Milied’ ġewwa l-pjazza ta’ Ħal Għaxaq.

Dan il-villaġġ se jkun qed jinkludi wirjiet ta’ presepji, bejgħ ta’ ħelu tradizzjonali tal-Milied, mużika, żfin, logħob u attivitajiet, kif ukoll bejgħ ta’ ġugarelli u ornamenti tal-Milied.

Aqra aktar

Ir-raġel li ddisinja d-denb vertikali tal-ajruplan Concorde rikonoxxut fuq bażi onorarja

Jose-Maria Ballester Fernandez Fontes MQR:

Kien Direttur tal-Kultura u tal-Patrimonju Naturali u Kulturali tal-Kunsill tal-Ewropa. Huwa kien responsabbli sabiex il-Camino de Santiago jiġi proklamat bħala l-ewwel itinerarju kulturali Ewropew.

Ronald Oreste Cassar MQR (wara mewtu):

Ta’ età żgħira telaq mill-pajjiż sabiex jistudja dwar l-inġinerija ajunawtika ġewwa l-Ingilterra, fejn baqa’ hemmek għal 13-il sena fejn kien inkarigat sabiex jiddisinja s-sezzjoni tad-denb vertikali tal-famuż ajruplan supersoniku, il-Concorde.

Natalie Louisa Maria Muschamp MQR:

Direttur Maniġerjali ta’ ‘Step up for Parkinson’, fejn din l-organizazzjoni kibbret malajr minn 9 għal 190 parteċipant, fejn tospita 9 klassijiet fil-ġimgħa f’Malta u għandha ħdax-il għalliem mħarreġ li jaħdem għal din l-organizzazjoni bla ħlas.

L-awtur tal-kanzunetta ‘L-Ewwel Tfajla li Ħabbejt’ u l-atleti tal-Ispecial Olympics ippremjati

Il-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika:

Anthony Bezzina MQR

Anthony Bezzina huwa imprenditur magħruf u kkunsidrat bħala wieħed mill-pijunieri fil-qasa, marittimu lokali.

Dun Ġanmari Cauchi MQR

Onorat għall-ħidma pastorali tiegħu fost il-bdiewa foqra ġewwa l-Brażil

Joe Grech MQR

Malta onoratu b’rikonoxximent għall-karriera tiegħu fil-qasam tal-mużika Maltija .

Grech irnexxielu jistabilixxi lilu nnifsu bħala wieħed mill-kantanti popolari tal-pop b’kanzunetti bħal-“Kaċċatur”, “il-Festa Tagħna” u “Nhar San Girgor”.

Alfred C. Sant MQR

Sant dejjem wera interess fil-kultura partikolarment fil-qasam tal-mużika kontemporanja.

Fuq firxa ta’ madwar 50 sena, flimkien mal-kompożitur Ray Agius, kiteb għadd kbir ta’ kanzunetti magħrufa li llum tista’ tgħid li saru parti mill-folklor Malti. Fost dawn inisbu diski bħal ‘L-Ewwel Tfajla li Ħabbejt’, ‘Computer’, ‘Sal-Aħħar’, ‘Fjura fil-Kantina’, ‘Fejn tħobb il-qalb’, u ‘Dak Kien Żmien’

Atleti ta’ Special Olympics Malta MQR

It-29 atleta tal-ispecial Olympics Malta bi sfidi differenti li rebħu 40 medalja fosthom 12 tad-deheb, 13 tal-fidda u 14 tal-Bronż f’disa’ dixxiplini sportivi waqt l-Olimpjadi Speċjali li saru din is-sena f’Abu Dhabi.

Loranne Vella Zahra MQR:

Onorata B’għarfien għall-karriera distinta tagħha fil-qasam xjentifiku partikolarment dik tal-batterju.

John Zammit MQR:

Onorat għall-karriera twila tiegħu fiċ-ċikliżimu u għall-impenn tiegħu biex jattira aktar żgħażagħ f’dan l-isport.

Lino Grech MQR (wara mewtu):

Rikonoxxut għall-ħidma tiegħu fil-qasam teatrali, fosthom il-kitbiet ta’ drammi bħal ‘F’Baħar Wieħed’, ‘Ipokriti’ u ‘Ingroppi’.

Jum ir-Repubblika hija kisba tal-Maltin u l-Għawdxin kollha ispirata minn gvern Laburista… segwi

Filmat imħejji mill-Partit Laburista fl-okażżjoni tal-45 sena minn meta Malta saret Repubblika fl-1974, juri lill-Perit Dom Mintoff jieħu l-ħatra bħala l-ewwel Prim Ministru tar-Repubblika Maltija.

Wara Sir Anthony Mamo jidher fil-gallerija tal-Palazz tal-President fil-Belt Valletta jindirizza lin-nies u jgħid kif għadu kemm ħalef li ser iqiegħed lilu nnifsu għas-servizz tal-poplu bħala l-ewwel Kap ta’ Stat Malti.

Aqra aktar

L-imħabba lejn l-anzjani rebħitu l-Premju Ħaddiem tas-Sena f’San Vincenz De Paule

Il-Premju Ħaddiem tas-Sena 2019 fir-Residenza San Vincenz de Paul intrebaħ mill-carer Farman Ullah, carer mill-Pakistan li ilu jaħdem f’San Vincenz għal dawn l-aħħar erba’ snin.  Is-Sur Ullah huwa carer maħbub mill-pazjenti, mill-familjari tal-pazjenti u mill-ħaddiema għad-dedikazzjoni tiegħu fuq il-post tax-xogħol. Is-Sur Ullah rebaħ ukoll il-Premju Ħaddiem tas-Sena fis-settur tal-Kura wara ammont ta’ nominazzjonijiet li rċieva.

Aqra aktar

Send this to a friend