Samuel Lucas – Page 33 – One News

Samuel Lucas

Notifiki

BIL-FILMAT: Mara tweġġa gravi wara li ntlaqtet minn vettura f’Ħal Luqa

Mara ta’ sitta u sittin sena minn Ħal Luqa ġarrbet ġrieħi gravi wara li dalgħodu kienet involuta f’inċident tat-traffiku.

Il-każ seħħ fid-disgħa u kwart fi Triq Sant Andrija kantuniera ma’ Triq San Ġorġ f’Ħal Luqa, meta l-vittma ntlaqtet minn vettura misjuqa minn mara ta’ sebgħa u erbgħin sena mill-Imġarr.

Ambulanza ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei fejn ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.

Aqra aktar

BIL-FILMAT: L-effett tat-temperaturi għoljin fis-Sajf

Fl-aħħar jiem it-temperaturi bdew jitilgħu ġmielhom, bl-ogħla temperatura f’dawn il-jiem kienet ta’ sitta u tletin grad celcius, izda tinħass erbgħin.

Id-Direttur tal-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni mill-mard Paula Vassallo appellat lill-pubbliku sabiex f’dawn iz-zminijiet tas-sajf jieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji.

Importanti li nilbsu kappell u li jekk se noqgħodu dar, noqgħodu fl-iktar kamra friska jew f’sular ta’ isfel.

L-anzjani, it-trabi, it-tfal żgħar u nies b’mard kroniku huma l-aktar f’riskju li jintlaqtu minn temperaturi għoljin

Eżempju persuni bid-dimensja ma jkunux jafu li sħana għax anki ġisimhom ma jaddatx daqshekk. Għalhekk qraba iridu jieħdu ħsieb il-familjari tagħhom anki minħabba dehadration.

One News żar il-pjazza ta’ Raħal Ġdid u staqsa kif in-nies qed tilqa’ għas-sħana.

 

Alisson Becker jingħaqad ma’ Liverpool għal €75miljun

L-ex gowler tal-klabb taljan AC Roma, Alisson Becker mistenni jingħaqad mal-ġganti Ingliżi Liverpool wara li ffirmawh għal somma ta €75 miljun ewro.

Becker li għandu 25 sena vvjaġġa lejn l-Ingilterra, l-Erbgħa filgħaxija u ser ikun qed jagħmel t-testijiet mediċi fil-jiem li ġejjin.

Dan l-akkwist jkompli mal-akkwisti li riċentament għamlu Liverpool fejn fost oħrajn issa naqgħdu magħhom Naby Keità u Xherdan Shaqiri.

Becker li jifforma parti wkoll mit-tim internazzjonali tal-Brażil lgħab 49 logħba ma’ Roma tul l-aħħar kampjonat.

Immultat ħames ewro wara li ħa l-liġi b’idejh

Jimmy Paul Saliba ta’ tmienja u tletin sena ġie mmultat ħames ewro wara li ħa l-liġi b’idejh.

Fil-qorti ngħad li Saliba, li jaħdem bħala tekniku, ħa żewġ kompjuters tal-Kunsill Lokali tal-Fontana wara li baqa’ ma tħallasx ta’ tiswijiet li kien għamel fuq il-kompjuters tal-kunsill u apparat ieħor.

Il-Qorti semgħet kif sena u nofs wara li sar ix-xogħol, il-Kunsill iddeċieda li ma kienx se jħallsu għax is-servizz ma kienx approvat mill-kunsilliera, bil-ħlas mitlub kien eċċessiv.

Saliba instab ħati biss tal-ewwel akkuża u weħel multa ta’ ħames ewro.

16-il xahar ħabs wara li xehed falz fil-Qorti

Generoso Sammut ta’ erbgħa u sittin sena ġie kkundannat sittax-il xahar ħabs wara li nstab ħati li xehed falz.

Huwa ġie mixli bi sperġur, li kiser il-kundizzjonjiet b’rabta mal-ħelsien mill-arrest u li sar reċediv wara li xehed falz quddiem il-Maġistrat Anthony Ellul f’każ li jmur lura għall-2013.

Ħarġu mill-isptar qawwijin u sħaħ

It-tnax-il tifel li kienu salvati minn għar mgħarraq fit-Tajlandja tkellmu fil-pubbliku fuq dak li għaddew minnu għall-ewwel darba, fejn iddeskrivew il-mument tal-miraklu meta nstabu mill-bugħaddasa.

It-tfal kienu maqbuda fl-għerien Tham Luang għal iktar minn ġimagħtejn, u ħarġu mill-isptar kmieni l-Erbgħa filgħodu.

It-tnax, li huma membri ta’ team tal-football bl-isem Wild Boars, kienu lebsin il-flokk tat-team waqt il-konferenza tal-aħbarijiet li saret f’Chiang Rai.

Huma ntlaqgħu minn banner bil-kliem Bringing the Wild Boars Home fuq palk li kien iddisinjat biex jixbah grawnd tal-football.

It-tfal qalu li se jitgħalmu minn dak li għaddew minnu. Wieħed minnhom wiegħed li se joqgħod iktar attent u jgħix ħajtu bl-aħjar mod possibbli, filwaqt li tifel ieħor qal li l-esperjenza għallmitu jkun iktar paċenzjuż.

Il-kowċ, li kien salvat flimkien mat-tfal, fakkar il-memorja ta’ Saman Kunan, in-Navy Seal li miet waqt l-operazzjoni.

BIL-FILMAT: €100,000 għas-suċċess ta’ intraprendituri u riċerkaturi ġewwa l-Università

Hekk kif ninsabu fl-istaġun rinomat ma’ numru ta’ tiġijiet, il-kumpanija GET HITCHED qed tiffaċilita dan il-proċess billi permezz tal-website tagħhom, tlaqqa koppji li jridu jiżżewġu ma’ bejiiegħa ta’ prodotti tat-tiġijiet.

Jonathan Azzopardi Frantz, wieħed mill-fundaturi li l-kumpanija tiegħu qed tibenefika minn fond ta’ €14,400 spjega l-ħsieb wara dan il-proġett.

Jiffaċilita l-ħajja ta’ koppji li ħa jiżżewġu biex isibu servizzi b’mod faċli. Through Get Hitched din ħa tagħmilha in 3 easy steps li toħodlok 3-5 minutes. Bażikament timla ċertu kriterji. Ir-request tiegħek tmur għand ħafna vendors differenti u dawk li jkunu available for your date and your budget jikkuntatjawk lura huma.

Dan huwa wieħed mis-seba’ timijiet ta’ intraprendituri u riċerkaturi li rċevew total ta’ €100,000 fil-ħames edizzjoni tat-TAKEOFF Seed Funds Awards. Inizzjativa bejn l-Universita ta’ Malta u l-Ministeru għall-Ekonomija bl-għajnuna tal-business incubator fl-Universita.

Għal dawn il-progamm kien hemm total ta’ disgħa u tletin sottomissjoni li seba’ minnhom se jingħataw il-fondi biex matul is-sena d-dieħla jressqu l-inizzjattivi tagħhom eqreb lejn il-kummerċjalizzazzjoni.

Proġett rebbieħ ieħor huwa dak bl-isem ta’ The Huskie Craft Beer Company li ħa s-somma ta’ aktar minn 13-il elf. Ix-Xjentist Jean Bickle li wieħed mill-fundaturi spejga kif permezz ta’ din il-kumpanija huma qed jippruvaw joffru l-birrerija tagħhom lill-klijenti li jixtiequ jkollhom il-birra tagħhom u ta’ edizzjoni limitata.

Aħna bażikament li nagħmlu qegħdin nikrejaw birra differenti ta’ spiss. Aħna jiġi klijent għandna, jgħidilna nixtieq birra magħmula b’ċertu togħma, b’ċertu flavours differenti u aħna kapaċi permezz tat-tim li qegħdin u minħabba l-aparat li għandna nikrejaw dawn il-ħafna tipo ta’ birra differenti. Bażikament qegħdin jien li naħdem bħala xjentist, enġineer u chef – flimkien qegħdin l-aħjar tim biex inkunu nistgħu nagħmlu dan il-proġett possibli.

Preżenti għaċ-ċerimonja kien hemm ir-rettur tal-Università, il-Professur Alfred Vella li esprima s-sodisfazzjon lejn il-fatt li kull sena jkun hemm maturità u kambjament fil-proġetti li japplikaw.

Il-Ministru Chris Cardona kompla jispjega kif il-futur ekonomiku tagħna jiddependi fuq it-talent li nrawmu llum u permezz ta’ inizjattivi bħal dawn, il-gvern ikun jista’ tassew jistimula ħafna stejjer ta’ suċċess dwar kumpanija start-up.

 

Birkirkara FC jiffirmaw lil Carabott b’self minn Hibernians

L-istilla tal-futbol Malti tan-nisa Ylenia Carabott, ser tkun qed tingħaqad ma’ Birkirkara FC wara li l-klabb iffirmaha b’self għal sena minn Hibernians FC.

Il-klabb ta’ Birkirkara ħabbar dan fi stqarrija fuq Facebook fejn spjegaw li l-kuntratt ser ikun iffinallizzat fil-jiem li ġejjin. Dan sabiex hija tkun eliġibbli tilgħab ukoll għat-tim il-ġdid tagħha fil-kompetizzjoni tal-UEFA Champions League tan-nisa bejn is-6 u t-13 ta’ Awwissu fl-Ukrajina.

Carabott rebħet disa’ darbiet l-premju tal-aqwa taop scorer f’pajjiżna bi tmienja minnhom jiġu kollha wara xulxin bejn l-2009 u l-2017. B’kollox hija skurjat 334 gowl f’totall ta 257 logħba.

Carabot hija wkoll plejer strumentali għat-tim nazzjonali Malti tan-nisa bid-debut tagħha jasal fl-2005. Hija rnexxiela ssib ix-xibka 19-il darba f’73 logħba.

 

Il-Pulizija twieġeb dwar tgħawwiġ tal-fatti minn Matthew Caruana Galizia

Il-Pulizija ċaħdet rapporti fil-midja li allegaw li diversi Pulizija ma telgħux jixhdu fil-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront tat-tliet irġiel mixlija bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li permezz tal-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispetturi Keith Arnaud u Kurt Zahra, it-Tlieta filgħodu kienet preżenti fl-awla u kompliet tippreżenta aktar evidenza fil-konfront tal-akkużati, u anke talbet lill-qorti sabiex taħtar iżjed esperti sabiex jagħmlu traduzzjonijiet tad-dokumenti li diġà ġew ippreżentati.

L-istqarrija ċaħdet ukoll allegazzjoni li saret fi tweet minn Matthew Caruana Galizia, li inċidentalment ma kienx preżenti fl-awla. Fi tweet huwa allega li tmien Pulizija ma telgħux jixhdu u li skont hu dan kien juri n-nuqqas ta’ interess tal-Gvern li jiġi solvut il-każ.

Fil-fatt allega li dan sar sabiex id-difiża terġa’ titlob għall-ħelsien mill-arrest.

 

For today’s court sitting, EIGHT @MaltaPolice officers and forensic experts were set to testify against #DaphneCaruanaGalizia‘s executors. NOT A SINGLE ONE of them turned up. The defence will now request bail again, claiming the state is not displaying an interest in the case.

— Matthew Caruana Galizia (@mcaruanagalizia) July 17, 2018

 

Fl-istqarrija tagħha l-Pulizija kkonfermat li x-xhieda li ma tellgħux jixhdu kienu esperti tal-Qorti u mhux uffiċjali tal-Pulizija. Ingħad li x-xhieda kkonfermaw li dawn ma setgħux jitilgħu jixhdu minħabba li għadhom qed iħejju r-rapporti tagħhom jew inkella nqabdu fuq xogħol ieħor tal-qorti.

Il-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront tat-tliet akkużati tinsab fi stadju avvanzat ħafna tant li diġà saru 14-il seduta u xehdu ‘l fuq minn 100 xhud li ttellgħu mill-Prosekuzzjoni.

ONE News jinsab infurmat li l-esperti tal-Qorti li kellhom jixhdu dalgħodu kienu Dr Mario Scerri, il-Patoloġista Marie Therese Camilleri, Dr Daniel Vella, Dr Mario Buttigieg u l-espert Keith Cutajar.

Fis-seduta tat-Tlieta filgħodu l-Ispettur Arnaud spjega li wħud mix-xhieda kienu għadhom qegħdin iħejju r-rapport tagħhom jew nqabdu fuq xogħol ieħor. Żied li wħud minnhom ser jixhdu l-Ħamis li ġej.

Fil-Qorti l-prosekuzzjoni ppreżentat ukoll evidenza li tissostanzja l-akkużi ta’ reċedività li għandhom l-akkużati.

Send this to a friend