Samuel Lucas – Page 35 – One News

Samuel Lucas

Notifiki

ARA: Kif Malta mxiet għall-aqwa żmien

Analiżi ekonomika ta’ kif żviluppa pajjiżna fl-aħħar 10 snin turi li t-tmexxija ta’ Malta mill-moviment ta’ Joseph Muscat bidlet ta’ taħt fuq il-qagħda ekonomika ta’ pajjiżna.

Ir-riċerka fuq għaxar indikaturi ewlenin turi li f’kull każ, is-sitwazzjoni llum hi ħafna aħjar minn għaxar snin ilu, u l-istess meta mqabbla ma’ ħames snin ilu.

Aqra aktar

Bil-filmat: 7% inqas ilmenti għand l-ombudsman

Is-sena li għaddiet naqsu b’sebgħa fil-mija r-rapporti li daħlu għand l-Ombudsman Parlamentari.

Irrapurtat dan il-gażżetta Kullħadd, fejn fir-rapport annwali tiegħu, l-Ombudsman jikteb li fl-elfejn u sbatax daħlu għandu ħames mija u għoxrin każ bil-maġġoranza minnhom ssolvew bil-kelma t-tajba.

Aqra aktar

Patri Mark Montebello jagħlaq xahar iċċensurat

Tibqa’ tippersisti s-sitwazzjoni ta’ Patri Mark Montebello hekk kif wara xahar, il-kolonna tiegħu fil-gażżetta It-torċa kienet vojta għajr il-kliem “JAGĦLAQ XAHAR IĊĊENSURAT.”

Dan minkejja li l-Arċisqof Charles Scicluna avviċina lill-Provinċjal tal-Ordni Dumnikana sabiex tinstab soluzzjoni, ftit tal-jiem wara li Patri Mark ġie ċċensurat.

Patri Mark kien ordnat jiskot lura fit-tmienja ta’ Mejju, wara li kkritika lill-Knisja f’Malta għall-istrateġija li kienet qed tuża sabiex tiġġieled il-kwistjoni tal-emendi tal-liġi tal-IVF.

Intant b’reazzjoni għal din iċ-ċensura bosta servew ta’ spalla għal Patri Mark, fosthom Dun Ġorġ Dalli, li waqt il-programm Kalamita kien ħeġġeġ lil Patri Dumnikan ikompli jsemma’ leħnu.

Dalli wkoll kritika d-deċiżjoni tal-Knisja hekk kif tenna li deċiżjoni bħal din tieħu lill-Knisja lura fiż-żmien il-Medju Evu.

ARA: Kull 6 ġimgħat nirċievi mal-erba’ boroż demm

Ħajti tiddependi fuq l-għoti tad-demm peress li kull sitt ġimgħat nirċievi mal-erba’ boroż demm.

Dan kliem Claudine Muscat, żagħżuha li malli għalqet sena t-tabib induna li kellha l-kundizzjoni tat-Talassemija, li hija waħda mill-aktar kundizzjonijiet ġenetiċi fid-demm komuni fil-bniedem.

F’intervista ma’ One News, Claudine qalet din il-kundizzjoni tolqot ħażin iċ-ċellolil-ħomso tad-demm.

Min twieled b’din il-kundizzjoni ikollu iċ-ċelloli l-ħomor ta’ ġismu iżgħar minn normal, b’hekk inti ġismek jarhom bħala xi ħaġa mhux normali u jkun irid jeħles minnha b’riżultat li dawn iċ-ċelloli l-ħomor jibdew jitkissru u jitkissru b’rata iktar mgħaġġla li l-ġisem kapaċi jiġġenera.

Claudine qalet li minħabba din il-kundizzjoni tħossha għajjiena u dgħajfa.

Li tgħix b’livell ta’ demm baxx għandha effeti bħal li tgħejja iktar malajr għaliex inti il-ġisem qisu qed jipprova jikkumbati u jipprova jġib iktar ossiġnu. Jien inħossni jiġifieri meta nkun wasalt għad-demm biex sempliċiment nitla’ taraġ nibda’ inħossni naqta’ nifsi. Nitla’ taraġ ngħejja malajr u nibda’ inħoss qalbi vera tħabbat tgħaġġel.

Madankollu minkejja li din il-kundizzjoni hija ta’ piż fuq Claudine stqarret li dejjem sabet l-għajnuna l-aktar fejn jidħol l-għoti tad-demm.

Inħossni tassew ixxurtjata li ngħix f’pajjiż bħal Malta li hawn ġenerożitá kbira. Kulħadd li  kull fejn ikun hemm talba il-poplu Malti dejjem jattendi għaliha u dejjem bi ħġaru.

Id-domanda hija kbira u ma aħniex ngħidu hekk biex nesaġeraw. Din hija l-verità u l-unika mod kif jien nista’ ngħix huwa bili tagħtini id-demm.

Fid-dawl ta’ dan il-Maltin jistgħu jipprattikaw dan il-ġest sabiħ billi jattendu għall-attivita’ Bloody Late ġewwa iċ-Ċentru Esplora fejn ser jittellgħu diversi sessjonijiet informattivi li jgħarrfu lil dawk preżenti dwar dan is-suġġett.

Jekk inti tkun donatur tajjeb li titgħallem u tinforma ruħek sew anke bil-ġid li qed tagħmel. Kemm qed tgħin persuni  u għaliex qed tgħinhom u x’qed iwassal biex tgħin dawn il-persuni ?

Is-sessjoni tal-għoti tad-demm ser issir ġewwa Villa Bighi nhar il-Ġimgħa ħmistax ta’ Ġunju mis-sagħtejn sal-ħamsa ta’ filgħaxija u dawk informattivi ser isiru fiċ-Ċentru Esplora mis-sitta’ filgħaxija il-quddiem.

ARA: L-identità Maltija f’wirja tal-arti kontemporanja

Ikomplu l-attivitajiet kulturali tal-Valletta elfejn u tmintax, din id-darba b’wirja tal-arti kontemporanja bl-isem “Dal-Baħar Madwarha” li tesplora l-identità tal-abitanti tal-Gżejjer Maltin u l-Baħar Mediterran.

F’din il-wirja ġewwa ċ-Ċentru tal-Eżamijiet f’Sant’ Iermu, tnejn u għoxrin artist u artista rinomati, kemm Maltin u kif ukoll barranin tellgħu xogħolijiet artistiċi li jippreżentaw l-identità Maltija u Mediterranja.

Aqra aktar

BIL-FILMAT: Amy Marie Borg tgħaddi għas-semi finali tal-Britain’s Got Talent

Amy Marie Borġ ġiet assigurata post fil-“live shows” tal-Britain’s Got Talent wara li fl-aħħar episodju l-ġurija iddeterminat min ser ikun qed javvanza għall-fażi li jmiss tal-kompetizzjoni u min le.

Kien biss ftit tal-ġimgħat ilu li Amy iddebutat fil-Britain’s Got Talent b’rendizzjoni eċċellenti tal-diska klassika “Nella Fantasia” ta’ Ennio Morricone.

Il-filmat tal-prova tagħha fuq YouTube mis-sit uffiċċjali tal-Britain’s Got Talent kiseb popolarità qawwija fuq il-midja soċjali tant li l-filmat innifsu intwera  kważi żewġ miljun u nofs darba.

Issa jmiss nistennew is-semi finali ta’ din il-kompetizzjoni fejn fihom Amy ser tkun qed tkanta live quddiem il-ġurija u udjenzi kbar. B’kull prestazzjoni minn tagħha tiddetermina il-futur tagħha f’din il-kompetizzjoni.

Patri Montebello jibqa’ ċċensurat

Għal darboħra, l-gazzetta It-Torċa uriet kif ma kien hemm l-ebda żviluppi fil-kwistjoni tal-Patri Dumnikan, Patri Mark Montebello.

Dan hekk kif f’post il-kolonna tant popolari tal-Patri fil-gażżetta “It-Torċa”,  dehru il-kliem “Iċċensurat għat-tieni ġimgħa”

Dan minkejja li iktar kmieni din il-ġimgħa, l-Arċisqof Charles Scicluna avviċina lill-Provinċjal tal-Ordni Dumnikana sabiex tinstab soluzzjoni rigward din l-istess ċensura.

Patri Mark kien ordnat jiskot lura fit-tmienja ta’ Mejju wara li kkritika lill-Knisja f’Malta għall-istrateġija li kienet qed tuża sabiex tiġġieled il-kwistjoni tal-emendi tal-liġi tal-IVF.

B’reazzjoni għal din iċ-ċensura, kienu bosta li esprimew il-ħsibijiet tagħhom, fosthom Dun Ġorġ Dalli li waqt il-programm “Kalamita”, iktar kmieni din il-ġimgħa, faħħar lil Patri Mark għall-atteġjament tiegħu tul dan iż-żmien diffiċli.

 

Nammira lil patri Mark ukoll li obda anke jekk din l-ordni kienet ordni bla sens.

Huwa kompli jikkritika din id-deċiżjoni hekk kif fi kliemu, Patri Mark huwa persuna li jħobb il-Knisja u li jħobb jitkellem qrib il-poplu.

 

Mhux sabiħa anki li l-Knisja tidher li marret lura fi żmien il-medju evu.

Intant il-gazzetta “It-Torċa” rrapurtat li l-Provinċjal Fr. Frans Micallef nhar il-Ġimgħa tela’ Ruma.

Hemmhekk huwa mifhum li jista’ jiltaqa’ mal-Majjistru tal-Ordni Dumnikan, Fr Bruno Cadorè sabiex jiddiskutu l-kwistjoni taċ-ċensura flimkien mat-theddida li jekk jibqa’ ma jobdix ma’ l-ordnijiet li jingħatawlu, l-istess Patri jista’ jitlef l-ministeru tas-saċerdozju.

Jgħaddi mit-tieni qari l-abbozz dwar l-IVF – Delia ma jagħtix vot ħieles

B’36 vot favur u 29 kontra, l-Parlament illejla approva it-tieni qari tal-Abbozz ta’ Liġi li jemenda il-liġi dwar l-IVF. Ir-riżultat intlaqa’ b’applaws mill-membri tal-gvern. Il-Kap tal-Oppozizzjoni Adrian Delia ma tax vot ħieles minkejja li kien iddikjara li se jagħmel dan.

L-abbozz tressaq mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne.

Vot favur il-familji li jagħti vuċi lil min m’għandux

Intant fi stqarrija mill-Partit Laburista l-vot favur l-emendi fil-liġi tal-IVF illejla kien vot favur il-familji għax dawn l-emendi jaħsbu biex jagħtu tama ġdida lilll-koppja minn kull sitta f’pajjiżna li ssofri mill-kundizzjoni tal-infertilità.

Il-Partit Laburista qal li l-gvern qed iżomm mal-impenn elettorali tiegħu li jibdel din il-liġi b’mod li permezz tax-xjenza iktar persuni jingħataw iċ-ċans isiru ġenituri. Hija wkoll liġi bbażat fuq il-prinċipju tal-ugwaljanza. Prinċipju ewlieni fil-ħidma ta’ dan il-gvern.

Issa li l-liġi għaddiet mit-tieni stadju parlamentari l-Partit Laburista jemmen li l-gvern għandu jkun miftuħ għal suġġerimenti oġġettivi fi stadju ta’ kumitat u jtejjeb fejn meħtieġ dak propost. Dan sakemm ma tkunx imminata l-wiegħda elettorali li għandha twassal għal iktar familji kuntenti fis-soċjetà tagħna.

Għax pajjiżna m’għandux jibża’ mill-bidla. Malta m’għandiex tieqaf tibdel. U l-bidla li l-Parlament ivvota favuriha llejla hija bidla favur l-imħabba. Bħal mhi bidla favur l-imħabba l-għotja ta’ €10,000 lil dawk li jadottaw. Wiegħda elettorali oħra implimentata fl-aħħar jiem.

Jista’ jiġi pospost is-summit bejn Trump u Kim Jong-Un

Is-summit tant mistenni bejn il-President Amerikan Donald Trump u l-Mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong-Un jista’ jiġi pospost.

Qal dan il-President Amerikan Donald Trump fid-diskors tiegħu waqt li kien qed jilqa’ il-President tal-Korea ta’ Isfel Moon Jae-in ġewwa l-White House.

Rapporti mill-Korea ta’ Isfel qalu li Moon huwa mistenni jaqsam informazzjoni ma Trump dwar x’jista’ jkun qed jistenna mill-Mexxej ta’ Korea ta’ Fuq quddiem dan is-summit.

Send this to a friend