Samuel Lucas – Page 25 – One News

Samuel Lucas

Notifiki

Jattakkaw lil Delia għax impjega l-mara ta’ ħuh

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia jinsab fil-mira ta’ kritika ġdida, din id-darba għax sab impjieg ġdid fil-Partit Nazzjonalista għal mara ta’ ħuh, Claudette Delia.

Irrapurtat dan il-gazzetta Kullħadd wara li fl-aħħar ġimgħat, Claudette Delia bdiet tidher ta’ kuljum fil-kurituri tad-Dar Ċentrali, bil-preżenza tagħha tqajjem bosta mistoqsijiet.Aqra aktar

Is-Seabin se jgħin iżomm l-ibħra tagħna nodfa

Hekk kif tul is-sena madwar 20 miljun tunnellata ta’ skart, ħafna minnu plastik, jintrema l-baħar, qed jittieħdu aktar miżuri sabiex tintrebaħ din il-ġlieda kontra dan it-tniġġis.

Fost dawn il-miżuri hemm il-kontenitur tal-iskart bl-isem Seabin. Għodda li titniżżel fil-baħar u li permezz tagħha jinġibed l-ilma minn taħt. Hekk l-ilma jgħaddi minn filter li fih jiġbor l-iskart li jkun inġibed.Aqra aktar

AĠĠORNAT: Raġel bi ġrieħi ħfief wara ħabta bejn mutur u karozza f’Ħaż Żebbuġ

Raġel ittieħed l-isptar wara li kien involut f’ħabta ma’ karozza f’Ħaż Żebbuġ tard il-Ħadd filgħaxija. Huwa qed isofri minn ġrieħi ħfief.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-23:00 meta karozza tat-tip Daihatsu Sirion ħabtet ma mutur tat-takeaway fi Triq Mons. Mikiel Azzopardi f’Ħaż Żebbuġ, magħrufa aħjar bħala l-Benniena.

Aqra aktar

Jaslu lura wara vjaġġ ta’ 1,200km minn Vjenna għal Milan

Is-Sibt filgħaxija reġgħu lura Malta t-tmienja u għoxrin ċ-ċiklist tal-Fondazzjoni Alive.

Dan wara li ħallew pajjiżna sabiex jaqdfu elf u mitejn kilometru minn Vjenna għal Milan.

L-għan wara din l-isfida kien li jinġabru flus għall-Fond tar-Riċerka, l-innovazzjoni u l-Iżvilupp fi ħdan l-Università ta’ Malta sabiex jkompli l-istudju dwar il-kanċer.Aqra aktar

1.5 miljun persuna vittmi ta’ ‘hacking’

Kwart tal-popolazzjoni ta’ Singapore sfaw vittmi ta’ dejta personali misruqa.

Dan wara li l-hackers irnexxielhom jaċċessaw l-informazzjoni tal-isptar tal-gvern bil-konsegwenza li serqu dettalji ta’ aktar minn miljun u ħames mitt elf persuna li rrikorrew għas-servizzi tas-saħħa bejn Mejju ta’ tliet snin ilu sal-bidu ta’ Lulju ta’ din is-sena.

Aqra aktar

17-il persuna mejta wara li għerqet dgħajsa

17-il persuna mietu wara li dgħajsa li kienet qed iġorr turisti fuqha, għerqet f’temp ħażin fl-istat Amerikan ta’ Missouri.

Id-dgħajsa kienet qed iġorr mat-tletin persuna, bl-għaddassa għadhom qed ifittxu fl-għadira għal persuni li għadhom irrappurtati nieqsa.

Seba’ persuni ttieħdu l-isptar, bi tnejn minnhom irrappurtati li huma midruba serjament.

Send this to a friend