Stefan Bajada | One News - Part 2

Stefan Bajada

Notifiki

Ħares Rużann bħal ma dejjem int ħarist – element żagħżugħ f’rumanzett li nkiteb snin ilu

Bejn is-17 u d-19 ta’ Mejju fit-Teatru ta’ Spazju Kreattiv tal-Belt Valletta, qed jittella’ addattament pop tar-rumanzett ta’ Francis Ebejer “Il-Ħarsa ta’ Rużann”. Il-kitba għall-palk u d-direzzjoni huma ta’ Jamie Cardona, żagħżugħ ta’ 18-il sena, li jitfa’ element qawwi ta’ enerġija u kreattività żagħżugħa f’din il-produzzjoni bbażata fuq rumanzett li nkiteb għexieren ta’ snin ilu.

F’dan ir-rumanzett, meqjus bħala wieħed mill-aktar favoriti, Francis Ebejer imiss diversi temi fil-Ħarsa ta’ Rużann, fosthom l-emanċipazzjoni tal-Maltin fis-soċjetà, l-iżvilupp, il-klassi soċjali, l-ugwaljanza, is-sistema fewdali u l-mara, li meta wiħed jieħu stampa mifruxa tas-soċjetà, mill-ewwel jinduna li kollha għadhom relevanti sew fl-2019.

Damien Ebejer – it-tifel ta’ Francis Ebejer, stqarr li dan ir-rumanzett kien diġà nkiteb darbtejn, sakemm finalment Ebejer ippubblika il-verżjoni li għandna llum, għaliex ried li l-verżjoni finali tkun eżatt kif immaġinaha f’moħħu qabel kitibha.

F’dan Ebejer jirnexxielu joħroġ l-elementi tal-karattru msaħħaħ li għandna llum il-ġurnata bħala ċittadini ta’ din il-ħuta żgħira f’nofs Mediterran u Ewropa mimlija kurrenti u ideoloġiji li f’mumenti jikkuntrastaw.

F’dan ser naraw liż-żagħżugħ Jamie Cardona juża 3 karattri li jirrappreżentaw lill-poplu Malti u jirrakkuntaw l-istorja tal-Ħarsa ta’ Rużann b’mod kontemporanju – interpretati minn Sarah Camilleri, Ron u Shelby Aquilina. Ir-rappreżentazzjoni hi mmirata li toffri siegħa ta’ xogħol ta’ Francis Ebejer b’libsa pop . Siegħa ta’ teatru li  tirrappreżenta l-emanċipazzjoni tal-Maltin fis-soċjetà, ta’ kuntrasti bejn il-kultura Maltija u dik barranija…ta’ mumenti serji u oħrajn inqas serji. Siegħa li tagħti l-aqwa riklam possibbli tal-letteratura Maltija.

Dan ir-rumanzett huwa wkoll parti mill-materjal li l-istudenti jippreparaw għall-ezami tal-Malti tal-O level – B’hekk l-istudenti tas-sekondarja, b’mod partikolari dawk tal-Form 4 (Year 10) għandhom ċans isegwu produzzjoni li tivviżwalizza x-xogħol li jagħmlu fil-klassi. Apparti dan, il-produzzjoni toffri konċessjoni mal-bieb għall-istudenti li jattendu.

Il-biljetti jistgħu jinkisbu minn fuq www.kreattivita.org

Id-dati huma:

Il-Ġimgħa 17 ta’ Mejju fit-8pm

Is-Sibt 18 ta’ Mejju fis-6pm u fit-8pm

IL-Ħadd 19 ta’ Mejju fis-6pm u fit-8pm

Ħaġarna, skultura ġdida fix-Xagħra Għawdex

Is-Sibt ġiet inawgurata Ħaġarna, skultura pubblika, mill-artist Għawdxi Victor Agius, li tiċċelebra l-ħaġar millenarju tar-raħal tax-Xagħra. Żewġ ħaġriet kbar bi spazju bejniethom jistiednu lill-pubbliku joforqu bejniethom billi jimxu minn ġo fihom.

Ħaġarna tinsab fin-naħħa ta’ fuq tal-bandli tax-Xagħra bil-vojt ta’ bejn il-blat jipponta eżatt lejn id direzzjoni tal-Lvant mnejn titla’ x-xemx bil-qċaċet tal-blat żonqri tal-Ġgantija jidher fil-bogħod. L-art ta’ dan il-passaġġ hija art tal-ħġieġ sabiex meta wieħed jimxi jara taħtu panew miksi bit-terrarossa u okra ħamra miġbura mix-Xagħra. Parti minn dan il-panew inħadem flimkien ma’ xi istudenti tas-sitt sena tal-iskola Primarja tax-Xagħra.

Aqra aktar

Il-Home-Start Għawdex b’aktar servizzi sabiex jintlaħqu aktar familji

Ġie mniedi r-rapport bijennali ta’ Home Start Għawdex, fejn f’konferenza organizzata fil-gżira Għawdxija ġew diskussi diversi diffikultajiet u problemi li jiltaqgħu maghhom it-tfal. Intant, waqt il-konferenza, l-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali ħabbar li l-Home-Start Worldwide, għall-ewwel darba se tkun qed torganizza l-konferenza taghha f’pajjiżna.

Home-Start Għawdex fi ħdan il-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali joffri sostenn lill-ġenituri bi tfal żgħar li jsibuha diffiċli li jagħtu mill-aħjar li jistgħu fl-iżvilupp u t-trobbija ta’ wliedhom.  Home-Start jipprovdi kemm sapport emozzjonali kif ukoll dak prattiku minn voluntiera mħarrġin għal dan il-għan. Dan is-servizz jista’ jiġi utilizzat minn ġenituri li għandhom tal-anqas wild wieħed taħt l-età ta’ ħames snin u f’sitwazzjonijiet ta’ mard u diżabiltà, nuqqas ta’ sapport, żminijiet diffiċli, u f’każijiet ta’ ġenituri b’ħafna tfal żgħar jew ġenituri li jħossuhom waħedhom.

Fil-konferenza ‘Helping Children develop Resilience – from an attachment perspective’ tkellmet il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana li semmiet kif il-Ministeru għal Għawdex appoġġa bis-sħiħ  biex is-servizz ta’ Home-Start jiġi offrut f’Għawdex. Il-Ministru Caruana rrimarkat li aktar servizzi preżenti Malta qed jiġu estiżi f’Għawdex sabiex jintlaħqu aktar familji kemm lokali kif ukoll barranin.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali, Alfred Grixti tenna kemm huwa importanti li l-‘caregivers’ iqattgħu ħin ta’ kwalità mat-tfal tagħhom. Qal ukoll illi s-sena d-dieħla, għall-ewwel darba se titlaqqa’ f’pajjiżna l-konferenza li tiġi organizzata mill-Home-Start Worldwide.

Intant Dr Marlene Cauchi fil-preżentazzjoni tagħha sostniet li hija realtà li llum il-ġurnata t tfal minn età żgħira qed jiltaqgħu ma’diversi diffikultajiet, fosthom il-bullying, problemi fil-familja, ġenituri li jkunu għaddejjin minn seperazzjoni jew divorzju, mard u imwiet fil-familja u saħansitra testijiet akkaddemiċi. Hija kompliet tgħid li meta ikun hemm relazzjoni pożittiva  bejn il-‘caregiver’ u l-minuri jirriżulta f’self-esteem sod u li dan huwa fattur important ħafna kif il-minuri jirrispondi u jsolvi l-problemi f’sitwazzjonijiet diffiċli.

Waqt dan is-seminar ic-Chairperson ta’ Home-Start Malta Remenda Grech ppreżentat ir-rapport bijennali, ta’ Home-Start Għawdex lil-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni.

Żjara lill-ħaddiema ta’ Identity Malta lejlet Jum il-Ħaddiem

Fiż-żjara tagħha fit-taqsima tal-Karta tal-Identità lejlet Jum il-Ħaddiem, is-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Portelli rringrazzjat lit-tmexxija u lill-ħaddiema kollha tal-aġenzija Identity Malta għall-impenn u għad-dedikazzjoni tagħhom fl-għoti ta’ servizz pubbliku.

Is-Segretarju Parlamentari qalet li minkejja ż-żieda fid-domanda għas-servizzi offruti minnha, il-ħaddiema tal-aġenzija jagħmlu l-almu kollu tagħhom biex jipprovdu servizz effiċjenti u b’wiċċ uman. Faħħret id-deċiżjoni għaqlija tat-tmexxija ta’ Identity Malta li għarfet tinvesti fl-aqwa riżors tagħha permezz ta’ taħriġ kontinwu u ta’ korsijiet imfassla apposta għall-ħaddiema.

Julia Farrugia Portelli tkellmet dwar l-importanza tad-drittijiet tal-ħaddiema u li dawn għandhom jiġu rispettati: prinċipju li se jkun rifless fil-kampanja nazzjonali li se tkun qed titnieda fiż-żmien li ġej dwar it-traffikar tal-bniedem.

Julia Farrugia Portelli faħħret ukoll il-mod li bih taħdem it-taqsima tal-Karta tal-Identità, liema taqsima tilqa’ mal-150 applikazzjoni kuljum u tipproċessa mat-43,000 talba fis-sena.

Anzjan ta’ 79 sena jintlaqat minn karozza fil-Marsa

Anzjan ta’ 79 sena u residenti l-Ħamrun jinsab għall-kura fl-Isptar Materi Dei bi ġrieħi gravi, wara li għal xi raġuni ntlaqat minn karozza fi Triq Qormi l-Marsa.

Ir-raġel li tajjar lill-vittma li għandu 43 sena u residenti wkoll il-Ħamrun, kien qed isuq karozza tal-għamla Citroen.

Investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

ARA: il-mument li fih tinqered għal kollox karozza f’Ħ’Attard


Ftit tal-mumenti ilu karozza ta’ tip BMW inqerdet għal kollox wara li ħadet in-nar f’Ħ’Attard

Fi ftit minuti l-karozza spiċċat ħuġġieġa nar bl-isplużżjoni teqred il-karozza.

In-nirien ġew ikkontrollati minn ħaddiema tad-dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

Fortunatament ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.

Aktar informazzjoni fil-ħin li ġej. 

 

 

 

Jitlestew l-ewwel xogħlijiet mis-17 -il triq f’San Pawl il-Baħar

Tlestew l-ewwel xogħlijiet mis-sbatax -il triq f’San Pawl il-Baħar.

Dawn it-toroq li jinkludu Triq Isourd, Triq Toni Bajada, Triq Ċensu Tanti, Triq iċ-Ċagħaq, Triq l-Ibħra, Triq il-Ġifen, Triq Sant’ Antnin, Triq il-Ħalel, Triq iċ-Ċern, Triq is-Sajjieda, Triq J. Quintinus, Triq Annetto Caruana, Triq il-Port Ruman, Triq il-Maskli, Triq l-Imħar, Dawret il-Gżejjer u Triq ir-Ramel, ser itejbu l-kwalità ta’ ħajja u sigurtà tar-residenti, ħaddiema u negozjanti ta’ dawn l-inħawi.

Kien dan il-Gvern li ħa d-deċiżjoni li juża fondi sabiex jagħmel tiswija fuq dawn is-17-il triq għal ġid ta’ dawk kollha li jgħixu u jaħdmu f’dawn it-toroq, wara li Kunsill Lokali b’maġġoranza Nazzjonalistà qatt ma ħa azzjoni sabiex jirranġa dawn it-toroq li tħallew mitluqa sa ma waslu fi stat gravi.

 

“L-isportivi Għawdxin qed jixegħlu Għawdex bl-enerġija tagħhom” – Justyne Caruana

46 atleta minn 13-il dixxiplina gew innominati għall-Gozo Sports Awards organizzati mill-Gozo Sports Board fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex.

F’diskors tal-okkażjoni, il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana, barra li ferħet lir-rebbieħa u lin-nominati kollha, saħqet dwar l-importanza ta’ Għawdex sportiv u kemm hu importanti li min jagħmel impatt fid-dixxiplina tiegħu jiġi apprezzat. Qalet li l-isportivi Għawdxin qed jixegħlu Għawdex bl-enerġija tagħhom u semmiet ukoll li l-ministeru mmexxi minnha hu determinat li jkompli jsaħħaħ mhux biss l-infrastruttura tal-isport f’Għawdex, iżda jibqa’ jgħin bil-fondi lil dawk kollha li lesti li jaħdmu għall-isport Għawdxi.

Il-Ministru Justyne Caruana semmiet li l-pixxina f’Għawdex, proġett li ilu snin jiġi mwiegħed lill-Għawdxin, fl-aħħar beda u se jitlesta sa tmiem is-sena li ġejja. Il-Ministru Caruana semmiet ukoll il-progett tal-Ulysses Grove fix-Xewkija, fejn għaddej xogħol fuq trakka li ser isservi għall-ġiri, mixi u cycling, kif ukoll il-faċilitajiet f’Kerċem għan-net sports u x-xogħlijiet li ser isiru fl-isports complex. Dan filwaqt li ġew imnedija diversi skemi ta’ għajnuna kemm għall-atleti kif ukoll għall-għaqdiet sportivi, filwaqt li ssemmiet ukoll l-inizjattiva tal-ministeru biex il-miżata ta’ Sports OThe Move tiġi ffinanzjata kollha mill-ministeru sabiex ittfal jiġu nkoraġġuti jipparteċipaw f’attivitajiet sportivi.

Matul is-serata kien hemm ukoll diskorsi miċ-Chairman tal-Gozo Sports Board Sean Daly u l-Kap Eżekuttiv Alvin Grech,

Ir-rebbieħa tal-akbar unuri kienet Felicienne Mercieca, li rebħet dan l-unur għat-tieni darba, kif ukoll iċ-champion Malti u Għawdxi tal-ġiri fit-tul Charlton Debono, li rebaħ dan l-unur għar-rabà sena konsekuttiva.

F’din is-serata ngħataw ukoll erba’ unuri speċjali. Alvin Scicluna ngħata rikonoxximent għall-karriera li kellu u għad għandu fl-isport Għawdxi, sew bħala atleta kif ukoll għall-fatt li llum jipproduċi żewġ programmi televiżivi tal-isport Għawdxi. Frankie Muscat, l-eks player tal-football u atleta tal-ġiri fit-tul, ingħata apprezzament bħala atleta 60+. Ġużeppina Galea ngħatat premju speċjali għall-Ispecial Olympics, u dis-sena kien hemm premju speċjali għal familja sportiva Għawdxija li ntrebħet mill-familja Xuereb, fejn l-omm, il-missier, l-iben u l-bint huma involuti fl-isport tal-muturi f’Għawdex u aktar.

Ir-rebbieħa kienu dawn:

L-aktar tifla dedikata U/12

LEAH SAID (ATLETIKA)

L-aktar tifel dedikat U/12

LIAM DALY (ATLETIKA)

 Żagħżugħa promettenti U/18

ESTELLE SCICLUNA (SOFTBALL)

 Żagħżugħ Promettenti U/18

DARREN SULTANA (ĊIKLIŻMU)

 Uffiċjal tas-sena

JOSEPH SCICLUNA (SOFTBALL)

 Tim tas-sena

VICTORIA HOTSPURS (FOOTBALL)

 Kowċ tas-sena

MICHAEL BONGAILAS (TRIATHLON)

 Sportiva tas-sena

FELICIENNE MERCIECA (ATLETIKA)

 Sportiv tas-sena

CHARLTON DEBONO (ATLETIKA)

Malta bis-sitt l-anqas rata ta’ qgħad fl-Unjoni Ewropea

Ċifri tal-Eurostat juru li sal-aħħar ta’ Marzu li għadda Malta kellha s-sitt l-inqas rata ta’ qgħad fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea u s-sebgħa l-inqas r-rata ta’ qgħad fost iż-żgħazagħ taħt il-25 sena.

Iċ-ċifri tal-Eurostat juru li fl-aħħar ta’ Marzu li għadda, ir-rata ta’ qgħad f’Malta kienet ta’ 3.5 fil-mija, 0.5 fil-mija anqas meta mqabbel mal-istess xahar is-sena li għaddiet.

Aqra aktar

Send this to a friend