Samuel Lucas – Page 36 – One News

Samuel Lucas

Notifiki

Vit miftuħ bi traskuraġni jħalli ħerba fl-appartamenti ta’ Puttinu f’Londra

Persuni li kienu qed jagħmlu użu mill-apartamenti ta’ Puttinu f’Londra allegatament ħallew vit miftuħ b’riżultat li għamel ħerba sħiħa. Filfatt kellhom jingħalqu żewġ appartamenti sabiex jissewwwew il-ħsarat.

L-għaqda Puttinu Cares ħalliet messaġġ fuq il-midja soċjali tispjega s-sitwazzjoni diffiċli li issa tinsab fiha hekk kif f’Jannar l-appartamenti f’Londra ser ikunu mizgħuda b’pazjenti li sejrin hemm għall-bone marrow transplants.

“Jiddispjaċina li xi kultant pazjenti ma japprezzawx biżżejjed u jieħdu dawn il-flats ‘for granted’ u bi traskuraġni jikkawżaw ħsarat u spejjeż, li b’naqra attenzjoni jistgħu jiġu evitati,”  qal kelliem għal Puttinu filwaqt li inkluda ukoll ritratti tal-ħsarat li ġarrbu żewġ appartamenti minħabba l-eċċess ta’ ilma li tħalla niezel f’waħda mill-kmamar tal-banju

“Għinuna għaliex dan il-proġett huwa tagħna l-Maltin u Għawdxin kollha,” temm jgħid Puttinu. Dan kien il-messaġġ tal-kelliem għal Puttinu Cares hekk kif saħaq sabiex min jgawdi minn l-użu ta’ dawn l-appartamenti jieħu ħsiebhom bħalma jieħu ħsieb daru.

Iċċelebrata l-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni

Illum f’Bormla qed tiġi ċċelebrata l-Festa tal-Immakulata Kunċizzjoni. Festa għal qalb ħafna bormliżi.

L-għola awtoritajiet tal-pajjiż fosthom il-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia attendew għall-quddiesa fi knisja ppakjata nies, imqaddsa mill-Arcisqof ta’ Malta Charles J. Scicluna.

Abbandunata s-sħubija bejn il-Melita u l-Vodafone

L-akkwist mill-Melita tan-negozju ta’ Vodafone ġie abbandunat wara li investigazzjoni dettaljata mill-Uffiċċju għall-Kompetizzjona (OFC) fi ħdan l-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA).

L-investigazzjoni saret wara li kien hemm riskju dwar impediment sinifikanti għal kompetizzjoni effettiva fis-suq.

Aqra aktar

Avvanzi fin-negozjati ta’ Brexit

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker qal li sar progress sostanzjali fit-taħdidiet ta’ Brexit.

B’dal-pass iwitti t-triq għal taħdidiet fuq ir-relazzjoni futura tar-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea.

Theresa May waslet Brussell wara li kellha diskussjonijiet matul il-lejl fuq il-kwistjoni tal-fruntiera Irlandiża.

Il-Prim Ministru Ingliż qalet li mhux se jkun hemm fruntieri iebsa u se jkun sostnut il-Ftehim tal-Ġimgħa l-Kbira, li kien żvilupp politiku fil-proċess tal-paċi tal-Irlanda ta’ Fuq.

Il-Gvern b’risposta għal stqarrija tal-RSF

Il-Gvern wieġeb għal stqarrija tal-organizzazjoni “Reporters Without Frontiers” wara li talbu għal investigazzjoni indipendenti fil-każ ta’ Daphne Caruana Galizia.

Fi stqarrija, l-Gvern qal li ma hemmx bażi għal implikazzjonijiet tal-RSF wara li allegaw li l-indaġni ma saritx b’mod indipendenti u li l-Gvern qed jagħti kenn politiku lill-persuni responsabbli għal qtil makabru tal-ġurnalista Maltija.

Il-Gvern tenna li l-forzi tal-ordni Maltin u anke dawk internazzjonali bħall-FBI u Europol għenu kollha sabiex jitressqu tliet suspettati quddiem il-qorti fil-5 ta’ Diċembru li għadda.

Aqra aktar

Mara u raġel vittmi ta’ hit and run f’Bormla.

Raġel u mara qed isofru minn ġrieħi ħfief wara li sfaw vittmi ta’ hit and run fi Triq Dom Mintoff, Bormla.

Il-vittmi, it-tnejn ta’ 35 sena ittajru għall-ħabta tas-1:20 ta’ filgħodu.

Huma itteħdu l-isptar Mater Dei għal aktar kura fejn wara ġew iċċertifikati li qed isofru minn ġrieħi ħfief.

ARA L-FILMAT: Żewġ karozzi jieħdu n-nar fil-Gżira.

Matul il-lejl li għadda għall-ħabta tas-1:30 ta’ filgħodu, żewġ karozzi tal-għamla Renault u Honda ħadu n-nar. L-każ seħħ fi Triq Turo Rizzo, il-Gżira

Fuq il-post issejħet l-għajnuna tal-Puluzija u membri mit-taqsima tal-Protezzjoni Ċivili li kkontrollaw in-nar .Huwa mifhum li ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident. Għadu mhux mifhmum jekk in-nar tqabbadx intenzjonalment.

Fuq il-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Aaron Bugeja.

Aqra aktar

Jinxtegħlu d-dwal tal-Milied fil-Belt Valletta

Dawk li jidħlu fil-Belt Valletta issa se jkunu qed jesperjenzaw l-atmosfera tal-Milied. Dan hekk kif il-ġimgħa filgħaxija, inxtegħlet Triq ir-Reppubblika bid-dwal tal-Milied.

Dwal li b’differenza minn snin preċedenti saru fuq stil barokk. Stil li jikkumplimenta l-istil arkittetoniku tal-Belt, li f’Jannar li ġej se tieħu t-titlu ta’ Kapitali Ewropea tal-Kultura 2018.

Iċ-Chairman tal-Fondazzjoni 2018 Jason Micallef qal li d-dwal inħadmu minn kumpanija internazzjonali Taljana.

Aqra aktar

AĠĠORNAT: Il-Qorti Ewropea tiċħad l-isfidi tal-Lvant tal-Ewropa dwar il-kwota tal-immigranti

Illum,Il-Qorti Ewropea ċaħdet l-isfidi li għamlu l-Ungerija u l-Islovakkja dwar il-kwota ta’ migranti li qed ifittxu ażil fejn kull membru stat tal-Unjoni Ewropea jrid jilqa’ numru ta’ persuni. Meta ressqu l-każijiet tagħhom quddiem il-Qorti Ewropea l-Ungerija u l-Islovakkja argumentaw li kien hemm żballji proċedurali u kif dawn il-kwoti xorta waħda ma kienux se jsolvu l-kriżi tal-migrazzjoni.

Aqra aktar

Send this to a friend