Samuel Lucas | One News - Part 9

Samuel Lucas

Notifiki

Kemm-il koppja miżżewġa jagħżlu li jżommu kunjom il-mara?

Hekk kif daħlet fis-seħħ l-liġi l-ġdida tal-kunjomijiet, sitt koppji għażlu li jżommu l-kunjom tal-mara.

Dan intqal wara statistika minn Identity Malta fejn ħareġ li minn totall ta’ 2,536 żwieġ fl-aħħar sena, sitt koppji għażlu li jżommu l-kunjom tal-mara, filwaqt li 242 koppja kkumbinaw il-kunjomijiet tagħhom.Aqra aktar

Malti jirrakkonta meta Schumacher ipponta lejh meta kien qed joħodlu ritratt


Wara karriera li ġabet magħha 7 kampjonati dinjin b’91 rebħa fil-Formula 1, illum Michael Schumacher għalaq 50 sena. Tragward ieħor wara li inċident sfortunat 5 snin ilu waqt btala fl-Alpi Franċiżi ħalla lill-leġġenda Ġermaniża f’qagħda kritika.

L-inċident seħħ f’Diċembru tal-2013 meta Schumacher tilef il-kontroll waqt li kien qed jiskijja u ħabat rasu ma’ ġebla, b’riżultat  li spiċċa f’koma għal 6 xhur. Madankollu f’Ġunju ta’ 4 snin ilu ttieħed f’daru biex ikompli bir-rijabilitazzjoni.

Id-dettalji kollha tal-każ u l-qagħda fiżika ta’ Schumacher dejjem baqgħu magħluqa bejn l-erba’ ħitan ta’ daru. Qrabata żammew is-silenzju għajr għal ftit stqarrijiet fosthom dik li ħarġet fl-aħħar sigħat biex tgħid li Schumi, kif kien l-magħruf, qed jirċievi l-aqwa trattamenti possibli.

Qalu li s-silenzju huwa skont ix-xewqat li wera Schumacher.Aqra aktar

Sena ta’ investiment kbir fl-infrastruttura ta’ Malta

Waqt li ninsabu ftit jiem biss ‘il bogħod mill-bidu ta’ sena ġdida, l-elfejn u tmintax se ttemm kapitlu ieħor ta’ xogħol estensiv fil-qasam infrastrutturali ta’ pajjiżna.

Sena li matulha saru bosta proġetti infrastrutturali bil-għan li jnaqqsu l-problema tat-traffiku u l-tniġġis fl-arja. Dan b’investiment ta’ aktar minn sittin miljun ewro.Aqra aktar

Agħti merħba lill-2019 fil-Belt Valletta!

Għal sena oħra, pjazza San Ġorġ fil-belt se tkun iċ-ċentru ewlieni fejn se jintgħaddu l-aħħar tokki tas-sena u tingħata bidu għas-sena l-ġdida. Fl-aħħar jiem bdiet attività biex jintrama dak kollu meħtieġ biex jittella’ spettakklu ieħor kbir f’din il-pjazza li f’nofs ix-xahar laqgħet ukoll l-Ahhar Festa b’rabta mal-Kapitali Ewropea tal-Kultura. F’konferenza tal-aħbarijiet li matulha ngħataw id-dettalji tal-attività tal-aħħar tas-sena, ingħad li l-Programm Kulturali ta’ Valletta 2018 jonqsu biss l-aħħar avveniment li ssemma’ “Be the Festa.”Aqra aktar

“L-imħabba ta’ ħajti ntilef għal kollox”- il-maħbuba ta’ Nolan Farrugia

Dan hu Nolan Farrugia. Iż-żagħżugħ ta’ 21 sena mis-Siġġiewi li sfortunatament ltaqa’ bla ħsieb mal-mewt f’inċident tat-traffiku li seħħ għall-ħabta tal-10:15 fi Triq Ħal Qormi, f’Ħal Luqa, tefgħa ta’ ġebla ‘l bogħod mill-uffiċċji tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.

Xhieda fuq il-post qalu lil ONE News li Farrugia lanqas kien ilu xahar li kiseb il-liċenzja tal-mutur li swielu ħajtu. Qalu li ż-żagħżugħ ħabat mal-ġenb ta’ trakk hu u tiegħla minn Ħal Qormi lejn Ħal Luqa.Aqra aktar

Apparat ġdid fil-Belt Valletta kapaċi jsalva persuni b’attakk tal-qalb

Defibrillator huwa apparat żgħir li għandu potenzjal kbir għax jista’ jsalva ħajja ta’ bniedem. Għal dan il-għan, ġew installati l-ewwel sitta minn tmien defibrillators f’diversi mkejjen madwar il-Belt, li saret l-ewwel lokalità f’Malta li toffri dan is-servizz mediku.

Permezz ta’ dan it-tagħmir żgħir persuni li jbatu b’mard tal-qalb jew isibu ruħhom bejn ħajja u mewt se jkunu jistgħu jingħataw l-għajnuna mill-ewwel. F’każ li persuna jagħtiha attakk tal-qalb, titqabbad din il-magna li permezz ta’ xokkijiet tista’ tkun kruċjali biex issalva l-ħajja.Aqra aktar

Send this to a friend