Stefan Bajada – Page 34 – One News

Stefan Bajada

Notifiki

‘Double standards li jneħħu kull kredibbiltà’ – il-Partit Laburista

Fi stqarrija l-Partit Laburista saħaq li bil-politika tad-double standards il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia spiċċa verżjoni agħar mill-Kap tal-PN ta’ qablu. Il-Partit Laburista żied jgħid li filwaqt li hu rigressiv u negattiv daqs Simon Busuttil, Delia qed jispikka għall-fatt li għandu  allegazzjonijiet fuq rasu li ma jridx li jkunu investigati. Dan meta fuq kull nitfa’ fuq ħaddieħor jitlob ir-riżenji.

Aqra aktar

Sitt kantanti b’unuri kbar għal Malta fil-Polonja

Sitt kantanti ta’ età żgħira, li ħadu sehem f’kompetizzjoni fil-Polonja, għamlu unuri kbar lil Malta, dan hekk kif ġew fl-ewwel post d’diversi kompetizzjonijiet.

Beppe Camenzuli Kerr, Valentina Muscat Vassallo, Giuseppe Saliba, Rihanna Caruana, Elamay Mifsud u Krysle Muscat, huma l-kantanti li ħadu sehem f’din il-kompetizzjoni.

Aqra aktar

Delia għandu jitlob inkjesta minn Maġistrat  – il-PM

“Filgħaxija waqt li l-pajjiż kollu kien qed jara l-logħba tal-futbol għamel konferenza tal-aħbarijiet. Sinjal li kien hemm xi ħaġa urġenti,” innota Muscat waqt attività politika f’Marsaskala.

Il-Prim Ministru qal li mhux se jidħol fil-kwistjoni għax dejjem kien konsistenti. “Jekk hemm xi ħadd jaf x’iġifieri jkun vittma ta’ firem foloz huwa jien. U hemm il-konsistenza għax kieku kienet xi ħaġa fuqna diġa’ hemm taparsi n-nies fit-toroq… Issa sħabu stess se jagħmlu l-istess ħaġa fuq Adrian Delia?” staqsa l-Prim Ministru.

“Aħna veru żammejna dejjem konsistenti fuq din l-issue u dak li jgħodd għall-persuna jgħodd għal oħra. J’Alla il-Kap tal-Oppożizzjoni jkollu l-proċess kollu li hemm bżonn u niġġudikawh fuq dak… Kemm kien ikun iktar għaqli jagħmel kif għamilt jien u meta joħorġu l-affarijiet dwaru jitlob investigazzjoni hu stess,” saħaq il-Prim Ministru.

“Dawn l-affarijiet kollha li ilhom jintqalu fuqu f’dawn is-sentejn li għandu jagħmel illum qabel għada imur għand il-maġistrat u jitlob investigazzjoni,” sostna l-Prim Ministru.

ISMA’: Ser niddedika t-titlu ta’ Mrs Malta sabiex ngħin lil dawk fil-bżonn- Stephanie Galea

Stephanie Galea, jew hekk kif kienet magħrufa f’dawn l-aħħar jiem bħala Mrs Żurrieq, rebħet it-titlu prestiġjuż ta’ Mrs Malta 2019 is-Sibt filgħaxija.

Stephanie hija omm ta’ żewġt itfal, fejn ma’ One.com.mt saħqet li tħossha ferm onorata li rebħet dan it-titlu.

Qaltilna li hi għandha karriera ferm twila fil-qasam tal-moda, għax ġa kienet telgħet tikkompeti barra minn Malta fil-passat. Żiedet tgħid li hi ser tagħmel minn kollox sabiex flimkien mal-Kumpanija Gaffiero Productions tgħin lil dawk in-nisa f’Dar Merħba Bik.

Fit-tieni post f’dan il-konkors ġiet Shalaine Puluccino mill-Imrieħel u fit-tielet post Stephanie Vella minn San Pawl il-Baħar. Fil-konkors ħadu sehem 15 -il kontestanta.

Il-GUG favur il-proġett tal-mina

“AĦNA FAVUR LI JKUN HEMM LINK BEJN GĦAWDEX U MALTA” – GUG

Dikjarazzjoni ċara ta’ rappreżentant tal-Grupp Universitarji Għawdxin waqt kollegament telefoniku fuq l-istazzjon tar-radio RTK.

Dan wara li stqarrija li ntbagħtet fl-aħħar jiem mill-GUG dwar il-konnetività permanenti bejn Malta u Għawdex, ġiet interpretata ħażin fil-midja lokali.

F’din l-istqarrija l-GUG għamluha ċara li huma favur il-konnettività, iżda stqarru li l-prijorità tagħhom hi li jsemmgħu l-vuċi tal-istudent Għawdxi.

Chris Mercieca, rapreżentant tal-GUG żied jikkonferma li bħala grupp li jirrapreżenta lill-istudenti Għawdxin, qed jappoġġja l-proġett tal-mina bejn Għawdex u Malta.

“AĦNA BĦALA GRUPP NISTGĦU NGĦIDU LI MAHNIEX KONTRA T-TUNNEL, AĦNA FAVUR IL-KONNETIVITÀ ALLURA FAVUR IT-TUNNEL”

Intant, fi stqarrija, l-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastrtuttura, qal li l-proġett ta’ konnetività bejn Malta u Għawdex igawdi l-appoġġ u l-mandat demokratiku tal-maġġoranza tal-Poplu Għawdxi u Malti, u qed jitwettaq bl-akbar reqqa u attenzjoni.

L-istqarrija fakkret li l-Gvern għandu mandat biex jitwettaq dan il-proġett, li dwaru hemm ukoll qbil mill-Oppożizzjoni.

Għalhekk l-ippjanar se jkompli jsir bl-akbar attenzjoni u bl-aktar mod metikoluż sabiex jiġi żgurat li jitwettaq bl-aktar mod sostenibbli fl-aħjar interess tal-familji u n-negozji f’Għawdex.

DIRETT: IL-PM Joseph Muscat jindirizza attività politika Malta Ħielsa – Malta Suċċess

Il-Prim Ministru Joseph Muscat dalgħodu qed jindirizza attività politika bit-tema Malta Ħielsa – Malta Suċċess, ġewwa Marsaskala.

Segwi permezz tal-filmat:

Attivita politika f’Marsaskala b’diskors tal-Prim Ministru Joseph Muscat

Attivita politika f’Marsaskala b’diskors tal-Prim Ministru Joseph Muscat

Geplaatst door Partit Laburista op Zondag 24 maart 2019

Malta se ddaħħal sistema ta’ monitoraġġ kontinwu taz-zokkor għal tfal dijabetiċi

Fix-xhur li ġejjin se jiddaħħal f’pajjiżna l-Continuous Glucose Monitoring, li jitwaħħlu fuq il-ġilda u li kontinwament jaqraw il-livell taz-zokkor għal tfal bil-kundizzjoni tad-dijabete.

Dan ħabbru d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne waqt laqgħa li l-kumpanija internazzjonali tal-IT, IBM tellgħet f’pajjiżna. Ħabbar li issa, il-qari tal-livelli taz-zokkor, miflok ser jibqa’ f’idejn il-pazjent, ser ikun imqabbad ma’ sistema tas-saħħa fejn din ser tirċievi informazzju u tkun tista tieħu azzjoni fejn ikun hemm livell għoli ta’ zokkor.Aqra aktar

Send this to a friend