Samuel Lucas – Page 30 – One News

Samuel Lucas

Notifiki

BIL-FILMAT: Tnejn l-isptar wara ħabta f’Santa Venera

Żewġt irġiel Taljani ttieħdu l-isptar wieħed minnhom bi ġrieħi ta’ natura gravi wara ħabta fi Triq San Ġużepp f’Santa Venera, kmieni il-Ħadd filgħodu.

Kienu għall-ħabta ta’ 04:45 ta’ filgħodu meta karozza tat-tip Peugeot 106 misjuqa minn Taljan ta’ 36 sena residenti San Pawl il-Baħar u vettura tat-tip VW Passat misjuqa minn raġel ta’ 34 sena minn Santa Venera kienu nvoluti f’ħabta.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel Taljan flimkien mal-passiġġier tiegħu, Taljan ta 42 sena minn Ħal Balzan, l-isptar Mater Dei.

Aqra aktar

L-Għannej tal-Mulej jiddaħħal l-Isptar

Ħafna jsejħulu Ġorġ oħrajn bħala Ġorġ tal-Mużew madankollu l-maġġoranza tan-nies jafuh aħjar bħala l-Għannej tal-Mulej.

Ġorġ Agius rebaħ post f’qalb ħafna Maltin wara li qatta parti kbira minn ħajtu jżur lil nies morda u anzjani fl-isptarijiet sabiex jferraħħhom u jwennishom permezz ta’ taqbila wara l-oħra mimlijin kliem ta’ ferħ u kuraġġ.

Ħafna jirrakuntaw, kif dlonk kien jerħila lejn l-isptar kuljum fil-ħamsa ta’ filgħodu.

Madankollu llum il-folja nqalbet ta’ taħt fuq hekk kif issa kien imiss li hu jidaħħal l-isptar.

Ġorġ li issa għandu tnejn u disgħin sena qed jingħata l-kura fl-isptar Mater Dei wara li saħħtu bdiet sejra lura.

Minkejja li Ġorġ tul dawn l-aħħar snin ma setax jibqa’ jmur l-isptar minħabba saħħtu hu kien jibqa’ jżomm lill-pazjenti kollha f’talbu.

Illum Ġorġ ħa lura dak li ta hu għal ħafna snin. Matul il-ġurnata wieħed seta’ jinnota kif fuq il-midja soċjali ħafna żammew f’moħħhom lil din il-persuna li tant kienet ta’ faraġ għal ħaddieħor.

One News jawgura lil Ġorġ fejqan ta’ malajr.

Kważi magħna r-raba’ edizzjoni tal-Ġimgħa Ewropea tal-Isport

Għaddejjin l-aħħar tħejjijiet għar-raba’ edizzjoni tal-Ġimgħa Ewropea għall-Isport, li mistennija tkun l-ikbar edizzjoni li qatt ra pajjiżna.

Din il-ġimgħa sportiva li se tittella’ fl-aħħar ġimgħa ta’ Settembru hija inizjattiva tal-Kummisjoni Ewropea sabiex tippromovi l-isport u l-attività fiżika mal-Ewropa kollha.Aqra aktar

Il-Prim Minsitru sorpriż bis-suċċess ta’ LEAD

Wara s-suċċess li kiseb il-programm LEAD għal darb oħra l-Partit Laburista nieda sejħa oħra sabiex aktar nisa jitħajru jidħlu f’dan il-programm li jqarribhom u jgħallimhom fuq il-Politika Maltija.

Dan kollu bil-għan li tiżdied il-parteċipazzjoni femminili fil-Parlament Malti.

B’reazzjoni għal dan il-Ħadd filgħodu fuq ONE RADIO il-Prim Ministru Joseph Muscat stqarr li kien sorpiż għall-aħħar bis-suċċess li kiseb dan il-proġett mmexxi f’idejn il-Membru Parlamentari Ewropew Miriam Dalli.Aqra aktar

Soluzzjoni temporanja fuq l-armar tal-festa li mblokka l-aċċess għal bankina f’Birkirkara

Il-Kumitat Festa Sant’ Elena sab soluzzjoni temporanja wara li armar tal-festa mblokka l-aċċess għal bankina f’Birkirkara.

Dan wara li iktar kmieni dalgħodu bosta kienu urtati bil-fatt li nies b’diżabbiltá ma setgħux jaċċessaw ATM minħabba li r-rampa quddiema kienet imblukkata b’armar tal-festa.

Il-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD) iktar kmieni illum esprimiet d-diżappunt għall-fat li dan l-armar imblokka l-aċċess għal bankina għal persuni li jużaw is-siġġu tar-roti. 

Fi stqarrija, il-Kummissjoni spjegat li biswit il-Bażilika ta’ Santa Elena ġie armat anġlu fuq kolonna quddiem rampa li toffri aċċess għall-bankina u għal ATM.

Send this to a friend