Samuel Lucas – Page 42 – One News

Samuel Lucas

Notifiki

Disa’ studenti jirrapreżentaw lil Malta fiċ-Ċina

Tiġdid totali fi ħdan l-uffiċċju internazzjonali studenteska Pulse ġab miegħu il-‘Pulse Ambassadors Program’. Programm li jagħti opportunità lill-istudenti Maltin sabiex jesperjenzaw il-fora internazzjonali f’diversi oqsma. Fost il-ħafna impenji li ġab miegħu dan it-tiġdid, bdew diskussjonijiet bejn l-għaqda Pulse flimkien mal-Malta China Friendship Society u l-President ta’ din is-soċjetà Mr Reno Calleja fejn kien strumentali sabiex jattira stedina għall-disa studenti Maltin fil-Beijing Joy Dancing Festival ġewwa ċ-ĊinaAqra aktar

Fondazzjoni Valletta 2018 b’uffiċini ġodda

Il-Fondazzjoni Valletta 2018 illum fetħet l-uffiċini ġodda fil-Belt Valletta bi preparazzjoni għas-sena li fiha l-Belt Valletta se tingħata t-titlu ta’ Belt Kapitali Ewropeja tal-Kultura.

F’konferenza tal-aħbarijiet ġie diskuss kif dan iċ-ċentru ta’ operazzjonijiet infetaħ wara li kien hemm tkabbir fit-tim tal-fondazzjoni.

Aqra aktar

Festa tal-inbid f’Ħal Qormi

It-tlettax-il edizzjoni tal-Qormi Wine Festival reġgħet magħna hekk kif din is-sena mistennija tkun waħda mill-akbar edizzjonijiet li saret tul dawn is-snin kollha.

F’konferenza tal-aħbarijiet is-Sindku ta’ Ħal Qormi, Jesmond Aquilina tenna li mhux faċli jżomm attività ta’ dan il-livell għal tlettax il-sena konsekuttivi.

Aqra aktar

Munita u bolla li jfakkru r-reżiljanza Maltija

Munita kommemorattiva flimkien ma’ bolla stampata inħadmu biex jitfakkar għeluq il-ħamsa u sebgħin anniversarju mill-konvoj ta’ Santa Marija u l-għoti tal-George Cross f’pajjiżna.

Lejliet il-jum li Malta ssellem lil Santa Marija u għalhekk il-miġja tal-konvoj tkellimna ma’ Kevin Cassar, kuratur fil-Bank Ċentrali ta’ Malta, li spjegalna d-disinn ta’ din il-munita.  Spjegalna li l-munita, maħduma fir Royal Dutch Mint, turi l-emblema ta’ Malta u s-sena tal ħruġ  fuq in naħa ta’ quddiem. Imbagħad is-sinjifikat tal-ġrajja jinsab fuq in-naħa ta’ wara.Aqra aktar

€1.5 miljun f’investiment u 150 impjieg

The Gutlaqam mgħoti lil-biċċa ta’ isfel ta’ Triq Stada Stretta minn baħrin Amerikani u Ingliżi bejn is-seklu dsatax u nofs is-seklu għoxrin.

Post li kien jilqa’ klassijiet soċjali differenti flimkien ma ħafna nies differenti minn kull aspett tal-ħajja. Hemmek kienu jintefgħu jikkunsmaw ammonti kbar ta’ xorb alkaħoliku u jkantaw mad-diski tradizzjonali ta’ dak iż-żmien.

Aqra aktar

Sentejn mill-ftuħ ta’ ALS Malta

Awwissu 2015, xahar li fih inħolqot ALS Malta. Fondazzjoni li matul dawn is-sentejn kisbet suċċess wara ieħor fejn tidħol kuxjenza dwar din il-kundizzjoni u ġbir ta’ fondi għar-riċerka.

Kollox beda mill-famuża ALS Ice Bucket Challenge li sentejn ilu rrenjat b’saħħa kbira fuq is-siti soċjali u l-midja. Din kienet l-ewwel attività li permezz tagħha ALS Malta nediet l-impenn tagħha għall-ġbir ta’ fondi. Hawn b’kollox kienu nġabru €6,100. Flus li kienu ntużaw sabiex jgħinu programm ta’ studju fl-Università ta’ Malta dwar kundizzjonijiet newroloġiċi.

Aqra aktar

Skema għal sidien ta’ proprjetajiet li lesti jikru bi ftehim mal-Gvern għal 10 snin

Il-Gvern ħabbar skema li permezz tagħha sidien ta’ postijiet jidħlu fi ftehim miegħu għal għaxar snin.

Dan biex filwaqt li l-gvern jikrihom mingħandhom permezz tal-Awtorità tad-Djar din tgħaddihom b’kirja lil dawk li jeħtieġu akkomodazzjoni soċjali. 

Il-Gvern se jikri l-postijiet taħt ċertu kundizzjonijiet u bi prezz issussidjat bis-sussidju jvarja skont l-ammont tad-dħul tal-persuna u l-kobor tal-appartament. 

Biex sid ta’ proprjetà jidħol fi ftehim mal-Gvern din trid tkun residenzjali, u mibnija jew bil-permess diġà approvat mill-Awtorità tal-Ippjanar. Għalkemm għand l-Awtorità tad-Djar iridu jgħaddu lesti

Aqra aktar

Send this to a friend