Stefan Bajada – Page 4 – One News

Stefan Bajada

Notifiki

Jiggradwaw 300 uffiċjal pubbliku ieħor mill-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi

Illum kien jum speċjali għal 300 uffiċjal pubbliku li ggradwaw wara li temmew b’suċċess korsijiet fl-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi. B’hekk minn meta twaqqaf dan l-Istitut fl-2016 sal-lum, iggradwaw minnu b’kollox madwar 1,160 uffiċjal pubbliku. Iċ-ċerimonja ta’ gradwazzjoni tal-lum kienet waħda mill-attivitajiet organizzati matul il-Ġimgħa għas-Servizz Pubbliku 2019, li għandha t-tema “Lejn Servizz ta’ Eċċellenza”.

Aqra aktar

Jitpoġġew it-travi għat-tielet flyover fil-Junction tal-Marsa

Il-Ħamis filgħodu bdew jitpoġġew it-travi għat-tielet flyover fil-Junction tal-Marsa, dan f’inqas minn ġimgħa mill-inawgurazzjoni tal-ewwel żewġ strutturi minn sebgħa tal-flyovers.

Fuq Twitter il-Kap Eżekuttiv ta’ Infrastructure Malta, Fredrick Azzopardi qal kif ix-xogħol fuq il-ħames flyovers l-oħra ser ikompli din il-ġimgħa, b’żewġ flyovers ser ikunu lesti sa tmiem Jannar tas-sena d-dieħla.

 

Jinqabad l-aggressur li attakka u sabbat ras mara ma’ karozza biex jisraqha fix-Xagħra

One.com.mt jinsab infurmat li nqabad l-aggressur li attakka u sabbat ras mara Ingliża ta’ 55 sena ma’ karozza fix-Xagħra Għawdex.

Il-Pulizija kkonfermat  li arrestat raġel barrani ta’ 29 sena u li jinsab l-għassa tar-Rabat biex jgħin fl-investigazzjonijiet.

Mhux eskluż li dan ser jitressaq il-Qorti fil-jiem li ġejja.

BIL-FILMAT: Gravi wara li attakkaha u sabtilha rasha ma’ karozza biex jisraqha fix-Xagħra

Biex intaffu l-effetti tat-tibdil fil-klima hemm bżonn mudell ekonomiku sostenibbli li joħloq impjiegi ġodda – Miriam Dalli

Il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima teħtieġ bidla fil-ħsieb, biex mill-ekonomija tradizzjonali mmorru għal waħda aktar sostenibbli, tgħid l-MEP Laburista Miriam Dalli f’konferenza fi New York.

Biex niġġieldu l-impatti tal-bidliet fil-klima, neħtieġu bidla fil-mentalità, li twassal għal evoluzzjoni minn mudell ekonomiku tradizzjonali għal wieħed sostenibbli. Dan sostnietu l-Viċi President tal-S&D Miriam Dalli waqt konferenza fi New York.

Aqra aktar

Send this to a friend