Samuel Lucas – Page 37 – One News

Samuel Lucas

Notifiki

ARA: Terapija għat-Tinnitus issa wkoll f’Malta

Dawk kollha li jbatu minn problemi tas-smiegħ, partikolarment bil-kundizzjoni tat-Tinnitus, issa se jkunu jistgħu jgawdu minn terapija li ttaffi din il-kundizzjoni.

Dan se jsir grazzi għall-Professur Andrew Sciberras hekk kif ħa inizjattiva sabiex il-klinika tiegħu “Loud and Clear” issa se tingħaqad ma’ “The Tinnitus Clinic” fl-Ingilterra, il-fornitur ewlieni għat-terapija ta’ din il-kundizzjoni.

Aqra aktar

Il-PM jinawgura lukanda lussuża

Il-Ħamis filgħaxija l-Prim Ministru ta’ Malta Joseph Muscat inawgura l-ftugħ ta’ lukanda ġdida ġewwa l-Maċina.

Lukanda bl-isem ta’ Cugo Gran Macina, li grazzi għaliha sar restawr estensiv sabiex l-bastjun ikoniku tal-Isla li jmur lura għas-seklu sittax issa qed jerġa jħaddan il-glorja li gawda minnu fil-passat.

F’serata ta’ inawgurazzjoni One News tkellem maċ-Ċermen tal-IBB Hotel Collection Sven von der Heyden li bħala kumpanija jispeċċjaliżżaw fi żvilupp ta’ propjetajiet tal-ogħla kwalità.Aqra aktar

Vittma ta’ attentat ta’ bomba jibqa’ msakkar f’daru bil-biżà

Mario Scicluna, il-vittma ta’ attentat ta’ karozza bomba fil-Fgura lura f’Jannar li għadda, fil-Qorti qal kif jiem wara l-attentat baqa’ imsakkar f’daru bil-biżà.

Dan intqal hekk kif il-Qorti qed tisma il-kumpilazzjoni ta’ evidenza kontra Lorenza Callus magħruf bħala l-“Ħeswes”, Paul Farrugia – “Il-Kwattru” u Jonathan Farrugia magħruf bħala “Ġanni ta’ Nina.

Aqra aktar

ARA: Jingħata l-ħelsien mill-arrest wara li ħa l-liġi b’idejh

Vittma ta’ att vandalu ngħata l-ħelsien mill-arrest wara li ħa l-liġi b’idejh u pprova jweġġa’ lil dak li skontu prova jivvandalizzalu daru.

Paul Mallia ta’ sitta u tletin sena minn Ħal Qormi wieġeb mhux ħati wara li nqabad fuq filmat jidħol bil-vann tiegħu fuq il-karozza ta’ Sage Guaci wara li l-istess Mallia raħ isuq fit-triq.

Aqra aktar

Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi f’inċident

Raġel mill-Pakistan ta’ 32 sena residenti Ħaż Żabbar kien involut f’inċident tat-traffiku wara li għal xi raġuni jew oħra tilef il-kontroll tal-mutur tiegħu.

Kien għall-ħabta tat-tlieta u nofs li r-raġel kien qed isuq il-mutur tiegħu tal-għamla Yamaha Krypton fi Triq Ġeronima Abos, l-Iklin, meta huwa nqeleb.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

 L-investigazzjoni dwar dan l-inċident għadha għaddejja.

Jibda l-Malta International Music Festival 2018

Għal darb’ oħra l-kultura Maltija tieħu spunt qawwi ’l quddiem hekk kif illejla uffiċjalment tinfetah is-sitt edizzjoni tal-Malta International Music Festival.

Avveniment mużikali li ser ikun qed jara l-bidu tiegħu llejla ġewwa Robert Sammut Hall fil-Furjana sabiex jimmarka l-ftugħ mill-akbar avvenimenti mużikali klassiċi fil-kalendarju Malti.

Festival mużikali li bejn il-ħmistax ta’ April u l-ewwel ta’ Mejju ser ikun mimli programmi u kunċerti mużikali għall-pubbliku. Minbarra f’hekk Malta ser tkun qed tilqa’ wkoll l-aqwa sebgħin pjanisit minn totall ta’ seba mija tmienja u għoxrin pjanist oħra li ħadu sehem f’kompettizjonijiet oħra madwar id-dinja. Dawn ser ikunu qed jiġu Malta għall-fażi finali ta’ din il-kompetizzjoni bl-isem “The Malta International Piano Competition 2018.” Din ser tkun qed issir bejn is-sittax u disgħa għoxrin ta’ April.

Aqra aktar

AltoFest 2018: Festa ta’ Arti, Kultura u Ospitalità Maltija

Altofest 2018 bit-tema “Legendary People” huwa festival li bejn it-tlettax ta’ April u t-tlettax ta’ Mejju, mistenni jilqa’ bosta artisti internazzjonali sabiex jkunu jistgħu jesponu xogħolhom b’differenza.

Bħala parti mill-programm tal-Valletta 18, l-artisti li ser ikunu qed jieħdu sehem f’dan l-avveniment ta’ xahar ser ikunu qed joqgħodu fid-djar ta’ familji Maltin, imxerrda ma’ ħdax- il lokalita f’Malta. Tul dan ix-xahar dawn il-familji f’darhom ser ikunu jistgħu jilqgħu udjenzi għal diversi wirjiet u prestazzjonijiet minn dawn l-istess artisti.

Intant is-Segretarju Parlamentari Deo Debattista, wera l-apprezzament tiegħu għal dan l-isforz impekkabbli li permezz tiegħu se tkun qed tgawdi l-kultura Maltija.

 

ARA: Fabrizio Faniello b’album mhux mistenni

“ ‘Unexpected’ għaliex ma kelli l-ebda pjan li noħroġ dan l-album din is-sena.”

Hekk iddeskriva isem is-sitt album il-ġdid tiegħu Fabrizio Faniello.

F’intervista fit-Teatru tal-Pandora fiż-Żejtun, Fabrizio tkellem dwar il-ħidma li saret fuq dan l-album wara perjodu diffiċli f’ħajtu.

“Unexpected jismu l-album u unexpected kien ukoll li  jasal dan is-sitt album tiegħi għaliex wara daqsxejn struggles li kelli wkoll f’ħajti ovjament dan il-proġett kien diġà launched tliet snin ilu.”

Tul il-karriera mużikali tiegħu, Fabrizio Faniello rrappreżenta lil Malta tliet darbiet fil-Eurovision Song Contest iżda l-karriera tiegħu ma waqfitx hemm. Qal li dan l-album jirrappreżenta għalih fażi ġdida fil-karriera tiegħu li jinsab eċċitat ħafna dwarha.

“Hemm kanzunetti bħal-aħfirli jekk trid hemm kanzunetta ukoll bl-indonesjan “Heavenly” miktuba minn Paul Abela u Georgina umbad hemm ovjament “life goes on” u kanzunetti ġodda oħra flimkien ma “Unexpected””

Dan l-album ser jiġi mniedi llum f’bar ewlieni f’San Pawl il-Baħar. Waqt l-istess tnedija, Faniello ser ikun qed juri għall-ewwel darba, l-vidjo mużikali tad-diska Unexpected.

Hawn tista ssewgi l-vidjo mużikali tad-diska Life Goes On li tagħmel parti minn dal-album.

 

Send this to a friend