L-Artrite.
Kundizzjoni li fiha nfisha tinkludi mal-200 sintomu differenti u li madwar id-dinja taffettwa 1.7 biljun persuna. Aqra aktar
L-Artrite.
Kundizzjoni li fiha nfisha tinkludi mal-200 sintomu differenti u li madwar id-dinja taffettwa 1.7 biljun persuna. Aqra aktar
36,000 student tal-Primarja f’Malta u Għawdex ser ikunu qed jiġu eżaminati b’xejn għall-kundizzjoni tal-ċeliaka bil-għan li jiġi evitat l-eżami invażiv tal-endoskopija. Aqra aktar
Fl-2017 pajjiżna biegħ kważi 14,000 tunnellata ta’ tonn b’valur li jlaħħaq il-170 miljun ewro.
Din iċ-ċifra mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika tassigura lill-Malta bħala waħda mill-iktar produtturi b’saħħitha tat-tonn mhux biss madwar l-Ewropa imma anke madwar id-dinja.
Il-budget għas-sena d-dieħla għamel impatt importanti ħafna fil-qasam tad-direzzjoni tal-futur fejn il-Gvern inċentiva b’mod dirett oqsma moderni biex ikompli għaddej bl-andament ekonomiku li ninsabu fih bħalissa għas-snin li ġejjin.
Hekk iddikjara ma’ ONE NEWS l-analista finanzjarju Steve Ellul meta mistoqsi dwar is-sostenibbiltà tal-miżuri u l-inizjattivi li ħa l-Gvern fil-budget għas-sena d-dieħla.
Is-Sur Ellul qal li s-sostenibbiltà hija pedament ewlieni li fuqu ssejjes il-budget. Spjega li waqt l-budget indirizza s-sostenibbiltà tat-tkabbir ekonomiku u ra kif għamel biex isaħħaħ oqsma bħat-turiżmu, il-gaming u s-settur finanzjarju, fl-istess waqt witta t-triq għall-oqsma tal-futur.
“Qegħdin naraw investiment reali f’Artificial Intelligence jiġifieri l-istudenti li jridu jkabbru n-knowledge tagħhom f’dawn l-industriji ser jingħataw grants apposta biex jitkabbar l-iskill, jitkabbar ukoll in-knowledge. Allura b’dan il-Budget qed nikkrejaw il-professjonisti ta’ għada għall-industriji ta’ għada.”
Iddeskriva l-budget għas-sena d-dieħla bħala modern għax waqt li jwieżen b’mod qawwi l-qafas soċjali b’miżuri innovattivi fil-qasam tal-affordabilità tal-housing u ż-żieda fil-pensjonijiet, fl-istess waqt indirizza oqsma li mhux normali kienu jiġu indirizzati fil-budget.
“Hemmek qed naraw żieda fil-leave, żieda wkoll f’dak li għandu x’jaqsam ma investiment f’żoni urbani. Affarijiet li relattivament ma humiex normali. Jiġifieri qed nitkellmu fuq pjan sabiex ikun hemm park jekk trid isejjaħlu hekk ġewwa Santa Venera. Żewġ miljuni wkoll ivvutati għal park nazzjonali ġewwa Ta Qali. Jiġifieri jidher ċar li d-direzzjoni hija waħda ambjentalista jekk trid issejħilha hekk.”
Is-Sur Ellul saħaq li kull baġit irid ikun sostenibbli għax mhux biss irid jgħaddi mill-għarbiel tal-Unjoni Ewropea, iżda fuq kollox assigurazzjoni li l-Gvern jista’ jmanti b’mod sostenibbli l-wegħdi kollha fil-baġit għas-sena d-dieħla.
“Jidher li l-pjan tal-Gvern huwa tant li s-surplus is-sena d-dieħla ser jerġa’ jseħħ ukoll. Jiġifieri n-nefqa f’dawn l-inizjattivi kollha xorta waħda ser tħalli d-dħul tal-Gvern is-sena li ġejja iktar minn nefqa ġenerali tal-Gvern tas-settur pubbliku u hemmek qed naraw surplus viċin il-200 miljun ewro.”
L-analista finanzjarju temm jgħid li d-dejn tal-pajjiż ma żdidx u mhux se jiżdied minħabba dawn l-inizjattiva kollha tant li meta mqabbel ma’ pajjiżi oħrajn Ewropej, huwa kważi nofs tal-medja tal-pajjiżi kollha Ewropej.
F’dikjarazzjoni ċara u skjetta il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li dan mhux ser ikun l-aħħar Budget tiegħu.
Il-Forzi Kurdi Sirjani fis Sirja qalu li l-Gvern Sirjan ser ikun qed jibgħat l-armata tiegħu sabiex iwaqqaf l-offensiva tat-Turkija kontrinhom.Aqra aktar
Il-Prim Ministru Joseph Muscat inawgura ċentru ta’ eċċellenza ġdid bl-isem Maritime MT li sar b’invesiment ta’ 4 miljun ewro f’Ħal Far. Aqra aktar
It-Turkija qalet li qatlet għexieren ta’ militanti Kurdi Sirjani hekk kif Ilbieraħ truppi Torok u ribelli Sirjani nvadew iż-żona. Aqra aktar
Il-Ministru għall-Ġustizzja tal-Ġermanja Christine Lambrecht, qalet li l-isparatura tal-bieraħ f’sinagoga f’Halle, kienet attakk terroristiku tal-lemin estrem. Aqra aktar
Il-Kummissarju nominat minn Franza, Sylivie Goulard ma’ għaddietx mill-eżami tagħha quddiem il-Parlament Ewropew. Aqra aktar
Send this to a friend