Samuel Lucas – Page 28 – One News

Samuel Lucas

Notifiki

15-il krejn ġdid għall-Freeport ta’ Malta

B’investiment ta’ €31 miljun fl-operat u infrastruttura fil-Port Ħieles ta’ Malta, inġiebu 15-il krejn ġdid li jiswew madwar €20 miljun ewro u li ser jassiguraw inqas emisjonijiet u storbju għar-residenti tal-madwar.

Il-krejnijiet ġodda magħrufa bħala RTGs – Rubber Tyred Gantry Cranes, jintużaw biex jgħabbu u jniżżlu l-kontejners minn fuq il-vapuri tal-merkanzija, kif ukoll biex jitpoġġew minn post għall-ieħor madwar il-Port Ħieles.Aqra aktar

L-immigrazzjoni diskussa fis-Summit tal-5+5 f’Malta

Il-mexxejja tas-Summit tal-5+5 qablu b’mod unanimu li jsaħħu l-koperazzjoni fil-ġlieda tagħhom kontra l-immigrazzjoni illegali u  sabiex jitkissru ċ-ċrieki kriminali ta’ traffikanti tal-bnedmin.

Il-ħmistax-il edizzjoni ta’ din il-laqgħa li saret f’Malta, għal darb’oħra ġabret għaxar Ministri tal-Affarijiet Barranin minn pajjiżi Ewropej u Afrikani sabiex jiddiskutu temi kurrenti.Aqra aktar

“Iddeċiedu x’se tagħmlu bikom infuskhom” – Portelli lill-fazzjoni ta’ Busuttil


“Min għadu ma tistax tinżillu din irid jiddeċiedi x’ser jagħmel bih innifsu.”

Hekk sostna l-Kap tal-midja tal-Partit Nazzjonalista Pierre Portelli l-għada li ssejjaħ rally b’appoġġ għall-Kap Nazzjoanalista Adrian Delia.

Portelli qal “Min għadu ma tistax tinżillu din irid jiddeċiedi x’ser jagħmel bih innifsu. Ma jistax ikun jibqa’ jipprova juża il-gażżetti…  joqgħod itihom naqa naqra dawn l-iżviluppi ħafna minnom ivvintati.”

L-id il-leminija ta’ Delia rreaġixxa għal rapporti mhux miċħuda fil-midja fejn ingħad li bosta deputati Nazzjonalisti qegħdin jiġbru l-firem biex Delia jitneħħa minn Kap tal-Oppożizzjoni.Aqra aktar

Kemm-il koppja miżżewġa jagħżlu li jżommu kunjom il-mara?

Hekk kif daħlet fis-seħħ l-liġi l-ġdida tal-kunjomijiet, sitt koppji għażlu li jżommu l-kunjom tal-mara.

Dan intqal wara statistika minn Identity Malta fejn ħareġ li minn totall ta’ 2,536 żwieġ fl-aħħar sena, sitt koppji għażlu li jżommu l-kunjom tal-mara, filwaqt li 242 koppja kkumbinaw il-kunjomijiet tagħhom.Aqra aktar

Malti jirrakkonta meta Schumacher ipponta lejh meta kien qed joħodlu ritratt


Wara karriera li ġabet magħha 7 kampjonati dinjin b’91 rebħa fil-Formula 1, illum Michael Schumacher għalaq 50 sena. Tragward ieħor wara li inċident sfortunat 5 snin ilu waqt btala fl-Alpi Franċiżi ħalla lill-leġġenda Ġermaniża f’qagħda kritika.

L-inċident seħħ f’Diċembru tal-2013 meta Schumacher tilef il-kontroll waqt li kien qed jiskijja u ħabat rasu ma’ ġebla, b’riżultat  li spiċċa f’koma għal 6 xhur. Madankollu f’Ġunju ta’ 4 snin ilu ttieħed f’daru biex ikompli bir-rijabilitazzjoni.

Id-dettalji kollha tal-każ u l-qagħda fiżika ta’ Schumacher dejjem baqgħu magħluqa bejn l-erba’ ħitan ta’ daru. Qrabata żammew is-silenzju għajr għal ftit stqarrijiet fosthom dik li ħarġet fl-aħħar sigħat biex tgħid li Schumi, kif kien l-magħruf, qed jirċievi l-aqwa trattamenti possibli.

Qalu li s-silenzju huwa skont ix-xewqat li wera Schumacher.Aqra aktar

Sena ta’ investiment kbir fl-infrastruttura ta’ Malta

Waqt li ninsabu ftit jiem biss ‘il bogħod mill-bidu ta’ sena ġdida, l-elfejn u tmintax se ttemm kapitlu ieħor ta’ xogħol estensiv fil-qasam infrastrutturali ta’ pajjiżna.

Sena li matulha saru bosta proġetti infrastrutturali bil-għan li jnaqqsu l-problema tat-traffiku u l-tniġġis fl-arja. Dan b’investiment ta’ aktar minn sittin miljun ewro.Aqra aktar

Send this to a friend