Samuel Lucas | One News - Part 31

Samuel Lucas

Notifiki

‘Fast Track’ disponibbli f’Għawdex ukoll

Is-sidien tan-negozji f’Għawdex issa ser ikunu jistgħu igawdu mill-programm popolari ferm tal-e-commerce ‘Fast Track’ wara kollaborazzjoni  bejn il-Ministeru għal Għawdex u l-Malta Communications Authority.

Habbret dan il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana wara żjara fil-kumpless tal-artiġjanat f’Għawdex, ta’ Dbieġi fil-limiti tal-Għarb.

Il-Ministru tenniet li huwa permezz ta’ korsijiet ta’ dan it-tip li s-sidien ikunu jistgħu jkomplu jlaqħu ma dinja iktar mgħaġġla u jkunu iktar preparati sabiex jirreklamaw l-prodotti tagħhom fuq l-midja soċjali u siti tal-internet.

Dan il-kors ser ikun qed jipprovdi opportunità sabiex operaturi tan-negozji jkunu jistgħhu jiffamiljariżżaw ruħhom u saħansitra joħolqu pjattaformi sabiex jilħqu iktar konsumaturi. Permezz ta’ dan il-kors ukoll operaturi ser jiksbu ħiliet sabiex jidħlu fis-suq virtwali. Suq li fid-dinja tal-illum huwa sors ekonomiku qawwi.

Titneħħa pjattaforma minn quddiem stabbiliment f’San Ġiljan

Il-pjattaforma fit-triq quddiem stabbiliment f’San Ġiljan tneħħiet wara kontrolli neċessarji.

Waqt seduta parlamentari lbieraħ il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg wieġeb għall-mistqosija mill-Oppożizzjoni rigward din il-pjattaforma li tpoġġiet fit-triq min stabbiliment f’San Ġiljan.

Il-Ministru Borġ tenna kif din kienet konformi mal liġi tal-Awtorità tal-Ippjanar hekk kif għaddiet mill-proċessi kollha kif tirrikjedi il-liġi tal-ippjanar. Wieħed mill-proċessi saħansitra kien jinkludi perjodu fejn f’każ ta’ oġġezzjoni, l-pubbliku u entitajiet, inklużi kunsilli lokali setgħu jissottomettu l-oġġezzjonijiet tagħhom.

Aqra aktar

FILMAT : Qabda ta’ sitt tunnellati kannabis fi triqitha lejn Malta

Nhar l-Erbgħa li għadda, dġħajsa bi vjaġġ lejn Malta minn Ċipru ġiet interċettata mill-Gwardji kostali Griegi mgħobbija b sitt tunnellati kannabis.

Huwa maħsub li t-totall tal-kannabis kollha mgħobbija fuq d-dgħajsa jammonta għal valur totali ta’ €71 miljun ewro.

Sorsi jgidu li sitt irġiel Sirjani ġew arrestati abbord id-dgħajsa.

Il-Partit Laburista jieħu l-pożizzjoni tal-pajjiż

Fi stqarrija mid-delegazzjoni tal-Partit Laburista fil-Parlamanent Ewropew ġie ddikjarat li kull tentattiv u attakk li jipprova jimmina s-servizzi finanzjarji ta’ Malta se jsib reżistenza qawwija mill-istess delegazzjoni. Anke jekk tentattivi tal-istess natura jiġu mill-istess grupp politiku.

Id-delegazzjoni innotat ukoll li bħal dejjem se jibqgħu jiġġieldu sabiex tiġi protetta s-sistema ta’ tassazzjoni ta’ pajjiżna. Sistema trasparenti u konformi mal-liġijiet tal-Unjoni Ewropeja u l-istandards tal-OECD hekk kif ikkonferma l-kumitat tal-PANA aktar kmieni din is-sena.

L-istqarrija tikxef ukoll li hemm Membri Parlamentari Ewropej li minħabba xi raġuni jew oħra qed jiskomodaw ruħhom fuq s-suċċess li Malta qed tikseb meta qed tiġi biex tattira l-investiment lejha. Investiment dirett barrani li huwa ferm akbar mill-medja Ewropea.

Vit miftuħ bi traskuraġni jħalli ħerba fl-appartamenti ta’ Puttinu f’Londra

Persuni li kienu qed jagħmlu użu mill-apartamenti ta’ Puttinu f’Londra allegatament ħallew vit miftuħ b’riżultat li għamel ħerba sħiħa. Filfatt kellhom jingħalqu żewġ appartamenti sabiex jissewwwew il-ħsarat.

L-għaqda Puttinu Cares ħalliet messaġġ fuq il-midja soċjali tispjega s-sitwazzjoni diffiċli li issa tinsab fiha hekk kif f’Jannar l-appartamenti f’Londra ser ikunu mizgħuda b’pazjenti li sejrin hemm għall-bone marrow transplants.

“Jiddispjaċina li xi kultant pazjenti ma japprezzawx biżżejjed u jieħdu dawn il-flats ‘for granted’ u bi traskuraġni jikkawżaw ħsarat u spejjeż, li b’naqra attenzjoni jistgħu jiġu evitati,”  qal kelliem għal Puttinu filwaqt li inkluda ukoll ritratti tal-ħsarat li ġarrbu żewġ appartamenti minħabba l-eċċess ta’ ilma li tħalla niezel f’waħda mill-kmamar tal-banju

“Għinuna għaliex dan il-proġett huwa tagħna l-Maltin u Għawdxin kollha,” temm jgħid Puttinu. Dan kien il-messaġġ tal-kelliem għal Puttinu Cares hekk kif saħaq sabiex min jgawdi minn l-użu ta’ dawn l-appartamenti jieħu ħsiebhom bħalma jieħu ħsieb daru.

Iċċelebrata l-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni

Illum f’Bormla qed tiġi ċċelebrata l-Festa tal-Immakulata Kunċizzjoni. Festa għal qalb ħafna bormliżi.

L-għola awtoritajiet tal-pajjiż fosthom il-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia attendew għall-quddiesa fi knisja ppakjata nies, imqaddsa mill-Arcisqof ta’ Malta Charles J. Scicluna.

Abbandunata s-sħubija bejn il-Melita u l-Vodafone

L-akkwist mill-Melita tan-negozju ta’ Vodafone ġie abbandunat wara li investigazzjoni dettaljata mill-Uffiċċju għall-Kompetizzjona (OFC) fi ħdan l-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA).

L-investigazzjoni saret wara li kien hemm riskju dwar impediment sinifikanti għal kompetizzjoni effettiva fis-suq.

Aqra aktar

Avvanzi fin-negozjati ta’ Brexit

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker qal li sar progress sostanzjali fit-taħdidiet ta’ Brexit.

B’dal-pass iwitti t-triq għal taħdidiet fuq ir-relazzjoni futura tar-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea.

Theresa May waslet Brussell wara li kellha diskussjonijiet matul il-lejl fuq il-kwistjoni tal-fruntiera Irlandiża.

Il-Prim Ministru Ingliż qalet li mhux se jkun hemm fruntieri iebsa u se jkun sostnut il-Ftehim tal-Ġimgħa l-Kbira, li kien żvilupp politiku fil-proċess tal-paċi tal-Irlanda ta’ Fuq.

Il-Gvern b’risposta għal stqarrija tal-RSF

Il-Gvern wieġeb għal stqarrija tal-organizzazjoni “Reporters Without Frontiers” wara li talbu għal investigazzjoni indipendenti fil-każ ta’ Daphne Caruana Galizia.

Fi stqarrija, l-Gvern qal li ma hemmx bażi għal implikazzjonijiet tal-RSF wara li allegaw li l-indaġni ma saritx b’mod indipendenti u li l-Gvern qed jagħti kenn politiku lill-persuni responsabbli għal qtil makabru tal-ġurnalista Maltija.

Il-Gvern tenna li l-forzi tal-ordni Maltin u anke dawk internazzjonali bħall-FBI u Europol għenu kollha sabiex jitressqu tliet suspettati quddiem il-qorti fil-5 ta’ Diċembru li għadda.

Aqra aktar

Mara u raġel vittmi ta’ hit and run f’Bormla.

Raġel u mara qed isofru minn ġrieħi ħfief wara li sfaw vittmi ta’ hit and run fi Triq Dom Mintoff, Bormla.

Il-vittmi, it-tnejn ta’ 35 sena ittajru għall-ħabta tas-1:20 ta’ filgħodu.

Huma itteħdu l-isptar Mater Dei għal aktar kura fejn wara ġew iċċertifikati li qed isofru minn ġrieħi ħfief.

Send this to a friend