Simeon Nechev | One News - Part 5

Simeon Nechev

Notifiki

Il-GTA tilqa’ it-tieni fibre optic cable f’Għawdex

L-Assoċjazzjoni għat-Turiżmu f’Għawdex laqgħet l-installazzjoni tat-tieni cable tal-fibre optic f’Għawdex u qalet li dan se jsaħħaħ l-infrastruttura diġitali f’Għawdex.

Il-proġett li tnieda mill-Prim Ministru Joseph Muscat b’investiment ta’ tliet miljun u ħames mitt elf ewro se jsaħħaħ l-infrastruttura diġitali f’Għawdex u jkabbar il-potenzjal ta’ aktar xogħol fl-informatika.

Aqra aktar

Persuna l-isptar wara ħabta fis-Siġġiewi

Persuna ta’ 73 sena mis-Siġġiewi iddaħħlet l-isptar wara li kienet involuta f’inċident fis-Siġġiewi stess.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.20pm fi Triq Monsinjur Mikiel Azzopardi, meta għal xi raġuni Toyota Corolla li kienet qed tinstaq minn persuna ta’ 31 sena mis-Siġġiewi kienet involuta f’ħabta ma’ Toyota Corolla oħra misjuqa minn persuna ta’ 20 sena mis-Siġġiewi ukoll.

Aqra aktar

Sena oħra, surplus ieħor – suċċess għalik

Inqas minn 24 siegħa wara li l-Partit Nazzjonalista rrirkorra għall-immuntar tar-ritratti biex jgħid li pajjiżna qed jagħmel id-defiċits flok is-surplus, dlonk waslet ir-risposta hekk kif matul il-jum tat-Tlieta statistika mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika qalet li pajjiżna għamel surplus ta’ €250 miljun fl-2018.

Waslet ukoll risposta mill-Partit Laburista, fejn f’kartellun mtella’ ma’ diversi toroq juri kif il-pajjiż għat-tielet sena konsekuttiva għamel surplus. Surplus li hu t-tieni l-ikbar fl-Unjoni Ewropea.

Aqra aktar

ARA: “Meta l-PN jikkritikana dwar il-pensjonijiet, ikun qed jikkundanna lilu nnifsu” – Chris Fearne

Huwa ta’ skantament kif il-Partit Nazzjonalista qed jgħid li l-gvern qed jonqos lill-pensjonanti meta l-fatti juru mod ieħor, speċjalment meta mqabbla ma’ żmien il-gvern Nazzjonalista.

Qal dan id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne fi tmiem zjajjar f’fabbriki fil-Mosta mill-Partit Laburista.

Il-Ministru Fearne qal li dan il-gvern żied il-pensjonijiet għall-ewwel darba f’ġenerazzjoni. Sostna li aktar min hekk, l-għoli tal-ħajja taħt din l-amministrazzjoni kumparat mal-għoli tal-ħajja taħt amministrazzjoni Nazzjonalista huwa n-nofs.

Aqra aktar

Ritratti ġodda tal-Prinċep Louis f’għeluq sninu

Ġew ippublikati sett ta’ ritratti ġodda tal-Prinċep Louis fl-ewwel għeluq snin tiegħu.

Dawn ittieħdu min ommu, id-Dukessa ta’ Cambridge fir-residenza tar-Reġina f’Sandringham.

Il-Prinċep Louis huwa il-ħames persuna fil-linja tas-suċċessjoni tat-tron u twieled propju bħal-lum sena.

 

Jitħassru l-vjaġġi bil-katamaran – mijiet ta’ persuni maqbuda fi Sqallija

Il-Virtu Ferries kienet kostretta tħassar il-vjaġġi li kienu skedati li jsiru matul il-jum tat-Tnejn. Dan minħabba ir-riħ qawwi li ħakem iċ-Ċentru tal-Mediterran fl-aħħar jiem.

Konsegwenza ta’ dan mijiet ta’ persuni li kellhom jagħmlu triqithom lejn pajjiżna spiċċaw maqbuda Sqallija. Fost dawn hemm diversi Maltin li kienu Sqallija għal festi tal-Għid.

Aqra aktar

Send this to a friend