Simeon Nechev – Page 9 – One News

Simeon Nechev

Notifiki

BIL-FILMAT: Jidher l-ewwel reklamar ta’ Malta f’Old Trafford

Ġurnata biss wara li tħabbar ftehim storiku bejn pajjiżna u Manchester United, illum waqt il-logħba ta’ United kontra Leicester City deher l-ewwel riklam tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu.

Il-ftehim għal tul ta’ tliet snin jirriklama lil Malta bħala d-destinazzjoni uffiċjali tal-klabb.

Jidher li Malta ġabet ir-risq għaliex Manchester United rebħu 1-0 kontra l-Foxes.

Jidħol fis-servizz it-tielet ajruplan ġdid Airbus A320neo tal-Air Malta

L-għada li ġie ssiġġillat ftehim storiku bejn Malta u Manchester United, is-Sibt filgħodu l-linja tal-ajru nazzjonali tal-ajru Air Malta uffiċjalment laqgħet ajruplan ġdid ieħor tat-tip Airbus A320neo, ftit tal-ħin qabel titjira lejn Londra.

Dan huwa t-tieni ajurplan ġdid għall-Air Malta dan is-sajf wara li fi ftit tal-ġimgħat ilu kien wasal ajruplan ieħor ta’ dan it-tip, biex issa telgħu għal tlieta n-numru ta’ ajruplani ta’ dan it-tip.

L-ewwel titjira b’dan l-ajruplan kienet dik lejn l-ajruport ta’ Frankfurt il-Ħamis li għadda.Aqra aktar

Send this to a friend