Simeon Nechev – Page 53 – One News

Simeon Nechev

Notifiki

Inizjattiva ta’ riċiklaġġ waqt il-festa ta’ Ħaż-Żebbuġ

Matul il-festa ta’ San Filep f’Ħaż-Żebbuġ inbdiet inizjattiva innovattiva ta’ ġbir ta’ numru kbir ta’ fliexken tal-plastik ghar-riċiklaġġ.

Din kienet inizjattiva tal-eNGO Żibel li avviċinat lill-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ biex jinbeda proġett pilota fil-festi, flimkien mal-GreenPAK. Dan il-proġett hu li ssir kaxxa b’xibka li fiha jinġabru l-fliexken kollha li minnhom jiġi kkunsmat xorb matul il-ġimgħa tal-festa. B’kollox inġabru mal-1,026 flixkun u t-tappijiet tagħhom ingabru wkoll biex imorru ghall-istrina.

Din l-inizjattiva ntlaqgħet tajjeb ħafna hekk kif ħafna tfal rawha bħala loghba u b’ħeġġa kbira bdew jiġbru l-flixken u jwaddbuhom fix-xibka. Fl-istess ħin, tqajjmet kuxjenza fuq is-separazzjoni tal-iskart.

Mhuwiex eskluż li din l-inizzjattiva tigi estiża anke f’lokalitajiet oħra matul il-festi tagħhom.

Titnieda il-kampanja “Fuq il-Baħar Kun Prudenti”

Fil-bajja tar-Rinella il-Ministru għat-Trasport Ian Borg nieda l-kampanja Fuq il-Baħar Kun Prudenti. Din il-kampanja għax-xhur tas-sajf hija ntiża li tindirizza l-isfidi li jġib miegħu l-istaġun tas-sajf.

B’koperazzjoni ma’ Transport Malta u mal-Kunsill Nazzjonali għas-Sigurtà fit-Toroq, din il-kampanija għanda l-għan li tinforma u teduka lil dawk kollha li se jkunu qed jużaw xi opra tal-baħar matul dan is-sajf. Dan l-għan se jiġi milħuq billi fost l-oħrajn jkun magħruf li m’għandu jkun hemm l-ebda użu ta’ sustanzi illegali waqt li tkun qed tinstaq xi opra tal-baħar, kif ukoll għarfien dwar il-limitu tal-veloċità fuq il-baħar.Aqra aktar

Bonġu mċajpar!

Dalgħodu in-naħa tal-Punent ta’ Malta sebħet b’ammont konsiderevoli ta’ ċpar. L-iżjed inħawi milquta kienu minfejn it-telgħa tas-Saqqajja fir-Rabat sa Triq l-Imdina f’Ħaż-Żebbuġ.Aqra aktar

Send this to a friend