Samuel Lucas – Page 7 – One News

Samuel Lucas

Notifiki

Spazji addattati għal tfal bl-awtiżmu

Għas-sitt sena konsekuttiva familji u għaqdiet mhux governattivi li jieħdu ħsieb tfal bil-kundizzjoni tal-awtiżmu ser ikunu jistgħu jagħmlu użu minn faċilitajiet sportivi fi skejjel li huma addattati għal tfal bl-awtiżmu. Aqra aktar

L-MFSA tipprevedi sena pożittiva għas-settur finanzjarju

L-Awtoritá għas-Servizzi Finanzjarji Maltija, qed tipprevedi sena pożittiva oħra għas-servizzi finanzjarji f’Malta b’ċans ta’ tkabbir ikbar minn din is-sena.

Qal dan il-Kap Eżekuttiv tal-MFSA Joseph Cuschieri f’intervista ma’ ONE News b’reazzjoni għar-rapport annwali ppubblikat għal din is-sena.

Is-Sur Cuschieri qal li: “It-tkabbir ta’ 9.5% naħseb li jista’ jkun iktar minn hekk u naħseb li b’dan l-investiment li qiegħdin nagħmlu nemmen li s-settur ħa jkun issettjat fuq settur sostenibbli.”

Meta mistoqsi dwar x’qed tagħmel l-awtorità biex is-settur ikompli jimraħ, is-Sur Cuschieri semma miżuri favur il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus.

“L-Awtoritá għadha kif waqqfet unit speċjaliżżat. Unit li magħmul minn tim lokali Maltin pero anke għandna għaxar esperti barranin jaħdmu magħna bħalissa biex jgħinuna nsaħħu, nżidu  l-kwalitá u l-intensitá tas-superviżjoni tal-entitajiet li jaqgħu taħt il-liċenzja Maltija tal-MFSA”, qal il-Kap Eżekuttiv tal-MFSA.

Huwa semma wkoll investiment ta’ 12-il miljun ewro fit-teknoloġija mqassam fuq pjan ta’ tliet snin.

Cuschieri qal: “Biex ovjament aħna jkollna infrastruttura teknoloġika u anke l-immaniġjar tal-informazzjoni fuq livell għoli. Qed ninvestu iktar anke fir-riżorsi tagħna. Qed nimpjegaw iktar nies għax anke l-istituzzjonijiet Ewropej ilhom jgħidulna li l-Awtoritá għandha bżonn tissaħħaħ għandha bżonn iktar riżorsi biex tkun tista’ tagħmel superviżjoni iktar effettiva tal-liċenzja tal-operaturi li joperaw fil-ġurisdizzjoni tagħna.”

Madankollu dan mhux kollox għax l-awtorità qed tara li ssaħħaħ l-istrutturi tradizzjonali fis-settur finanzjarju u qed taħdem ukoll sabiex tkun fuq quddiem fl-oqsma tal-FINTECH u t-teknoloġija finanzjarja.

Illejla BBC Radio 2 b’kunċert uniku fil-fosos tal-Furjana

Kollox jinsab lest sabiex għall-ewwel dabra fuq il-Fosos tal-Furjana jittella’ l-kunċert “Lights, Camera, Malta” b’kollaborazzjoni mal-akbar stazzjon tar-radju Ingliż – BBC Radio 2.

F’konferenza tal-aħbarijiet fuq il-Fosos tal-Furjana, il-producer ta’ BBC Radio 2 Anthony Cherry spjega kif f’dan il-kunċert ser tindaqq mużika minn films u produzzjonijiet famużi li nħadmu f’Malta.

Cherry sostna li Malta hija destinazzjoni ideali fl-industrija tal-films hekk kif fiha ttellgħu wħud mill-aqwa produzzjonijiet fosthom Da Vinci Code, Gladiator u Game of Thrones.

“The show we are bringing is because Malta is a major movie star in itself. So many movies were shot on Malta. Gladiator, of course you know about the Da Vinci Code was shot here. The televesion series Game of Thrones was shot here.”

Cherry kompla jispjega kif fil-kunċert tal-lejla, takkumpanja l-mużika ser ikun hemm spettaklu tan-nar tal-ajru sinkroniżżat mal-mużika. Dan filwaqt li ma tonqosx xi sorpriża.

Filfatt f’konferenza tal-aħbarijiet ftit sigħat qabel il-bidu ta’ dan il-kunċert, One News tkellem ma’ Dominic Ferri, pjanist Ingliż li ser jakkumpanja l-Orkestra fil-produzzjoni tal-mużika tal-films.

“Tonight it’s gonna be a magical atmosphere to perform such epic cinematic scores in such a large space with so many people. So I’m very excited about that.”

Filwaqt li faħħar il-ħidma kollettiva sabiex dawn il-kunċerti jittellgħu b’suċċess, il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi spjega kif dan l-avveniment se jixxandar fuq BBC Radio 2 u għaldaqstant ser tingħata prominenza lil Malta ma’ miljuni ta’ semmiegħa fir-Renju Unit u madwar id-dinja.

“Dan ix-show ser ikun xow straordinarju għall-Maltin ukoll u ser jixxandar fuq Radio 2 ukoll tal-BBC li permezz tiegħu miljun ta’ nies ser isiru jafu iktar dwar Malta.”

Intant il-Ħamis se jittella’ wkoll kunċert ieħor tal-artist rinomat Liam Gallagher. Kunċert b’kollaborazzjoni mal-Air Malta u li d-dħul għall-pubbliku se jkun ukoll b’xejn.

Dawn il-kunċerti huma parti minn kullana ta’ attivitajiet li Visit Malta qed tħejji matul is-sena kollha.

Min hu interessat jattendi jista’ jirregista fuq is-sit www.ticketarena.com.mt

Send this to a friend