Simeon Nechev – Page 10 – One News

Simeon Nechev

Notifiki

Il-kittieba Maltin jitolbu ħlas ġust

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed jaħdem fuq abbozz ta’ liġi li għandu l-għan li jġib fis-seħħ direttiva tal-Unjoni Ewropea li tagħti ikar drittijiet lill-awturi fis-suq diġitali.

Issa li lesta dan l-abbozz il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb se jlaqqa’ l-awturi Maltin u jpoġġi għall-vot dan l-abbozz.

Aqra aktar

Se jinġabar nofs tunnellata ta’ skart permezz ta’ seabin

F’sajf fejn qed titqajjem kuxjenza kbira dwar il-bżonn li nżommu l-ibħra nodfa, kumpanija lokali tad-distribuzzjoni tal-farmaċewtika investiet fi proġett li se jagħmel differenza li tinħass u tidher.

Dan meta ffinanzjat proġett ta’ Seabin fil-Bajja ta’ Spinola f’San Ġiljan.

Żona li fiha ta’ sikwit jinġema ammont konsiderevoli ta’ skart.Aqra aktar

2,200 metru kwadru fl-Għadira ħielsa għan-nies

Il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi ħabbar li aktar minn 2.200 metru kwadru ta’ spazju fil-bajja tal-Għadira ngħata lura lill-pubbliku.

F’konferenza tal-aħbarijiet fl-ikbar bajja f’pajjiżna, Mizzi spjega li jiem biss qabel l-elezzjoni, l-eks Ministru Jason Azzopardi ta direzzjoni biex seba’ operaturi tal-umbrelel u d-deckchairs jingħataw konċessjoni ta’ 1340metru kwadru ‘l wieħed. Din wasslet għal ftit spazju għand in-nies.Aqra aktar

Il-Kummissjoni Ewropea tagħlaq erba’ proċeduri kontra Malta


Il-Kummissjoni Ewropea waqqfet erba’ proċeduri li kienet fetħet kontra Malta dwar direttivi u liġijiet Ewropej marbuta mal-ħasil tal-flus u l-iffinanzjar tat-terroriżmu, id-direttiva dwar l-għoti u l-irtirar ta’ protezzjoni internazzjonali, id-direttiva dwar it-trademarks u d-direttiva dwar l-użu ta’ netwerks elettroniċi tal-komunikazzjoni.

Il-Kummissjoni Ewropea kkonfermat li l-Gvern issodisfa l-obbligi tiegħu billi indirizza diskrepanzi fil-liġi Maltija ma’ dik Ewropea fil-każ tal-ewwel u l-aħħar direttiva, filwaqt li ż-żewġ direttivi l-oħra tpoġġew fil-qafas legali Malti.

Ma’ ONE News, il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej Edward Zammit Lewis, qal li l-għeluq ta’ dawn il-proċeduri kontra Malta jikkonferma l-impenn tal-Gvern li jimplimenta b’mod sħiħ il-liġijiet Ewropej billi jagħmel ir-riformi fejn meħtieġ.

“Ħdimna flimkien ma’ Ministeri oħra li nagħlqu dawn il-proċeduri jiġifieri Malta issa ġiet konformi, Malta hija pajjiż li tirrispetta s-saltna tad-dritt, Malta hija pajjiż li tmexxi l-valuri Ewropej bħas-solidarjetà u rridu nkunu dejjem l-aqwa fl-Ewropa.”

Il-Ministru Zammit Lewis qal li fi tmiem l-ewwel ġimgħa tiegħu lura fil-Kabinett, il-Ministeru telaq minnufih għal għonq it-triq biex titkompla l-ħidma li saret mill-predeċessur tiegħu Helena Dalli.

“F’dan ix-xogħol m’hemmx honeymoon. Irridu nkomplu x-xogħol tajjeb li sar u nsaħħu f’dak li hemm bżonn u nmexxu ‘l quddiem, kemm fis-settur tal-ugwaljanza li huwa settur wiesgħa ħafna u għad baqa’ ħafna xi jsir wara xogħol inkredibbli li għamlet Helena Dalli u l-gvern Laburista mill-2013 u l-affarijiet Ewropej li bla dubju nafu kemm huma importanti.”

Spjega li fuq aspett Ewropew, il-ħidma se tiffoka kemm fuq il-ħtieġa li Malta tieħu l-massimu mill-baġit Ewropew li jmiss kif ukoll li tinstab soluzzjoni għall-isfida tal-immigrazzjoni.

Dan filwaqt li fisser li fis-settur tal-ugwaljanza dejjem hemm iżjed xi jsir.

“Ugwaljanza għal kulħadd, ugwaljanza fuq il-post tax-xogħol, ugwaljanza għal dawk in-nisa li ħarġu jaħdmu u jirċievu l-istess pagi. Dawn huma sfidi li ġejjin, sfidi li issa f’ugwaljanza minn fuq il-karta, iktar ugwaljanza effettiva fil-livelli kollha tal-gvern, fil-livelli kollha ta’ pajjiżna u tas-soċjetà tagħna.”

Iffirmat ftehim biex jissaħħaħ l-isport tal-isparar f’Malta

Il-Federazzjoni Maltija għall-Isparar u SportMalta ssiġġillaw ftehim biex il-federazzjoni tkun tista’ tagħmel użu u topera mill-faċilità state of the art tax-Shooting Ranges Nazzjonali f’Ta Kandja.

Permezz ta’ dan il-ftehim il-Federazzjoni se tingħata għajnuna finanzjarja ta’ erbgħin elf ewro fis-sena mingħand SportMalta sabiex tibqa’ sostennibli u tkun tista’ topera l-faċilitajiet tagħha eżistenti fosthom fil-Bidnija filwaqt li timmassimizza l-użu tal-faċilitajiet li jinsabu f’Ta’ Kandja.

Aqra aktar

Send this to a friend