Simeon Nechev – Page 6 – One News

Simeon Nechev

Notifiki

Impenn biex tinħoloq skola tal-Apnea f’pajjiżna

L-ambjent marittimu Malti huwa perfett biex pajjiżna jsir bażi tal-apnea, sport li jitlob li persuna togħdos fil-baħar f’fond konsiderevoli bin-nifs.

Stqarr dan Umberto Pelizzari, atleta tal-apnea li kiser diversi rekords dinjija f’din id-dixxiplina. Fl-1990 huwa kiser ir-rekord dinji b’għaddsa f’fond ta’ 65 metru fil-baħar tal-gżira ta’ Elba.

Aqra aktar

Delia jgħid li l-Gvern injora l-infrastruttura tal-pajjiż

Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia akkuża lill-gvern li injora diversi oqsma ta’ pajjiżna li fuqhom qed issir ħidma bla preċedent u sejħilhom bħala vittmi tal-politika ta’ dan il-Gvern.

F’kollegament fuq ir-radju tal-Partit Nazzjonalista, Delia qal li bid-dokument ta’ qabel il-baġit li ressaq il-Partit tiegħu qed jindirizza dik li sejjaħ bħala vittmi tas-suċċess.

Aqra aktar

Laudamotion tniedi titjiriet bejn Malta u l-Awstrija

Il-linja tal-ajru low-cost Awstrijaka Laudamotion ħabbret li se tibda ttir lejn Malta.

Din il-linja tal-ajru se tibda’ ttir bejn Malta u l-kapitali tal-Awstrija Vjenna tliet darbiet fil-ġimgħa minn April li ġej.

B’reazzjoni l-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi laqa’ dan l-iżvilupp u sostna li din l-aħbar hija l-frott tal-ħidma li ma’ taqta xejn biex tiżdied il-konnettività minn u lejn pajjiżna.

Send this to a friend