Samuel Lucas – Page 32 – One News

Samuel Lucas

Notifiki

BIL-FILMAT: Malta fuq quddiem fl-isfida tal-immigrazzjoni

“Malta m’għadiex waħedha”

Dan kien kliem il-Ministru Franċiża għall-affarijiet Ewropej Nathalie Loiseau dwar il-problema tal-immigrazzjoni fl-Ewropa.

Dan hekk kif waqt konsultazzjoni pubblika bl-isem “Għid Tiegħek dwar l-Ewropa” u li ndirizzat it-temi tal-immigrazzjoni u l-integrazzjoni, Loiseau spjegat kif Malta ilha tħabbatha mal-problema tal-immigrazzjoni mill-2002.
Aqra aktar

“L-aktar baġit soċjali fl-aħħar snin” – l-MEP Miriam Dalli

“Il-Baġit 2019 wera biċ-ċar li l-Gvern Laburista għandu direzzjoni fejn sejjer.” L-MEP tal-Partit Laburista Miriam Dalli qalet li fl-aħħar snin Gvern Laburista ppreżenta baġits biex jissoda s-sisien ekonomiċi ta’ pajjiżna u dan il-baġit qed jagħti l-għajnuna lil dawk li għandhom l-aktar bżonn.

Meta kienet qed tindirizza attività fiċ-Ċentru Laburista fin-Naxxar, Miriam Dalli qalet li f’pajjiżna għandna gruppi ta’ nies li mxew ħafna ‘l quddiem imma oħrajn li ma mxewx ‘il quddiem bl-istess ritmu. Għalhekk li kien importanti li dan il-baġit jagħti għajnuna lill-familji u persuni vulnerabbli li għandhom l-aktar bżonn.

Fost il-miżuri l-aktar soċjali f’dan il-budget, Miriam Dalli idenitfikat iż-żieda għal darb’oħra fil-pensjoniet, aktar benefiċċji għal persuni b’diżabilita, żieda fic-children’s allowance għal dawk il-ġenituri b’paga minima u għajnuna lil dawk ta’ aktar minn erbgħin sena biex huma wkoll ikunu jistgħu jsiru sidien ta’ djarhom.

“L-aktar miżura għall-qalbi li tindirizza lill-familji u liż-żgħażagħ hija t-tneħħija tal-ħlasijiet għall-eżamijiet tas-SEC u l-MATSEC. Din hija miżura li tagħti opportunità lil kull student biex jimxi ‘l quddiem irrelevanti jekk il-ġenituri tiegħu jifilħux iħallsu jew le,” sostniet Miriam Dalli.

“Gvern Laburista dejjem kellu għal qalbu l-edukazzjoni għal kulħadd u din il-miżura tkompli ssostni t-twemmin tal-Partit billi qed tpoġġi fil-prattika il-valuri li bħala Partit Laburista dejjem emminna fihom – li jkollna soċjetà ġusta u li kulħadd jingħata opportunità biex jirnexxi”, żiedet tgħid Dr Dalli.

Fid-dawl ta’ dan kollu Dr Dalli saħqet li huwa importanti li naċċertaw ruħna li l-ekonomija tibqa’ b’saħħitha u għalhekk rridu nkomplu nsostnu l-viżjoni tagħna għal pajjiżna. “Pajjizna jrid jibqa’ jkun minn ta’ quddiem nett biex jidħol f’niċeċ ekonomiċi ġodda, qabel pajjiżi oħra,” sostniet Miriam Dalli.

Għalhekk li Malta trid tkompli tħares lejn niċeċ ekonomiċi godda u nsostnu dawn l-industriji, bħal pereżempju l-industrija teknoloġika inkluz il-Blockchain, Artificial Intelligence, Internet of Things u Distributed Ledger Technology, qalet Miriam Dalli.

“Din hija t-triq ‘il quddiem, hekk kif pajjiżna huwa l-ewwel pajjiż fl-Unjoni Ewropea li qiegħed jirregola u jdaħħal liġijiet li jirregolaw oqsma bhal Crypto Currencies u Blockchain,” sostniet Miriam Dalli filwaqt li żiedet tgħid, “irridu wkoll inħarsu lejn industriji ġodda, b’mod partikulari teknoloġija nadifa biex naraw kif nistgħu nattiraw produzzjoni ta’ teknoloġija nadifa u b’hekk inkomplu noħolqu l-ġid u nżidu l-impjiegi ta’ kwalità.”

Waqt din l-attivita, l-MEP Miriam Dalli ddiskutiet ma’ dawk preżenti diversi suggetti inkluż Brexit u r-relazzjonijiet bejn Malta u l-Ingilterra wara Brexit, il-kwalità tal-ħajja fin-Naxxar, l-ambjent u ż-żgħażagħ.

ARA: Adrian Delia maqtugħ mir-realtà ta’ pajjiżna

F’dik li kienet l-ewwel intervista fuq NET FM wara l-Baġit, il-kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia kompla juri li huwa maqtugħ mir-realtà li qed jgħixu n-nies f’pajjiżna.

Dan hekk kif il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tul intervista ta’ ftit inqas minn nofs siegħa ntilef f’dagħdiha ta’ negattività partikolarment mmirata lejn il-Baġit ta’ nhar it-Tnejn li għadda. Aqra aktar

BIL-FILMAT: 14-il persuna arrestata waqt rejd fis-Swatar

Rejd mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga f’maħżen fis-Swatar wassal għall-arrest ta’ mhux inqas minn 14-il persuna.

Il-każ seħħ għal ħabta tad-09:15 fi Triq il-Vittmi tal-Gwerra fis-Swatar hekk kif il-Pulizija fil-ġimgħat li għaddew rċeviet diversi rapporti ta’ attività relatata ma’ droga fl-inħawi.Aqra aktar

Il-UHM tirreaġixxi b’mod pożittiv għall-budget 2019

Il-UHM- Voice of the Workers laqa’ l-miżura tal-baġit 2019 li se tara żieda oħra fil-pensjonijiet. F’kummenti ma’ one.com.mt, il-Kap Eżekuttiv Josef Vella qal ukoll li dan il-baġit huwa miżgħud b’aspetti pożittivi, bħat-tneħħija tal-miżati minn fuq l-eżamijiet tal-MATSEC, il-ġurnata leave żejda għall-ħaddiema, u li aktar mediċini se jkunu disponibbli.

“Ridt inneħħi ħajti b’idejja” – Ivan Gaffiero jitkellem dwar il-kundizzjoni tat-temtim

“Ma kinitx faċli. Kien hemm mumenti meta bkejt. Kien hemm mumenti meta ridt inneħħi ħajti b’idejja.”

Lejlet il-jum dinji għat-temtim, il-preżentatur Malti Ivan Gaffiero tkellem dwar il-vjaġġ xejn faċli li għadda minnu sa minn meta kien tifel ċkejken. Meta kien diġà jaf li ried karriera pubblika, iżda kien ukoll konxju li t-temtim seta’ jkun ta’ impediment għal dak li xtaq.

Mad-daqqa t’għajn, meta wieħed jarah fuq il-palk jew jisimgħu fuq ir-radju, forsi dak li jkun ma jindunax, iżda Ivan ħadna lura għal żmien meta kien isibha diffiċli biex ilissen kelma.

 

Spjega li “Meta kelli disa’ snin f’jum minnhom f’salt wieħed bdejt intemtem jiġifieri quddiem in-nies hekk u tipo x’kienet di. Qisa’ xokk li tipprova toħroġ il-kliem u ma tistax. Kienet naqa panic kemm għalija u kemm għan-nies li kienu qegħdin miegħi. Tipo x’ġaralu t-tifel pereżempju. Ehe kienet il-kundizzjoni tat-temtim.”Aqra aktar

Ħbiet id-droga kokaina fil-ħwejjeġ ta’ taħt

Hendrick Albert ta’ 35 sena u Brigitte Moese ta’ 20 sena, it-tnejn b’passaport Franċiż tressqu il-Qorti akkużat b’importazzjoni u intenzjoni li jitraffikaw u li kien kompliċi bi traffikar ta’ droga kokaina. Moese ġiet akkużata wkoll bil-pusses ta’ droga.

Aqra aktar

Send this to a friend