Simeon Nechev – Page 14 – One News

Simeon Nechev

Notifiki

Iffirmat ftehim biex jissaħħaħ l-isport tal-isparar f’Malta

Il-Federazzjoni Maltija għall-Isparar u SportMalta ssiġġillaw ftehim biex il-federazzjoni tkun tista’ tagħmel użu u topera mill-faċilità state of the art tax-Shooting Ranges Nazzjonali f’Ta Kandja.

Permezz ta’ dan il-ftehim il-Federazzjoni se tingħata għajnuna finanzjarja ta’ erbgħin elf ewro fis-sena mingħand SportMalta sabiex tibqa’ sostennibli u tkun tista’ topera l-faċilitajiet tagħha eżistenti fosthom fil-Bidnija filwaqt li timmassimizza l-użu tal-faċilitajiet li jinsabu f’Ta’ Kandja.

Aqra aktar

Puli jgħid li Delia kiseb riżultat eċċellenti

Għajjat, ċapċip, u ħruq ta’ suffarelli.

Din kienet l-atmosfera mhux f’xi festa tar-raħal f’dan tmiem il-ġimgħa, iżda quddiem id-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista ftit tal-ħin wara li l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia rebaħ il-vot ta’ fiduċja li kien kostrett isejjaħ minħabba l-pressjoni li kienet qiegħda tagħmel fuqu l-fazzjoni tal-eks Kap Simon Busuttil.Aqra aktar

Send this to a friend